32001D0870



Official Journal L 325 , 08/12/2001 P. 0021 - 0022


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-3 ta' Diċembru 2001

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u, min-naħa waħda, il-Barbados, il-Belize, ir-Repubblika tal-Kongo, il-Fiji, ir-Repubblika Koperattiva tal-Gujana, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tas-Surinam, Saint Kitts u Nevis, ir-Renju tas-Swaziland, ir-Repubblika Unita tat-Tanzania, ir-Reppublika tat-Trinidad u t-Tobago, ir-Repubblika ta' l-Uganda, ir-Repubblika taz-Zambja, ir-Repubblika taz-Zimbabwe u, min-naħa l-oħra, ir-Repubblika ta' l-Indja dwar il-proviżjoni ta' zokkor tal-kannamieli mhux maħdum għar-raffinazzjoni

(2001/870/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Negozjati ma' l-Istati ACP imsejħa fil-Protokoll 3 dwar zokkor ACP ta' l-Anness V għall-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE [1] u l-Indja seħħu sabiex jiġu ddefiniti l-kondizzjonijiet taħt liema l-importazzjonijiet ta' zokkor tal-kannamieli mhux maħdum minn dawk il-pajjiżi taħt il-kwota addizzjonali għandhom iseħħu.

(2) L-Artikolu 26(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-qasam taz-zokkor [2], jipprovdi li kwoti tat-tariffa li jirriżultaw minn ftehim konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multinazzjonali tal-Laqgħa ta' l-Uruguay Round għandhom jinfetħu u jiġu amministrati skond ir-regoli ddettaljati adottati taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42 ta' dak ir-Regolament.

(3) L-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jiddikjara li nuqqas li jinkisbu l-ħtiġijiet massimi tar-raffineriji Komunitarji għandu jiġi kopert bl-importazzjoni ta' zokkor prefernzjali speċjali b'rata tad-dazju speċjali taħt ftehim ma' Stati msejħa fl-Artikolu 35 ta' dak ir-Regolament u Stati oħrajn ma' liema arranġamenti ġew konklużi. Dawn in-negozjati rriżultaw fi kwota tat-tariffa b'kwantitajiet li jvarjaw għall-pajjiżi ACP u 10000 tunnellati metriċi għall-Indja għal liema prezz minimu ta' l-akkwist japplika. Id-dazju mnaqqas hu stabbilit għal zero minħabba l-fatt li konċessjonijiet oħra ser inaqqsu l-kwantitajiet provduti s'issa mill-pajjiżi ACP u li l-qliegħ nett għal kull tunnellata metrika bbażat fuq il-prezz iggarantit, suppost li jibqa' stabbli matul il-perjodu ta' ħames snin ta' l-organizzazzjoni ta' bħalissa tas-suq taz-zokkor.

(4) Dawn in-negozjati rriżultaw fi ftehim li huma suġġetti għal ratifika mill-Gvernijiet ta' l-Istati ACP in kwistjoni, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Indja, min-naħa l-oħra, u mil-Komunità.

(5) Hu għalhekk xieraq li tinfetaħ din il-kwota tat-tariffa għal zokkor tal-kannamieli mhux maħdum għar-raffinazzjoni għal manteniment ta' l-aċess ta' bħalissa għal Stati ACP imsejħa fil-Protokoll 3 ta' l-Anness V għall-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE u l-aċċess ta' bħalissa għar-Repubblika ta' l-Indja.

(6) Hu xieraq li jiġu approvati l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u, min-naħa waħda, l-Istati msejħa fil-Protokoll u, min-naħa l-oħra, ir-Repubblika ta' l-Indja dwar il-proviżjoni ta' zokkor tal-kannamieli għar-raffinazzjoni,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

ll-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u, min-naħa waħda, il-Barbados, il-Belize, ir-Repubblika tal-Kongo, il-Fiji, ir-Repubblika Koperattiva tal-Gujana, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tas-Surinam, Saint Kitts u Nevis, ir-Renju tas-Swaziland, ir-Repubblika Unita tat-Tanzania, ir-Reppublika tat-Trinidad u t-Tobago, ir-Repubblika ta' l-Uganda, ir-Repubblika taz-Zambja, ir-Repubblika taz-Zimbabwe u, min-naħa l-oħra, ir-Repubblika ta' l-Indja fir-rigward tal-proviżjoni ta' zokkor tal-kannamieli mhux maħdum għar-raffinazzjoni huma hawnhekk approvati f'isem il-Komunità.

It-testi tal-Ftehim huma annessi ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill hu hawnhekk awtorizzat biex jinnomina l-persuna(i) li hi mogħtija l-poter biex tiffirma l-Ftehim imsemmijin fl-Artikolu 1 sabiex torbot il-Komunità.

Magħmul fi Brussel, 3 Diċembru 2001.

F'isem il-Kunsill

Il-President

F. Vandenbroucke

[1] ĠU L 195, ta' l-1.8.2000, p. 46.

[2] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 1.

--------------------------------------------------