32001D0611



Official Journal L 214 , 08/08/2001 P. 0049 - 0050


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-20 ta’ Lulju 2001.

li temenda d-Deċiżjoni 92/160/KEE rigward ir-reġjonaliżżazzjoni tal-Messiku, li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE u 93/197/KEE rigward l-importazzjoni tar-razez taż-żwiemel mill-Messiku u li tħassar d-Deċiżjonijiet 95/392/KE u 96/486/KE

(notifikata bid-dokument numru K(2002) 2214)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2001/611/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi tar-razez taż-żiemel [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/298/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(2)(a) u l-Artikolu 19(i) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tippreskrivi l-prinċipji li jirregolaw l-organiżżazzjoni ta’ l-ispezzjonijiet veterinari fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE [4], u partikolarment l-Artikolu 18 tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/27/KE [6], li tistabbilixxi r-reġjonaliżżazzjoni ta’ ċerti pajjiżi terzi għall-importi tar-razez taż-żiemel.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE [7], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/117/KE [8], tippreskrivi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni ta’ l-ammissjoni temporanja taż-żwiemel reġistrati.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE [9], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/610/KE [10], tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE [11], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/117/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importi tar-razez taż-żiemel għall-qatla.

(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE [12], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/117/KE, tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importi tar-razez taż-żiemel reġistrati u r-razez taż-żiemel għat-trobbija u l-produzzjoni.

(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/392/KE [13] tistipula l-miżuri ta’ protezzjoni rigward id-dourine fil-Messiku.

(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/486/KE [14] tistipula l-miżuri ta’ protezzjoni rigward l-encephalomyelitis Venezweljana taż-żwiemel fil-Messiku.

(8) Il-Messiku ma kellux każi ta’ encephalomyelitis Venezweljana taż-żwiemel għal aktar minn sentejn u missjoni ta’ spezzjoni veterinarja mwettqa dan l-aħħar fil-Messiku kkonfermat li s-sitwazzjoni tas-saħħa tar-razez taż-żiemel hija sodisfaċenti. Iżda, bħala każ ta’ prekawzjoni addizzjonali, r-rapport tal-missjoni rrakkomanda r-reġjonaliżżazzjoni rigward l-esportazzjoni lejn il-Komunità, l-iktar Stati tal-Messiku li jinsabu lejn nofs in-nhar, Chiapas u Oaxaca. Ir-razez taż-żiemel għall-qatla jinġiebu minn dawn l-Istati, għalhekk jidher xieraq li ma jitħallewx importi lejn il-Komunità tar-razez taż-żiemel għall-qatla mill-Messiku.

(9) Sabiex ikunu permessi l-importi tar-razez taż-żiemel mill-Messiku hemm bżonn tiġi stabbilita r-reġjonaliżżazzjoni tal-Messiku billi jkun modifikat l-Anness tad-Deċiżjoni 92/160/KEE, biex ikunu adattati l-kundizzjonijiet tas-saħħa bil-modifikazzjoni tas-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE u 93/197/KEE skond il-każ u jitħassru d-Deċiżjonijiet 95/392/KE u 96/486/KE.

(10) Il-miżuri li hemm provduti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kliem li ġejjin huma mdaħħla fl-Anness tad-Deċiżjoni 92/160/KEE fl-ordni tal-kodiċi ta’ l-ISO:

"il-Messiku

- It-territorju kollu ħlief l-Istati ta’ Chiapas u Oaxaca"

.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 92/260/KEE hija emendata kif ġej:

1. Il-lista tat-pajjiżi terzi fil-Grupp D ta’ l-Anness I hija mibdula b’dan li ġej:

"l-Arġentina (AR), il-Barbados (BB), il-Bermuda (BM), il-Bolivja (BO), il-Brażil (1) (BR), iċ-Ċili (CL), Kuba (CU), il-Ġamajka (JM), il-Messiku (1) (MX), il-Paragwaj (PY), l-Urugwaj (UY)".

2. It-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ppreżentat fl-Anness II(D) huwa mibdul b’dan li ġej:

"ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għall-ammissjoni temporanja taż-żwiemel reġistrati fit-territorju tal-Komunità mill-Arġentina, il-Barbados, il-Bermuda, il-Bolivja, il-Brażil (1), iċ-Cili, il-Ġamajka, il-Kuba, il-Messiku (1), il-Paragwaj, l-Urugwaj għal perjodu ta’ inqas minn 90 ġurnata"

.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

1. Il-lista tat-pajjiżi terzi fil-Grupp D ta’ l-Anness I hija mibdula b’dan li ġej:

"l-Arġentina (AR), il-Barbados (BB), il-Bermuda (BM), il-Bolivja (BO), il-Brażil (1) (BR), iċ-Ċili (CL), il-Ġamajka (JM), il-Kolombja (1) (CO), il-Kosta Rika (1) (CR), Kuba (CU), il-Messiku (1) (MX), il-Peru (1) (PE), il-Paragwaj (PY), l-Urugwaj (UY), il-Venezwela (1) (VE)".

2. Il-lista tal-pajjiżi fi Grupp D fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ppreżentat fl-Anness II hija mibdula b’dan li ġej:

"l-Argentina, il-Barbados, il-Bermuda, il-Bolivja, il-Brazil (1), iċ-Ċili, il-Ġamajka, il-Kolombja (1), il-Kosta Rika (1), Kuba, il-Messiku (1) il-Peru (1), il-Paragwaj, l-Urugwaj, il-Venezwela".

Artikolu 4

Il-Messiku huwa mħassar mill-lista tat-pajjiżi terzi fi Grupp D fin-nota 3 tal-qiegħ tal-paġna ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/196/KEE.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hija emendata kif ġej:

1. Il-lista tat-pajjiżi terzi fil-Grupp D ta’ l-Anness I hija mibdula b’dan li ġej:

"l-Arġentina (AR), il-Barbados (2) (BB), il-Bermuda (2) (BM), il-Bolivja (2) (BO), il-Brażil (1) (BR), iċ-Ċili (CL), il-Ġamajka (2) (JM), Kuba (2) (CU), il-Messiku (1) (MX), il-Paragwaj (PY), l-Urugwaj (UY)"

2. It-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ppreżentat fl-Anness II(D) huwa mibdul b’dan li ġej:

"ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għall-importi fit-territorju tal-Komunità ta’ żwiemel reġistrati mill-Barbados, il-Bermuda, il-Bolivja, il-Ġamajka, il-Kuba, u ta’ razez reġistrati taż-żiemel u razez taż-żiemel għat-trobbija u l-produzzjoni mill-Arġentina, il-Brażil (1), iċ-Ċili, il-Messiku (1), il-Paragwaj, l-Urugwaj."

Artikolu 6

Id-Deċiżjonijiet 95/392/KE u 96/486/KE huma revokati.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Lulju 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 102, tat-12.4.2001, p. 63.

[3] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.

[4] ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1.

[5] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 27.

[6] ĠU L 6, tal-11.1.2001, p. 20.

[7] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67.

[8] ĠU L 43, ta’ l-14.2.2001, p. 38.

[9] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1.

[10] Ara paġna 45 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[11] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 7.

[12] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16.

[13] ĠU L 234, tat-3.10.1995, p. 44.

[14] ĠU L 198, tat-8.8.1996, p. 49.

--------------------------------------------------