32001D0618



Official Journal L 215 , 09/08/2001 P. 0048 - 0054


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta’ Lulju 2001

dwar garanziji addizzjonali f’ kummerċ intra-Komunitarju ta’ ħnieżer rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu nformazzjoni dwar din il-marda w tneħija ta’ Deċiżjonijiet 93/24/KEE u 93/244/KEE

(notifikati bid-dokument numru C(2001) 2236)

(Test b’ rilevanza ŻEE)

(2001/618/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964, dwar problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini w ħnieżer [1], kif l-aħħar emendat u aġġornat bid-Directtiva 2000/20/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10(2) tagħha,

Billi:

(1) d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/24/KEE [3] tistabbilixxi garanziji addizzjonali li għandhom x’ jaqsmu mal-marda ta’ Aujeszky tal-ħnieżer destinati għall-Istati Membri jew reġjuni li huma liberi mill-marda.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/244/KEE [4] tistabbilixxi garanziji addizzjonali li għandhom x’ jaqsmu mal-marda ta’ Aujeszky tal-ħnieżer destinati għall-ċerti partijiet mit-territorju tal-Komunità fejn programmi approvati huma ġà implimentati għall-qerda ta’ din il-marda.

(3) L-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epizootiku (OIE) hija organizzazzjoni internazzjonali appuntata skond il-Ftehim dwar l-Applikazzjoni ta’ Miżuri Sanitarji w Fitosanitarji fl-applikazzjoni tal-GATT 1994 li hija responsabbli għat-twaqqif ta’ regoli internazzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ ta’ annimali w ta’ prodotti tal-annimali. Dawn ir-regoli huma pubblikati fil-Kodiċi Internazzjonali tas-Saħħa tal-Annimali.

(4) Il-kapitolu tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Saħħa tal-Annimali li jitratta l-marda ta’ Aujeszky ġie emendat reċentement b’ mod sostanzjali.

(5) Huwa xieraq li jiġu modifikati l-garanziji addizzjonali meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju tal-ħnieżer f’ dak li għandu x’ jaqsam mal-marda ta’ Aujeszky sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tagħhom mar-regoli nternazzjonali dwar din il-marda w l-kontroll aħjar fil-Komunità.

(6) Kriterji jridu jiġu stabbiliti dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar il-marda ta’ Aujeszky, skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(7) Sabiex ma jkunx hemm ambigwità, d-Deċiżjonijiet 93/24/KEE u 93/244/KEE għandhom jkunu revokati w għandha tiġi adottata Deċiżjoni singola li tikkonċerna garanziji addizzjonali fil-kummerċ intra-Komunitarju tal-ħnieżer għal dak li għandu x’ jaqsam mal-marda ta’ Aujeszky u fuq kriterji sabiex jipprovdu nformazzjoni dwar din il-marda.

(8) Il-miżuri provduti għalihom f’ din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dispaċċ tal-ħnieżer intenzjonati għat-tkabbir jew produzzjoni destinati għall-Stati Membri jew reġjuni li huma liberi mill-marda ta’ Aujeszky elenkati fl-Anness I u li ġejjin minn kwalunkwe Stat Membru ieħor jew reġjun mhux elenkat f’ dak l-Anness huwa awtorizzat soġġett għas-segwenti kundizzjonijiet:

(a) il-marda Aujeszky trid tkun notifikabbli b’ mod obbligatorju f’ kull Stat Membru tal-oriġini;

(b) pjan għall-kontroll u l-qerda tal-marda Aujeszky, li tissodisfa l-kriterji li jinstabu fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE, trid tkun fis-seħħ fl-Istati Membri jew reġjuni tal-oriġini taħt is-supervizjoni tal-awtorità kompetenti. Miżuri xierqa fuq trasport tal-ħnieżer u movimenti jridu jkunu fis-seħħ kif jitlob dan il-pjan sabiex ikun hemm prevenzjoni tat-tixrid tal-marda bejn ażjendi ta’ status differenti;

(ċ) b’ riferenza għall- ażjendi tal-oriġini tal-ħnieżer:

- l-ebda evidenza klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszky ma ġiet rekordjata fit-tnax il-xahar preċedenti fl- ażjenda in kwestjoni,

- l-ebda evidenza klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszky ma ġiet rekordjata fit-tnax il-xahar preċedenti fl- ażjendi li jinstabu f’ żona ta’ 5 km madwar l-ażjenda tal-oriġini tal-ħnieżer; pero, dan il-provediment ma japplikax, f’ dawn l-ażjendi ta’ l-aħħar, miżuri ta’ monitoraġġ tal-mard u l-qerda tagħhom ġiet applikata regolarment taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti w skond il-pjan tal-qerda msemmija fil- punt (b), u dawn il-miżuri effettivament ipprevenew kwalunkwe tixrid ta’ mard għall- ażjenda in kwistjoni,

- tilqim kontra l-marda Aujeszky ma twettqitx għall-inqas għall-12 il-xahar,

- il-ħnieżer ġew soġġettati għall-inqas f’ żewġ okkazjonijiet b’ intervall ta’ għall-inqas erba’ xhur għall-sondaġġ seroloġiku għall-preżenza ta’ antibody ADV-gE jew ADV-gB jew ADV-gD jew għall-marda tal-virus Aujeszky intier. Dan is-sondaġġ jrid ikun wera l-assenza tal-marda Aujeszky u li ħnieżer imlaqqma kienu liberi minn antibodies gE,

- l-ebda ħnieżer ma kienu ntrodotti minn ażjendi ta’ status aktar baxx tas-saħħa tal-annimali għal dak li jirrigwarda l-marda ta’ Aujeszky fit-12 il-xahar preċedenti, sakemm ma ġewx ittestjati għall-marda Aujeszky u kien hemm riżultati negattivi;

(d) il-ħnieżer li ser jiġu mċaqalqa:

- ma ġewx imlaqqma,

- inżammu iżolati f’ akkomodazzjoni approvata mill-awtorità kompetenti, fit-30 jum preċedenti għall-moviment, u b’ tali mod li kwalunkwe riskju tat-tixrid tal-marda Aujeszky ma’ dawn il-ħnieżer hija prevenuta,

- jridu jkunu għexu fl-ażjenda tal-oriġini jew f’ ażjenda ta’ status ekwivalenti mit-twelid, u baqgħu fil- ażjenda tal-oriġini għall-inqas għall-:

(i) 30 jum, fil-każ ta’ ħnieżer intiżi għall-produzzjoni;

(ii) 90 jum, fil-każ ta’ ħnieżer intiżi għat-tkabbir,

- kienu soġġettati b’ riżultati negattivi għal ta’ l-inqas żewġ testijiet seroloġiċi għall-ADV-gB jew ADV-gD jew il-virus tal-marda Aujeszky intiera, b’ intervall ta’ għall-inqas 30 jum bejn kull test. Pero, f’ każ ta’ ħnieżer ta’ età ta’ inqas minn erba’ xhur, it-test seroloġiku għall-ADV-gE ukoll jista’ jintuża. Kampjunar għall-aħħar test irid jitwettaq fi żmien 15 il-jum qabel it-trasport bil-baħar. In-numru ta’ ħnieżer ittestjati fl-unità ta’ iżolazzjoni jrid ikun suffiċjenti sabiex isib:

(i) 2 % seroprevalence b’ kunfidenza ta’ 95 % fl-unità ta’ iżolazzjoni fil-każ ta’ ħnieżer intiżi għall-produzzjoni;

(ii) 0,1 % seroprevalence b’ kunfidenza ta’ 95 % fl-unità ta’ iżolazzjoni fil-każ ta’ ħnieżer intiżi għall-tkabbir.

Pero, l-ewwel miż-żewġ testijiet ma jkunx neċessarju jekk:

(i) fl-istruttura tal-pjan msemmi fil- punt (b), sondaġġ seroloġiku jkun twettaq fl- ażjenda tal-oriġini bejn 45 u 17 il-jum qabel it-trasport bil-baħar, li juri l-assenza tal-antibodies tal-marda Aujeszky u li ħnieżer imlaqqma kienu liberi minn antibodies gE;

(ii) il-ħnieżer li ser jiġu mċaqalqa għexu fl- ażjenda tal-oriġini mit-twelid;

(iii) l-ebda ħnieżer ma ċċaqalqu sal- ażjenda tal-oriġini waqt li l-ħnieżer li ser jiġu mċaqalqa inzammu f’ iżolazzjoni.

Artikolu 2

Id-dispaċċ ta’ ħnieżer għall-qatla destinati għall-Istati Membri jew reġjuni liberi mill-marda Aujeszky elenkati fl-Anness I u li ġejjin minn Stat Membru jew reġjun ieħor mhux elenkat f’ dak l-Anness, huwa awtorizzat soġġett għall-kundizzjonijiet segwenti:

(a) Il-marda Aujeszky trid tkun notifikata b’ mod obbligatorju fl-Istati Membri tal-oriġini;

(b) pjan għall-kontroll u l-qerda tal-marda Aujeszky huwa fis-seħħ fl-Istat Membru jew reġjuni tal-oriġini tal-ħnieżer, li jissodisfaw il-kriterji li jinstabu fl-Artikolu 1(b);

(ċ) il-ħnieżer kollha in kwistjoni jridu jiġu trasportati direttament sal-biċċeriji tad-destinazzjoni w jew:

- jiġu minn ażjenda li jissodisfa l-kundizzjonijiet li jinstabu fl-Artikolu 1(c), jew

- kienu mlaqqma konra l-marda Aujeszky sa għall-inqas 15 il-jum qabel it-trasport tagħhom bil-baħar u jiġu minn ażjenda tal-oriġini fejn:

(i) fl-istruttura tal-pjan msemmi fil-punt (b), miżuri ta’ monitoraġġ u qerda tal-marda Aujeszky ġew applikati regolarment taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti għat-12 il-xahar preċedenti;

(ii) kienu baqgħu għall-inqas għal 30 jum qabel id-dispaċċ u fejn l-ebda evidenza klinika jew patoloġika ta’ din il-marda ma nstabet fil-ħin tal-kompletazzjoni taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 7, jew

- ma ġewx imlaqqma u jiproċedu minn ażjenda fejn:

(i) fl-istruttura tal-pjan msemmi fil- punt (b), miżuri ta’ monitoraġġ u qerda tal-marda Aujeszky ġew applikati regolarment taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti għat-12 il-xahar preċedenti w l-ebda evidenza klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszky ma ġiet rekordjata fis-sitt xhur preċedenti;

(ii) tilqim kontra l-marda Aujeszky u l-introduzzjoni ta’ ħnieżer vaċċinati kienu projbiti mill-awtoritajiet kompetenti, peress li l- ażjenda hija fil-proċess li tilħaq l-ogħla status għal dak li jirrigwarda l-marda Aujeszky skond il-pjan imsemmi fil- punt (b);

(iii) huma għexu għall-inqas għal 90 jum qabel id-dispaċċ.

Artikolu 3

Ħnieżer intenzjonati għall-tkabbir destinati għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness II, fejn programmi għall-qerda tal-marda Aujeszky kienu approvati w huma fis-seħħ, jridu jew:

(a) jiġu minn Stati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I, jew:

(b) jiġu minn

- Stati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness II, u

- ażjenda li tissodisfa il-ħtiġijiet tal-Artikolu 1(c); jew

(ċ) tissodisfa s-segwenti kundizzjonijiet:

- il-marda Aujeszky trid tkun notifikata b’ mod obbligatorju fl-Istati Membri tal-oriġini,

- pjan għall-kontroll u l-qerda tal-marda Aujeszky huwa fis-seħħ fl-Istati Membri jew reġjuni tal- oriġini, li jissodisfaw il-kriterji li jinstabu fl-Artikolu 1(b),

- l-ebda evidenza klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszky ma ġiet rekordjata fit-12 il-xahar preċedenti fl- ażjenda tal-oriġini tal-ħnieżer in kwistjoni,

- il-ħnieżer jridu jkunu nżammu iżolati f’ akkomodazzjoni approvata mill-awtorità kompetenti għat-30 jum immedjatament preċedenti għall-moviment u inżammu iżolati b’ tali mod li kwalunkwe riskju tat-tixrid tal-marda Aujeszky huwa prevenut,

- il-ħnieżer jridu jkunu ġew soġġettati, b’ riżultati negativi, għall-test seroloġiku għall-preżenza ta’ antibodies gE. Kampjunar għall-aħħar test irid jitwettaq fiż-żmien 15 il-jum mit-trasport bil-baħar. In-numru ta’ ħnieżer ittestjati jrid ikun suffiċjenti sabiex jinstab 2 % seroprevalence b’ kunfidenza ta’ 95 % f’ dawn il-ħnieżer,

- il-ħnieżer iridu jkunu għexu fl- ażjenda tal-oriġini jew f’ ażjenda ta’ status ekwivalenti mit-twelid, u baqaw fl- ażjenda tal-oriġini għall-inqas għal 90 jum.

Artikolu 4

Ħnieżer intiżi għall-produzzjoni destinati għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness II, fejn programmi approvati għall-qerda tal-marda Aujeszky huma fis-seħħ, iridu jew:

(a) jiġu minn Stati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I, jew

(b) jiġu minn:

- Stati Membri jew regjuni elenkati fl-Anness II, u

- ażjenda li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-Artikolu 1(c); jew

(ċ) jissodisfaw ’il kundizzjonijiet segwenti:

- Il-marda Aujeszky trid tkun notifikata f’ mod obbligatorju fl-Istat Membru tal-oriġini,

- pjan għall-kontroll u qerda tal-marda Aujeszky huwa fis-seħħ fl-Istati Membri jew reġjun tal-oriġini, li jissodisfa il-kriterji li jinstabu fl-Artikolu 1(b),

- l-ebda evidenza klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszky ma ġiet rekordjata fit-12 il-xahar preċedenti fl- ażjenda tal-oriġini tal-ħnieżer in kwistjoni,

- sondaġġ seroloġiku għall-marda Aujeszky, li juri l-assenza w li l-ħnieżer vaċċinati kienu liberi minn antibodies gE, twettaq fl- ażjenda tal-oriġini u bejn 45 u 170 ġurnata qabel it-trasport bil-baħar,

- il-ħnieżer iridu jkunu jew għexu fl- ażjenda tal-oriġini mit-twelid jew ikunu baqgħu f’ tali ażjendi għall-inqas għall-30 jum wara l-introduzzjoni minn ażjenda ta’ status ekwivalenti, fejn sondaġġ seroloġiku ekwivalenti għal dak imsemmi fir-raba’inċiż hawn fuq twettaq.

Artikolu 5

It-testijiet seroloġiċi mwettqa sabiex jimmonitoraw jew isibu l-marda Aujeszky tal-ħnieżer skond din id-Deċiżjoni trid tissodisfa l-istandards li jinstabu fl-Anness III.

Artikolu 6

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 64/432/KEE, informazzjoni dwar it-tfaqqih tal-marda Aujeszky, inklużi detalji ta’ programmi ta’ monitoraġġ u qerda fis-seħħ fi Stati Membri elenkati fl-Anness II u fi Stati Membri oħra jew reġjuni mhux elenkati f’ dak l-Anness fejn progammi ta’ monitoraġġ u qerda huma fis-seħħ, jridu jkunu provduti għall-inqas kull sena minn kull Stat Membru skond il-kriterji uniformi li jinstabu fl-Anness IV.

Artikolu 7

1. Mingħajr preġudizzju għall-provedimentl li jinstabu fil-leġislazzjoni Komunitarja li titratta ċ-ċertifikati tas-saħħa, qabel il-kompletazzjoni, għall-annimali tal-ispeċi porċina destinati għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I jew II, tas-sezzjoni C taċ-ċertifikati tas-saħħa meħtieġa mid-Direttiva 64/432/KE, il-veterinarju uffiċjali jrid jistabilixxi:

(a) l-istatus tal- ażjenda u tal-Istat Membru jew reġjun tal-oriġini tal-ħnieżer in kwestjoni għal dak li jirrigwarda l-marda Aujeszky;

(b) fil-każ li l-ħnieżer ma joriġinawx minn Stat Membru jew reġjun liberi mill-marda, l-istatus tal- ażjenda tal-Istat Membru jew reġjuni tad-destinazzjoni għall-ħnieżer in kwestjoni għal dak li jirrigwarda l-marda Aujeszky;

(ċ) il-konformità tal-ħnieżer in kwistjoni mal-kundizzjonijiet li jinstabu f’ din id-Deċiżjoni.

2. Ġħall-annimali tal-ispeċi porċina destinati għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I jew II, iċ-ċertifikazzjoni taħt paragrafu 4 tas-Sezzjoni C taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fil-paragrafu 1 jrid jiġi kompletat u supplementat kif ser jingħad:

(a) fl-ewwel indent, wara l-kelma marda: il-kema Aujeszky trid tiġi miżjuda;

(b) fit-tieni inċiż, riferenza trid issir għal din id-Deċiżjoni. Fl-istess linja, n-numru tal-Artikolu ta’ din id-Deċiżjoni, li hija rilevanti għall-ħnieżer in kwistjoni, trid tiġi ikkwotata fil-parentesi.

Artikolu 8

Stati Membri jridu jiżguraw li meta ħnieżer destinati għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I jew II huma trasportati, dawn ma jiġux f’ kuntatt mal-ħnieżer ta’ status differenti jew mhux magħruf, għal dak li jirrigwarda l-marda Aujeszky, waqt trasport jew transitu.

Artikolu 9

Id-Deċiżjonijiet 93/24/KEE u 93/244/KEE huma revokati mid-data li jinstabu fl-Artikolu 10.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni tapplika minn l-1 ta’ Lulju 2002.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Lulju 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

[2] ĠU L 163, ta’ l-4.7.2000, p. 35.

[3] ĠU L 16, tal-25.1.1993, p. 18.

[4] ĠU L 111, tal-5.5.1993, p. 21.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma liberi mill-mardata’ Aujeszky u fejn tilqim huwa projbit

Id-Danimarka: | ir-reġjuni kollha |

Ir-Renju Unit: | ir-reġjuni kollha fl-Ingilterra, Scotland u Wales |

Franza: | Id-Dipartimenti tal- Aisne, Allier, Ardennes, Ariege, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhone, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Correze, Cote d'Or, Creuse, Deux-Sevres, Dordogne, Doubs, Eure, Eure-et-Loir, Gard, Gers, Gironde, Haute-Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Haute-Pyrenees, Haut-Rhin, Haute-Saone, Indre, Indre-et-Loire, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozere, Maine-et-Loire, Marne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Nievre, Oise, Pyrenees-Atlantiques, Puy-de-Dome, Rhone, Sarthe, Saone-et-Loire, Savoie, Seine-Maritime, Somme, Vaucluse, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Vendee, Vienne, Vosges u Yonne |

Il-Finlandja: | ir-regjuni kollha |

Il-Ġermanja: | Il-Lander tal-Thuringia, Sassonja, Brandenburg, Mecklenburg-Western Pomerania,Saxony-Anhalt, Rheinland-Pfalz u Baden-Wurttemberg |

L-Awstrija: | ir-regjuni kollha |

L-Isvezja: | ir-regjuni kollha |

Il-Lussemburgu: | It-territorju kollu. |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn here programmi approvati tal-kontroll tal-marda Aujeszky huma fis-seħħ

Ġermanja: ir-regjuni kollha : bl-eċċezzjoni tal-Lander tat-Thuringia, Sassonja, Brandenburg, Mecklenburg-Western Pomerania, Sassonja Anhalt, Rheinland-Pfalz, Baden-Wurttemberg

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Standards għat-testijiet seroloġiċi tal-marda Aujeszky — Protokoll għall-enżimi konessi mal-immunosorbent assay (ELISA) għat-tfiċċija ta’ antibodies għall-virus tal-marda Aujeszky(il-virus kollu), sal-glycoproteina B (ADV-gB), sal-glycoproteina D (ADV-gD) jew sal-glycoproteina E (ADV-gE)

1. L-istituti elenkati fil- paragrafu 2(d) jridu jevalwaw testijiet u kits Elisa ADV-gE kontra l-kriterji fil- paragrafu 2(a), (b) u (c). L-awtorità kompetenti f’ kull Stat Membru trid tiżgura li l-kits Elisa ADV-gE biss li huma konformi ma’ dawn l-istandards ikunu reġistrati. L-eżamijiet elenkati f’ 2(a) u (b) jridu jitwettqu qabel l-approvazzjoni tat-test u l-eżami f’ 2(c), għall-inqas, jridu jitwettqu fi żmien wara għall-kull batch.

2. Standardiżżar, sensitività u speċifikazzjoni tat-test.

(a) Is-sensitività tat- test trid tkun ta’ tali livell li s-segwenti sera ta’ riferenza Komunitarji jirriżultaw pożittiv:

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV 1 b’ taħlita 1:8,

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE A,

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE B,

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE C,

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE D,

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE E,

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE F.

(b) L-ispeċifikazzjoni tat-test trid tkun ta’ tali livell li s-segwenti sera ta’ riferenza Komunitarja jirriżultaw negattivi:

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE G,

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE H,

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE J,

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE K,

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE L,

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE M,

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE N,

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE O,

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE P,

- Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE Q.

(ċ) Għall-kontroll tal-baċċ, Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV 1 trid tirriżulta pożittiva f’ taħlita 1:8 u wieħed mis-Serum ta’ riferenza Komunitarja mill- ADV-gE G sal-ADV-gE Q, kif elenkati fil- punt (b), jridu jrriżultaw negattiv.

Għall-kontroll tal-baċċ ta’ kits ADV-gB u ADV-gD, Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV 1 trid trriżulta pożittiv fid-taħlita ta’ 1:2 u Serum ta’ riferenza Komunitarja Q imsemmija f’ (b) trid tirriżulta negattiv.

(d) L-istituti elenkati hawn taħt iridu, minbarra dan, jkunu responsabbli għall-verifika tal-kwalità tal-metodu ELISA f’ kull Stat Membru, w partikolarment għall-produzzjoni w standardiżżar ta’ sera ta’ riferenza nazzjonali skond is-sera ta’ riferenza Komunitarja.

- Belġju — Centre de Recherches veterinaires et agrochimiques, 1180 Bruxelles;

- Danimarka — Statens veterinxre Institut for Virusforsknig, Lindholm, 4771 Kalvehave;

- Ġermanja — Bundesforschungsanstalt fur Viruskrankheiten der Tiere, 16868 Wusterhausen,

- Greċja — Veterinary Institute of Infectious and Parasitic Diseases, 15310 Ag. Paraskevi,

- Spanja — Laboratorio Central de Veterinaria de Algete, Madrid,

- Franza — Ecole nationale veterinaire, Alfort, 94704 Maisons-Alfort,

- Irlanda — Veterinary Research Laboratory, Abbotstown, Castleknock, Dublin 15,

- Italja — Istituto Zooprofilattico Sperimentale della Lombardia a dell’Emilia-Romagna, Brescia,

- Lussemburgu — Laboratoire de Medecine Veterinary de 1’ftat, 1020 Lussemburgu,

- L-Olanda — Instituut voor Veehouderij en Diergezondheid (ID-DLO), 8200 AB Lelystad,

- L-Awstrija — Bundesanstalt fur veterinarmedizinische Untersuchungen in Modling, 2,40 Modling,

- Il-Portugall — Laboratorio Nacional de Investigaao Veterinaria, 1500 Lisboa,

- Il-Finlandja — Elainlaakinta- ja elintarviketutkimuslaitos, 00581 Helsinki,

- L-Isvezja — Statens veterinarmedicinska anstalt, 75189 Uppsala,

- Renju Unit — Veterinary Laboratory Agency, New Haw, Weybridge, Surrey KT15 3NB.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------