32001R0500

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta' l-14 ta' Marzu 2001 li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid meħuda mid-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità f'ibħra ta' pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa

Official Journal L 073 , 15/03/2001 P. 0008 - 0012
CS.ES Chapter 04 Volume 05 P. 41 - 45
ET.ES Chapter 04 Volume 05 P. 41 - 45
HU.ES Chapter 04 Volume 05 P. 41 - 45
LT.ES Chapter 04 Volume 05 P. 41 - 45
LV.ES Chapter 04 Volume 05 P. 41 - 45
MT.ES Chapter 04 Volume 05 P. 41 - 45
PL.ES Chapter 04 Volume 05 P. 41 - 45
SK.ES Chapter 04 Volume 05 P. 41 - 45
SL.ES Chapter 04 Volume 05 P. 41 - 45


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001

ta' l-14 ta' Marzu 2001

li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid meħuda mid-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità f'ibħra ta' pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika tas-sajd komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2846/98 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 18(4) tiegħu,

Billi:

(1) L-Istati Membri hum meħtieġa, taħt l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, li javżaw lill-Kummissjoni bi trasmissjoni bil-kompjuter tal-kwantitajiet ta' kull stokk meħud mid-dgħajjes li jtajru l-bandiera tagħhom fl-ibħra suġġetti għas-sovranita' jew ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi u fl-ibħra għoljin u ta' l-informazzjoni kollha riċevuta skond l-Artikolu 17(2) tiegħu.

(2) Id-dettalji ta' l-informazzjoni li għandha titwassal, l-intervalli li bihom għandha titwassal u l-forma li għandha tintuża sabiex jintbagħtu r-rapporti in kwestjoni għandhom ikunu speċifikati.

(3) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tas-Sajd u l-Akwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Kull Stat Membru javża lill-Kummissjoni permezz ta' trasmissjoni bil-kompjuter, qabel l-aħħar ta' l-ewwel xahar ta' kull kwart tas-sena, bil-kwantitajiet ta' kull stokk li mhux suġġett għat-TACs jew il-kwoti meħuda mid-dgħajjes tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li joperaw f'ibħra suġġetti għas-sovranita' jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi u mill-ibħra miftuħa u:

- żbarkaw direttament fit-territorju tagħhom matul il-kwart tas-sena ta' qabel,

- żbarkaw direttament f'pajjiżi terzi matul il-kwart tas-sena ta' qabel,

- trasbordaw lil bastimenti ta' pajjiżi terzi matul il-kwart tas-sena ta' qabel.

2. Kull Stat Membru javża lill-Kummissjoni permezz ta' trasmissjoni bil-kompjuter, qabel l-aħħar ta' l-ewwel xahar ta' kull kwart tas-sena, bil-kwantitajiet meħuda mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru ieħor f'ibħra suġġetti għas-sovranita' jew il-ġurisdizzjoni ta' terzi pajjiżi u mill-ibħra miftuħa u tellgħu l-art fit-territorju tagħhom matul il-kwart tas-sena ta' qabel.

3. Fejn Stat Membru jibgħat ir-rapporti tal-qbid imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, jagħmel dan fil-forma murija fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Marzu 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1.

[2] ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 5.

--------------------------------------------------

ANNESS

I. RAPPORT E

Ir-rapporti ta' kull kwart tas-sena tal-qbid li m'humiex suġġetti għat-TACs u l-kwoti meħuda mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità f'ibħra suġġetti għas-sovranita' jew il-ġurisdizzjoni ta' terzi pajjiżi u fuq l-ibħra miftuħa u tellgħu l-art u/jew trasbordaw, għajr il-qbid li żbarkaw f'territorju ta' Stat Membru ieħor

Ir-rapporti ikun fihom ħames tipi ta' messaġġi, deskritti fil-punti A, B, Ċ, D u E. Il-messaġġi kollha huma obbligatorji, bl-eċċezzjoni ta' dak fil-punt D.

Noti:

- Kull qasam fil-messaġġ għandu jispiċċa bi ";" (punto e virgola).

- Oqsma bin-numri li jirrappreżentaw kwantitajiet għandhom ikunu dritti mill-lemin u jkunu mifrudin bil-punt deċimali.

- Fejn is-sistema tal-FIDES [1] addottata mid-DĠ tas-Sajd tal-Kummissjoni tintuża biex tintbagħat informazzjoni, forom alternattivi ta' preżentazzjoni jkunu permessi (bl-ebda bidla fil-kontenut).

A. Tip ta' rapport. L-ewwel messaġġ fir-rapport

Oġġett | Valur | Obbligatorju | Rimarki |

Tikketta | TTL | Iva | Jidentifika l-messaġġ "tip tar-Rapport"; ikteb it-test - 5 spazji |

Rapport | CR-RPT-E | Iva | Jidentifika t-tip tar-rapport'; ikteb it-test - 8 spazji |

B. Identifikazzjoni ta' l-Istat Membru li qed jirrapporta. It-tieni messaġġ fir-rapport

Oġġett | Valur | Obbligatorju | Rimarki |

Tikketta | RMS | Iva | Jidentifika l-messaġġ "Identifikazzjoni ta' l-Istat Membru li qed jirraporta"; ikteb it-test - 5 spazji |

L-Istat Membru | Ara Rimarki | Iva | Kodiċi ta' l-Istat Membru li qed jirrapporta (ISO 3-kodiċi alfa); ikteb it-test - 3 spazji |

Ċ. Identifikazzjoni tal-perjodu. It-tielet messaġġ fir-rapport

Oġġett | Valur | Obbligatorji | Rimarki |

Tikketta | RPM | Iva | Jidentifika l-messaġġ "Identifikazzjoni tal-perjodu"; ikteb it-test - 5 spazji |

Perjodu kopert | Ara r-rimarki | Iva | Fil-forma SSSSXXDDP speċifikata fi III hawn taħt; ikteb it-test - 9 spazji. Il-valur tal-posizzjoni P hija, normalment, "Q'" |

D. Kummenti. Ir-raba' jew aktar messaġġ(i) fir-rapport, opzjonali

Oġġet | Valur | Obbligatorji | Rimarki |

Tikketta | <NOTA> | Iva | Jidentifika l-messaġġ ta' kummenti; ikteb it-test - 5 spazji |

Kumment | Ara r-rimarki | Iva | Forma libera; ikteb it-test – 32 spazju, dritti fuq ix-xellug |

E. Informazzjoni fuq il-qabda totali. Ir-raba' u/jew aktar messaġġ(i) fir-rapport

Oġġett | Valur | Obbligatorji | Rimarki |

Tikketta | <DAT> | Iva | Jidentifika messaġġ ta' "Informazzjoni tal-qabda"; - 5 spazji |

L-ispeċi | Ara r-rimarki | Iva | FAO kodiċi ta' l-ispeċi; ikteb it-test - 3 spazji |

Żona | Ara r-rimarki | Iva | Kodiċi ta' FAO għaż-żona jew s-sub-diviżjonijiet fejn saru l-qabdiet. L-iżgħar żona ta' statistika definit fil-konvenzjoni internazzjonali jew ftehim tas-sajd li jirregolaw il-post tal-qabda; ikteb it-test - 2 + 7 spazji kif speċifikat f'IV hawn taħt, dritti fuq ix-xellug |

Pajjiż terz jew ibħra miftuħa | Ara r-rimarki | Iva | Kodiċi għal pajjiż terz li fl-ibħra tiegħu saru l-qabdiet, (ISO 3-kodiċi alfa) jew kodiċi "*IGħ" għall-ibħra miftuħa; ikteb it-test - 3 spazji |

L-Istat Membru responsabbli mill-qabdiet | Ara r-rimarki | Iva | L-istess kodiċi bħal dak tal-Istat Membru li qed jirrapporta kodiċi msemmi fil-punt B (ISO 3-kodiċi alfa); ikteb it-test - 3 spazji |

Identifikazzjoni tat-trasferiment | Ara r-rimarki | Iva | Kodiċi tal-pajjiż terz (ISO 3-kodiċi alfa)fejn sar l-iżbark jewKodiċi għall-Istat membru kif imsemmi fil-punt B (fil-każ li jiżbarkaw fit-territorju tiegħu) jew"*TB" (għat-trasbordi);ikteb t-test - 3 spazji |

Kwantità | Ara r-rimarki | Iva | L-iżbarki/trasbordi totali mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru li qed jirrapporta, f'tunnellati metriċi ta' live weight lejn l-eqreb post deċimali; ikteb veru - 10 spazji |

II. RAPPORT F

Ir-rapporti ta' kull kwart tas-sena tal-qabdiet li m'humiex suġġetti għat-TACs u l-kwoti meħuda mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità ta' Stati Membri oħra f'ibħra suġġetti għas-sovranita' jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi u fuq l-ibħra miftuħa u li żbarkaw fit-territorju ta' l-Istat Membru li qed jirrapporta

Ir-rapporti ikun fihom ħames tipi ta' messaġġi, deskritti fil-punti A, B, Ċ, D u E. Il-messaġġi kollha huma obbligatorji, bl-eċċezzjoni ta' dak fil-punt D.

In-noti tar-rapport E, mogħtija f'I hawn fuq, japplikaw ukoll għar-rapport F.

A. Tip ta' rapport. L-ewwel messaġġ fir-rapport

Oġġett | Valur | Obbligatorju | Rimarki |

Tikketta | <TTL> | Iva | Jidentifika l-messaġġ "tip tar-Rapport"; ikteb it-test - 5 spazji |

Isem | CR-RPT-F | Iva | Jidentifika t-tip tar-rapport'; ikteb it-test - 8 spazji |

B. Identifikazzjoni ta' l-Istat Membru li qed jirrapporta. It-tieni messaġġ fir-rapport

Oġġett | Valur | Obbligatorju | Rimarki |

Tikketta | <RMS> | Iva | Jidentifika l-messaġġ "Identifikazzjoni ta' l-Istat Membru li qed jirraporta"; ikteb it-test - 5 spazji |

L-Istat Membru | Ara r-rimarki | Iva | Kodiċi ta' l-Istat Membru li qed jirrapporta (ISO 3-kodiċi alfa); ikteb it-test - 3 spazji |

Ċ. Identifikazzjoni tal-perjodu. It-tielet messaġġ fir-rapport

Oġġett | Valur | Obbligatorju | Rimarki |

Tikketta | <RPM> | Iva | Jidentifika l-messaġġ "Identifikazzjoni tal-perjodu"; ikteb it-test - 5 spazji |

Perjodu kopert | Ara r-rimarki | Iva | Fil-forma SSSSXXDDP speċifikata fi III hawn taħt; ikteb it-test - 9 spazji. Il-valur tal-posizzjoni P hija, normalment, "Q'" |

D. Kummenti. Ir-raba' u aktar messaġġ(i) fir-rapport, opzjonali

Oġġett | Valur | Obbligatorju | Rimarki |

Tikketta | <NOTA> | Iva | Jidentifika l-messaġġ ta' kummenti; ikteb it-test - 5 spazji |

Kumment | Ara r-rimarki | Iva | Forma libera; ikteb it-test – 32 spazju, dritti fuq ix-xellug |

E. Informazzjoni fuq il-qabda totali. Ir-raba' u/jew aktar messaġġ(i) fir-rapport

Oġġett | Valur | Obbligatorju | Rimarki |

Tikketta | <DAT> | Iva | Jidentifika messaġġ ta' "l-informazzjoni tal-qabda"; ikteb it-test -5 Spazji |

L-ispeċi | Ara r-rimarki | Iva | FAO kodiċi ta' l-ispeċi; ikteb it-test - 3 spazji |

Żona | Ara r-rimarki | Iva | Kodiċi ta' FAO għaż-żona jew s-subdiviżjonijiet fejn saru l-qabdiet. L-iżgħar żona ta' statistika definita fil-konvenzjoni internazzjonali jew ftehim tas-sajd li jirregolaw il-post tal-qabda; ikteb it-test - 2 + 7 spazji kif speċifikat f'IV hawn taħt, dritti fuq ix-xellug |

Pajjiż terz jew ibħra miftuħa | Ara r-rimarki | Iva | Kodiċi għal pajjiż terz li fl-ibħra tiegħu jkunu saru l-qabdiet, (ISO 3-kodiċi alfa) jew kodiċi "*IGħ" għall-ibħra miftuħa; ikteb it-test - 3 spazji |

L-Istat Membru Responsabbli mill-qabdiet | Ara r-rimarki | Iva | Il-kodiċi tal-bandiera ta' l-Istat Membru responsabbli mill-qabdiet (ISO 3-kodiċi alfa); ikteb it-test - 3 spazji |

Identifikazzjoni tat-trasferiment | Ara r-rimarki | Iva | Il-kodiċi ta' l-Istat Membru li qed jirrapporta msemmi fil-punt B, ikteb it-test - 3 spazji |

Kwantità | Ara r-rimarki | Iva | L-iżbarki totali, f'tunnellati metriċi live weight lejn l-eqreb punt deċimali, fit-territorju ta' l-Istat Membru li qed jirrapporta, mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru ieħor; ikteb veru - 10 spazji |

III. IL-KODIĊI GĦALL-PERJODU KOPERT

- SSSSXXDD hija d-data (SSSS – is-sena f'erba' figuri, XX – ix-xahar f'żewġ figuri u DD – il-ġurnata f'żewġ figuri) li jikkorrispondu għall-aħħar ġurnata tal-perjodu kopert.

- P hija t-tip ta' perjodu kopert (ittra waħda):

D — il-Ġurnata

W — Ġimgħa (l-aħħar ġurnata tal-ġimgħa hija l-Ħadd).

X — Xahar

Q — Kwart tas-sena

S — Semestru/Nofs sena

S — Sena

IV. KODIĊI TAŻ-ŻONI

Il-kodiċi taż-żoni jridu jħarsu d-disposizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament dwar is-sottomissjoni ta' l-istatistiċi tal-qabdiet nominali mis-sajd ta' l-Istati Membri

1 Fil-grigal ta' l-Atlantiku (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 (ĠU L 365, tal-31.12.1991, p. 1)).

2 Fil-majjistral ta' l-Atlantiku (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2018/93 (ĠU L 186, tat-28.7.1993, p. 1)).

3 F'ċerti żoni barra dawk tat-tramuntana ta' l-Atlantiku (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/95 (ĠU L 270, tat-13.11.1995, p. 1)).

- L-ewwel żewġ lokazzjonijet jikkorrispondu għall-postijiet statistiċi tas-sajd ta' l-FAO.

- It-tieni seba' lokazzjonijiet jikkorrispondu għas-sub-diviżjonijiet statistiċi tas-sajd ta' l-FAO.

[1] FIDES: Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar is-Sajd; proġett li jiddefinixxi metodu komuni għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

--------------------------------------------------