Official Journal L 163 , 20/06/2001 P. 0006 - 0007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2559/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu, Billi: (1) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament; (2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni li jiġu applikati t-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti; (3) Skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati skond il-kodiċijiet tan-NM indikati fil-kolonna 2, skond ir-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3; (4) Huwa xieraq li informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li m‘humiex konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintalbu, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3] kif l-aħħar emendat mill-Parlament Ewropew u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2700/2000 [4] għal perjodu ta' tlett xhur mid-detentur; (5) Il-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma klassifikati ġewwa n-Nomenklatura Magħquda skond il-kodiċijiet tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li mhijiex konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista’ tkompli tintalab skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tlett xhur. Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Ġunju 2001. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 293, tat-22.11.2000, p. 1. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Kodiċi tan-NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | Żingu f'forma ta' blalen b'dijametru ta' madwar 5ċm, li fih bħala toqol 97,5 % jew aktar iżda anqas minn 98,5 % ta' żingu, b'wiċċ ħarex | 79011290 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 7901, 790112 u 79011290 In-nuqqas ta' karatteristiċi li jidentifikhom bħala anodes bħala li huma mgħammra b'ganċijiet jew ippreparati għall-ganċijiet jew kull karatteristika oħra, jeskludi l-klassifikazzjoni skond l-intestatura 7907 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tal-HS għall-intestatura 7907, punt 9) | Żingu f'forma ta' biċċiet ta' tul ta' 2 sa 2,5ċm, li fihom bħala toqol 97,5 % jew aktar iżda anqas minn 98,5 % ta' żingu, b'wiċċ ta' frattura irregolari, magħmul bit-tqattigħ ta' stanga, vireg jew profili | 79011290 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 7901, 790112 u 79011290 In-nuqqas ta' karatteristiċi li jidentifikhom bħala anodes bħala li huma mgħammra b'ganċijiet jew ippreparati għall-ganċijiet jew kull karatteristika oħra, jeskludi l-klassifikazzjoni skond l-intestatura 7907 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tal-HS għall-intestatura 7907, punt 9) | --------------------------------------------------