32001L0039



Official Journal L 148 , 01/06/2001 P. 0070 - 0077


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/39/KE

tat-23 ta’ Mejju 2001

li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642K/EE dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidji fuq u fiċ-ċereali, fl-għalf li joriġina mill-annimali u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħxejjex rispettivament.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-pestiċdiji fuq u fiċ-ċerali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/82/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 10 tagħha.

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 Lulju 1986 dwar l-iffisar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fuq u fl-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/82/KE, u partikolarment l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 Novembru 1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-pestiċdi fuq u f'ċerti prodotti ta' oriġini mill-pjanti inklużi l-frott u l-ħxejjex [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/82/KEE, u partikolarment l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 rigward il-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/21/KEE [6], u partikolarment l-Artikolu 4(1)(f) tagħha,

Billi:

(1) Is-sostanzi attivi ġodda, azimsulfuron, u l-kalċju tal-prohexadione ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bid-Direttivi tal-Kummissjoni 1999/80/KE [7] u 2000/50/KE [8], rispettivament, għall-użu bħala erbiċida ta’ qabel l-emerġenza fuq ir-ross, u bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti rispettivament,

(2) Is-sostanzi kienu inklużi fl-Anness 1 tad-Direttiva 91/414/KEE ibbażati fuq l-estimi ta’ l-informazzjoni mresssqa rigward l-użi proposti.

(3) Qabel jiddaħħlu s-sostanzi fl-Anness 1 tad-Direttiva 91/414/KEE, l-użu tagħhom kien ġie proviżjonalment awtorizzat f’ċerti Stati Membri bi qbil ma’ l-Artikolu 8 (1) tad-Direttiva. Wara d-dħul tas-sustanzi fl-Anness 1, dawk l-Istati Membri awtorizzaw numru ta’ prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li fihom minn dawn is-sustanzi bi qbil ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva, u stabbilew livelli proviżorji ta’ residwi massimi kif meħtieġ bl-Artikolu 4(1)(f). Kif meħtieġ mid-Direttiva, dawk il-livelli, u l-informazzjoni li fuqha huma bbażati, kienu nnotifikati lill-Kummissjoni. L-informazzjoni flimkien mad-dettalji disponibbli minn sorsi oħra ġiet irriveduta u hija suffiċjenti biex jiġu ffissati ċerti livelli massimi ta’ residwi (MRL). Meta l-ebda livell Komunitarju massimu ta’ residwi jew MRL proviżorju ma jeżisti, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu livell nazzjonali massimu ta’ residwi bi qbil ma’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva qabel ma tkun tista’ tingħata l-awtorizzazzjoni. In vista ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 86/363/KEE, dan japplika wkoll għal MRL proviżorji għall-prodotti ta’ l-annimali meta l-elementi li fihom ir-residwi ta’ sustanza attiva jista’ wieħed jistenna li jintużaw bħala għalf għall-annimali.

(4) Meta ddaħħlu fl-Annessi tad-Direttiva 91/414/KEE, l-evalutazzjoni teknika u xjentifika ta’ l-azimsulfuron, u l-kalċju tal-prohexadione kienu ffinalizzati fit-2 ta’ Lulju 1999, u s-16 ta’ Ġunju 2000, rispettivament fir-rapporti tar-reviżjoni tal-Kummissjoni għall-azimsulfuron u l-kalċju tal-prohexadione. F’dawn ir-rapporti ta’ reviżjoni l-inġestjoni ta’ kuljum aċċettabbli (IKA) fil-każ ta’ l-azimsulfuron ġiet stabbilita bħala 0,1 mg/kg bil-piż/kull jum, u fil-każ tal-kalċju tal-prohexadione għal 0,2 mg/kg bil-piż/kull jum. L-espożizzjoni tal-konsumaturi matul ħajjithom kollha għall-prodotti ta’ l-ikel ittrattati bl-azimsulfuron, u l-kalċju tal-prohexadione ġiet ikkalkulata u vvalutata bi qbil mal-proċeduri u l-prattiċi użati fil-Komunità, waqt li tqiesu l-linji ta' gwida ppubblikati mill-Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa [9] u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti [10] dwar din il-metodoloġija. Ġie kkalkulat li l-livelli massimi ta’ residwi kif hemm provvediment dwar dan f’din id-Direttiva ma jirriżultawx li dawn l-IKA nqabżu.

(5) L-effetti tossiċi akuti li jeħtieġu li tkun stabbilita doża akuta ta’ referenza ma ġewx innotati waqt il-valutazzjoni u d-diskussjonijiet li saru qabel ġew inklużi l-azimsulfuron, u l-kalċju tal-prohexadione fl-Anness 1 tad-Direttiva 91/414/KEE.

(6) Biex ikun assigurat li l-konsumatur ikun adegwatament protett milli jkun espost għar-residwi fi jew fuq prodotti li dwarhom ma ngħatawx awtorizzazzjonijiet, hija ħaġa prudenti li jkun stabbilit sett ta’ livelli proviżorji ta’ residwi lejn in-naħa l-baxxa tal-limitu tad-determinazzjoni analitika għal dawk il-prodotti kollha koperti bid-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE. L-istabbilizzar fil-livell Komunitarju ta’ dawn il-livelli proviżorji massimi ta’ residwi ma jipprevenix lill-Istati Membri milli jistabbilixxu livelli massimi proviżorji ta’ residwi għall-azimsulfuron u l-kalċju tal-prohexadione bi qbil ma’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI tagħha. Erba’ snin huma kkunsidrati perjodu twil biżżejjed biex ikunu stabbiliti l-użi ulterjuri ta’ l-azimsulfuron u l-kalċju tal-prohexadione. Wara dak il-perjodu dawn il-livelli proviżorji massimi ta’ residwi għandhom isiru definittivi.

(7) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva kienu kkomunikati lejn l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-kommenti li waslu kienu ġew meqjusa. Il-possibbiltà li jiġu ffissati tolleranzi ta' livelli massimi ta’ residwi fl-importazzjoni għal kombinazzjonijiet speċifiċi ta’ pestiċida/prodott għandhom ikunu eżaminati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tas-sottomissjoni ta' l-informazzjoni aċċettabbli.

(8) L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, b’mod partikolari l-parir u r-rakkomandazzjonijiet rigward il-protezzjoni tal-konsumaturi fil-każ tal-prodotti ta’ l-ikel li jiġu ttrattati bil-pestiċidi, ġew ikkunsidrati.

(9) Il-miżuri kif hemm ipprovdut dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fil-parti A ta’ l-Anness II tad-Diretiva 86/362/KEE ir-ringieli li ġejjin huma miżjuda:

Residwi tal-pestiċida | Livell massimu(mg/kg) |

| |

Azimsulfuron | 0,02 | Ċereali |

Prohexadione (prohexadione and u l-imluħ tiegħu espressi bħala prohexadione | 0,2 | Qamħ u xgħir |

0,05 | Ċereali oħrajn |

Artikolu 2

Fil-parti B ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE din ir-ringiela li ġejja hija miżjuda:

Residwi tal-pestiċida | Livell massimu (mg/kg) |

Tal-laħam, inkluż ix-xaħam,preparattivi tal-laħam, raċanċ uxaħmijiet ta' l-annimali, kif elenkati fl-AnnessI fil-kodiċi NM 0201,0202, 0203, 0204,0205 00 00, 0206, 0207, ex 0208, 0209 00, 0210,1601 00 u 1602 | Għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalibelenkati fl-Anness I tal-kodiċi NM 0401, 0402, 0405 00u 0406 | Tal-bajd frisk bil-qoxra, għall-bajd ta' l-għasafar u l-isfra tal-bajdelenkati fl-Anness I fil-kodiċi NM 0407 00 - 0408 |

Prohexadione (prohexadione u l-imluħ tiegħu espress bħala prohexadione) | 0,05 | 0,01 | 0,05 |

Artikolu 3

Fl-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE, il-kolonni intestati "Azimsulfuron", u "Prohexadione (prohexadione u l-imluħ tiegħu espress bħala prohexadione)" li jidhru fl-Anness ta’ din id-Direttiva huma miżjuda.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-disposizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2001. Huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kumissjoni bihom.

Huma għandhom japplikaw dawk id-disposizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2002.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn irid ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata li tiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-23 ta’ Mejju 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37.

[2] ĠU L 3, tas-6.1.2001, p. 18.

[3] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 43.

[4] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 71.

[5] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[6] ĠU L 69, ta’ l-10.3.2001, p. 17.

[7] ĠU L 210, ta’ l-10.8.1999, p. 13.

[8] ĠU L 198, ta’ l-4.8.2000, p. 39.

[9] Il-linji ta' gwida għat-tbassir ta' l-inġestjoni djetetika tar-residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-Programm ĠEMS/Fodd b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex tar-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

[10] L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti rigward kwestjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-emenda ta’ l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (L-Opinjoni espressa mill-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti, 14 ta’ Lulju 1998) (http://europa.eu.int/comm/dg24/health/sc/scp/out21_en.html).

--------------------------------------------------

ANNESS

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom l-MLR ma japplikawx | Residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi(mg/kg) |

Azimsulfuron | Prohexadione(prohexadione ul-imluħ tiegħu espress bħalaprohexadione) |

1.Frott, frisk, imqadded jew mhux imsajjar, ippreservat bil-friża, biż-żieda ta' zokkor; ġewż | 0,02 | 0,05 |

(i)FROTT TAĊ-ĊITRU (AGRUMI)

Tronġiet | | |

Lumi | | |

Xkomp | | |

Mandolin (inkluża l-klementina u ibridi oħra) | | |

Larinġ | | |

Pomelos | | |

Oħrajn | | |

(ii)LEWŻ TAS-SIĠAR (bil-qoxra jew mingħajrha)

Lewż | | |

Ġewż tal-Brażil | | |

Ġewż tal-kaxju | | |

Qastan | | |

Ġewż ta' l-Indji | | |

Ġellewż | | |

Makadamia | | |

Pekani | | |

Ġewż tal-Arżnu (prinjoli) | | |

Pistaċċi | | |

Ġewż | | |

Oħrajn | | |

(iii)FROTT TAL-POME (Razza tat-tuffieħ)

Tuffieħ | | |

Lanġas | | |

Sfarġel | | |

Oħrajn | | |

(iv)FROTT BL-GĦADMA

Berquq | | |

Ċirasa | | |

Ħawħ (inkluża n-nektarina u ibridi simili) | | |

Għanbaqar | | |

Oħrajn | | |

(v)KUKKU U FROTT IRQIEQ

(a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid

Għeneb tal-mejda | | |

Għeneb ta' l-inbid | | |

(b)Frawli (apparti minn dak selvaġġ) | | |

(c)Frott tal-qasab (minbarra dak selvaġġ)

Tut | | |

Dewberries | | |

Loganberries | | |

Ċawsli | | |

Oħrajn | | |

(d)Frott irqieq ieħor u kukku (minbarra dak selvaġġ)

Bilberries | | |

Cranberries | | |

Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | |

Ribes | | |

Oħrajn | | |

(e)Kukku selvaġġ u frott selvaġġ | | |

(vi)Mixxellanji

Avokados | | |

Banana | | |

Tamal | | |

Tin | | |

Kiwi | | |

Kumkwatt | | |

Litċi | | |

Mangi | | |

Żebbuġ | | |

Frott tal-passjoni | | |

Ananas | | |

Rummien | | |

Oħrajn | | |

2.Ħaxix, frisk jew mhux imsajjar, iffriżat jew niexef | 0,02 | 0,05 |

(i)ĦXEJJEX TA' L-GĦERUQ U TUBERI

Pitravi | | |

Zunnarija | | |

Krafes | | |

Għerq tal-mustarda | | |

Artiċoks | | |

Zfunnarija bajda | | |

Għerq tat-tursin | | |

Ravanell | | |

Salsafja | | |

Patata ħelwa | | |

Rapa Svediża | | |

Nevew | | |

Yam | | |

Oħrajn | | |

(ii)ĦAXIX TAL-FAXX (TAL-BASAL)

Tewm | | |

Basal | | |

Basal abjad | | |

Basal frisk | | |

Oħrajn | | |

(iii)ĦAXIX TAL-FROTT

(a)Solanacea

Tadam | | |

Bżar aħdar | | |

Brunġiel | | |

Oħrajn | | |

(b)Kukubriti bil-qoxra li tittiekel

Ħjar | | |

Ħjar tal-pikles | | |

Qarabali | | |

Oħrajn | | |

(c)Kukubriti bil-qoxra li ma tittikilx

Bettieħ | | |

Ilbieba tal-qara' | | |

Dulliegħ | | |

Oħrajn | | |

(d)Qamħirrum | | |

(iv)BRASSIKA

(a)Brassika tal-fjuri

Brokkoli | | |

Pastard | | |

Oħrajn | | |

(b)Brassika tar-ras

Brussel sprouts | | |

Kaboċċi tar-ras | | |

Oħrajn | | |

(c)Brassika tal-weraq

Kaboċċi ċiniż | | |

Kale | | |

Oħrajn | | |

(d)Kolorabi | | |

(v)ĦAXIX TAL-WERQA U ĦWAWAR FRISKI

(a)Ħass u oħrajn simili

Krexxuni | | |

Ħass tal-ħaruf | | |

Ħass | | |

Skaroli | | |

Oħrajn | | |

(b)Spinaċi u prodotti simili

Spinaċi | | |

Weraq tal-pitravi (chard) | | |

Oħrajn | | |

(c)Krexxuni | | |

(d)Witluf | | |

(e)Ħwawar

Maxxita | | |

Kurrat selvaġġ | | |

Tursin | | |

Weraq tal-krafes | | |

Oħrajn | | |

(vi)ĦXEJJEX LEGUMINUŻI (bl-imwieżet) (friski)

Ful (fil-miżwed) | | |

Ful (mhux fil-miżwed) | | |

Piżelli (fil-miżwed) | | |

Piżelli (bla miżwed) | | |

Oħrajn | | |

(vii)ĦXEJJEX TAZ-ZOKK (friski)

Asparagus | | |

Karduni | | |

Krafes | | |

Bużbież | | |

Qaqoċċ | | |

Kurrat | | |

Rabarbru | | |

Oħrajn | | |

(viii)FAQQIEGĦ (fungi)

(a)Faqqiegħ ikkultivat | | |

(b)Faqqiegħ selvaġġ | | |

3.Ħaxix tal-miżwed | 0,02 | 0,05 |

Fażola | | |

Għads | | |

Piżelli | | |

Oħrajn | | |

4.Żrieragħ taż-żjut | 0,1 | 0,1 |

Kittien | | |

Karawett | | |

Żerriegħa tal-peprin | | |

Ġunġlien | | |

Żerriegħa tal-ġirasol | | |

Żerriegħa tal-lift (tar-rapa) | | |

Sojja | | |

Żerriegħa tal-mustarda | | |

Żerriegħa tal-qoton | | |

Oħrajn | | |

5.Patata | 0,02 | 0,05 |

Patata bikrija | | |

Patata mwaħħra | | |

6.Tè (weraq u zkuk, imnixxfa, iffermentati jew xorta oħra, mill-weraq tal-Camellia sinensis) | 0,1 | 0,1 |

7.Il-Ħops (imnixxef) inklużi boċċi tal-ħops u trab mhux ikkonċentrat (imnixxef) | 0,1 | 0,1 |

--------------------------------------------------