32001D0819



Official Journal L 307 , 24/11/2001 P. 0022 - 0024


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-22 ta’ Novembru 2001

li temenda d-Deċiżjoni 98/695/KE li tistabilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti mis-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw mill-Messiku

(notifikat taħt in-numru tad-dokument Ċ (2001) 3694)

(Test b’relevanza għall-Ftehim EE)

(2001/819/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tippreskrivi il-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u għat-tqegġid fis-suq ta’ prodotti mis-sajd [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/79/KE [2], u b’mod partikolari Artikolu 11(5) tagħha,

Billi:

(1) Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/695/KE ta’ l-24 ta’ Novembru 1998 jippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti mis-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw mill-Messiku [3], jiddikjara li d-‘Dirección General de Calidad Sanitaria de Bienes y is-servizzi (DGCSBS) de la Secretaría de Salud’ hija l-awtorità kompetenti fil-Messiku għall-verifikazzjoni u ċertifikazzjoni ta’ konformità tal-prodotti mis-sajd u l-akwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

(2) Wara ristrutturazzjoni ta’ l-amministrazzjoni Messikana, l-awtorità kompetenti għall-ħruġ ta’ ċertifikati tas-saħħa għall-prodotti mis-sajd inbidlet u saret id-"Dirección General de Control Sanitario de Productos y Servicios (DGCSPS) de la Secretaría de Salud". Din l-awtorità l-ġdida hija kapaċi tivverifika b’mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi modifikata n-nominazzjoni ta’ l-Awtorità Kompetenti msemmija fid-Deċisjoni 98/695/KE u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa inkluż f’Anness A li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

(3) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 98/695/KEE hija modifikata kif ġej:

1. Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 1

Id-"Dirección General de Control Sanitario de Productos y Servicios" (DGCSPS) de la Secretaría de Salud għandha tkun l-awtorità kompetenti fil-Messiku għall-verifikazzjoni u ċertifikazzjoni ta’ konformità tal-prodotti mis-sajd u l-akwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE."

2. Il-punt 2 ta’ Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. Iċ-ċertifikati iridu juru l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappresentant tad-DGCSPS kif ukoll it-timbru uffiċjali ta’ din ta’ l-aħħar b’kulur differenti minn dak ta’ ċertifikazzjonijiet oħrajn."

3. Anness A huwa sostitwit bl-Anness hawn mehmuż.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Novembru 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 332, tat-8.12.1998, p. 9.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------