32001R1271



Official Journal L 175 , 28/06/2001 P. 0009 - 0010


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1271/2001

tas-27 ta’ Ġunju 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 144398 li jistabbilixxi l-bilanċ tal-provvista għall-Gżejjer Kanarji fis-settur tal-prodotti tar-ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 dwar miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Kanarji fir-rigward ta’ ċerti prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 3(4) ta’ dan,

Billi:

(1) Regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta’ ċerti prodotti agrikoli għall-Gżejjer Kanarji huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/94 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1620/1999 [4].

(2) Bl-iskop li jkun applikat l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1601/92, għandu jkun stabbilit il-bilanċ previst tal-provvista għall-Gżejjer Kanarji għas-settur tal-prodotti tar-ross. Dak il-bilanċ għandu jkun stabbilit skond il-ħtiġijiet tar-reġjun. L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1443/98 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1359/2000 [6], għandu jkun sostitwit mill-Anness li hawn ma’ dan.

(3) Sakemm tidħol fis-seħħ ir-riforma ta’ l-arranġamenti speċifiċi ta’ provista u sabiex ikun evitat xi waqfien tal-applikazzjoni tal-arranġamenti ta’ provista fis-seħħ, il-bilanċ tal-provista għandu jkun stabbilit għall-perjodu 1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2001.

(4) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1443/98 huwa sostitwit mill-Anness li hawn ma’ dan.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Ġunju 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13.

[2] ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2.

[3] ĠU L 296, tas-17.11.1994, p. 23.

[4] ĠU L 192, ta’ l-24.7.1999, p. 19.

[5] ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 43.

[6] ĠU L 155, tat-28.6.2000, p. 41.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

BILANĊ TAL-PROVISTA TA’ ROSS FIL-GŻEJJER KANARJI GĦALL-PERJODU TAS-SUQ 1 TA’ LULJU 2001 SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2001

Prodott (kodiċi NM) | Gżejjer Kanarji |

| |

Ross mitħun | 100630 | 6500 |

Ross imfarrak | 100640 | 1300 |

--------------------------------------------------