32001D0607

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-19 ta' lulju 2001 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-eko-tikketta komunitarja għall-deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn (notifikata permezz ta' dokument numru k(2001) 1989)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

Official Journal L 214 , 08/08/2001 P. 0030 - 0042
CS.ES Chapter 15 Volume 06 P. 167 - 179
ET.ES Chapter 15 Volume 06 P. 167 - 179
HU.ES Chapter 15 Volume 06 P. 167 - 179
LT.ES Chapter 15 Volume 06 P. 167 - 179
LV.ES Chapter 15 Volume 06 P. 167 - 179
MT.ES Chapter 15 Volume 06 P. 167 - 179
PL.ES Chapter 15 Volume 06 P. 167 - 179
SK.ES Chapter 15 Volume 06 P. 167 - 179
SL.ES Chapter 15 Volume 06 P. 167 - 179


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-19 ta' lulju 2001

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-eko-tikketta komunitarja għall-deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn

(notifikata permezz ta' dokument numru k(2001) 1989)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2001/607/KE)

IL-KUMMISJONI TA' KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar skema riveduta ta' l-għoti ta' eko-tikketta Komunitarja [1], u partikolarment l-Artikoli 3, 4 u 6 tiegħu,

Billi:

(1) l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li l-eko-tikketta tista’ tingħata lil prodott li għandu karatteristiċi li jippermettulu li jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal titjib fir-rigward ta' l-aspetti ambjentali ewlenin.

(2) l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li kriterji speċifiċi ta' l-eko-tikketta għandhom jiġu stabbiliti skond gruppi ta'prodotti.

(3) Il-miżuri mniżżla f'din id-Deċiżjoni kienu żviluppati u adottati skond il-proċeduri għall-istabbiliment ta' kriterji ta' l-eko-tikketta kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000.

(4) Il-miżuri mniżżla f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp tal-prodott "deterġenti għal ħasil tal-platti bl-idejn" (minhawn il-quddiem msejjaħ "il-grupp tal-prodott") għandu jfisser:

Id-deterġenti kolha intiżi li jiġu wżati għall-ħasil bl-idejn ta' platti, fuħħar, pożati, borom, twaġen u għodda oħra tal-kċina, eċċ.

Artikolu 2

L-andament ambjentali u l-possibiltà ta'użu tal- grupp tal-prodott għandhom jiġu stmati b'referenza mall-kriterji mniżżla fl-Anness.

Artikolu 3

Id-definizzjoni tal-grupp tal-prodott u l-kriterji għall-grupp tal-prodott għandhom ikunu validi għal tliet snin mid-data li fiha din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ. Jekk kriterji ekoloġiċi reveduti ma jkunux ġew addottati qabel it-tmiem ta' dan il-perjodu, il-validitá tagħhom għandha tkun estiża b'sena oħra.

Artikolu 4

Għal għanijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodott għandu jkun 019.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 2001.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 237, tal-21.9.2000, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

QAFAS

Sabiex jikkwalifika għall-eko-tikketta, deterġent għal ħasil tal-platti bl-idejn (minhawn il-quddiem imsejjaħ "il-prodott") irid jaqa' fi ħdan il-grupp tal-prodott kif definit fl-Artikolu 1, u jrid jikkonforma mall-kriterji ta'dan l-Anness, mat-testijiet imwettqa għall-applikazzjoni kif indikat fil-kriterji u l-appendiċi tekniku. Fejn xieraq, metodi oħra ta'testjar jistgħu jiġu wżati jekk l-ekwivalenti tagħhom huwa aċċettat mill-korp kompetenti jew korpijiet li jagħmlu stima ta' l-applikazzjoni (minn issa l-quddiem imsejjaħ "il-korp kompetenti"). Fejn l-ebda testijiet m'huma msemmija, jew huma msemmija għall-użu ta'verifikazzjoni jew kontroll, korpi kompetenti għandhom jafdaw, kif xieraq, fuq dikjarazzjonijiet u dokumentazzjonijiet provduti mill-applikant u/jew verifikazzjonijiet indipendenti. Fejn hu indikat li hemm ħtieġa ta' dokumentazzjoni u/jew dikjarazzjonijiet speċifiċi, dawn għandhom jiġu provduti mill-applikant u/jew mill-manifattur(i) u/jew mill-fornitur(i) kif xieraq. Fejn hemm referenza għal ingredjenti, dan jinkludi sustanzi u preparazzjonijiet.

Il-korpi kompetenti huma rakkomandati li jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta' skemi amministrattivi ambjentali rikonoxxuti, bħal EMAS jew ISO 14001, meta jistmaw applikazzjonijiet u konformità ta' kontroll mall-kriterji f'dan l-Anness (

Nota:

mhux meħtieġ li jiġu implimentati tali skemi t'amministrazzjoni.)

Dawn il-kriterji għandhom l-għan partikolari li jippromwovu:

- it-tnaqqis ta' rilaxx ta'sustanzi tossiċi jew li jniġġsu b'xi mod ieħor fl-ambjent akwatiku,

- it-tnaqqis jew prevenzjoni ta' riskji għas-saħħa jew ta' l-ambjent relatati ma' l-użu ta'sustanzi perikolużi,

- it-tnaqqis ta'skart tal-pakkeġġjar,

- informazzjoni li tħalli lill-konsumatur juża l-prodott bil-mod li huwa effiċjenti u li jnaqqas l-impatt fuq l-ambjent.

Il-kriterji huma mniżżla f'livelli li jippromwovu t-tikkettar ta'deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn li għandhom impatt ambjentali baxx.

KRITERJI EKOLOĠIĊI

1. Tossiċita ta' organismi akwatiki

It-tossiċita ta' volum ta' tidwib kritiku (CDVtox) hija kkalulata għal kull ingredjent (i) bl-użu tal-formola li ġejja:fejn piż (i) huwa

+++++ TIFF +++++

l-piż ta' l-ingredjent għal kull doża rakkommandata għal litru ta' ilma għal ħasil tal-platti, LF huwa l-loading factor u LTE huwa l-effett fit-tul ta' konċentrazzjoni ta' tossiċita ta'l-ingredjent.

Il-valuri tal-parametri ta' l-LF u LTE għandhom ikunu kif mogħtija fil-lista tad-database ta' ingredjenti tad-deterġent (lista DID) fl-Appendiċi IA. Jekk l-ingredjenti ikkonċernat mhuwiex inkluż fil-lista DID, l-applikant għandu jistma l-valuri tagħhom skond l-approċċ imsemmi fl-Appendiċi IB. Iċ- CDVtox huwa ikkalkolat għal kull ingredjent, waqt li jsir iċ- CDVtox għall-prodott.

Iċ-CDVtox tad-doża rakkomandata esspress għal kull litru ta'ilma m'għandux jaqbeż il-170 l.

Il-formolazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi mogħtija lill-korp kompetenti, flimkien mad-dettalji tal-kalkoli taċ-CDVtox li juru konformità ma' dan il-kriterju.

2. Biodegradibilità tas-surfactants

(a) Kull surfactant użat fil-prodotti għandu jkun biodegradabbli.

Il-formolazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi provduta lill-korp kompetenti. Il-lista DID (ara Appendiċi IA) tindika jekk surfactant speċifiku huwiex aerobikalment bijodegradabbli jew le (i.e dawk li għandhom "Y" fil-kolonna dwar bijodegradabbilità aerobika m'għandhomx jintużaw). Għal surfactants li mhumiex inklużi fil-lista DID, l-informazzjoni relevanti mill-letteratura jew egħjun oħra, jew riżultati tat-testijiet xierqa, li juru li huma aerobikalment bijodegradabbli għandhom jiġu provduti. It-testijiet għal biodegradabilità lesta għandu jkun kif imsemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regoli u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, pakkeġġjar u tikkettjar ta' sustanzi perikolużi [1], u l-emendi sussegwenti tagħha, b'mod partikolari l-metodi dettaljati fl-Anness V.C4, jew l- metodi ta'testjar OECD 301 A-F ekwivakenti tagħhom, jew it-testijiet ISO ekwivalenti tagħhom. Il-'window principle ta'10 t'ijiem m'għandux japplika: Il-livelli biex jgħaddu mit-testijiet imsemijja f'L-Anness V.C4-A u C.4-B tad-Direttiva 67/548/KEE (u t-testijiet OECD 301 A u E ekwivalenti tagħhom u ISO ekwivalenti) għandhom ikunu aktar minn 70 %, u għal testijiet C4-C, D, E u F (u l-ekwivalenti tagħhom OECD 301 B, F, D u testijiet u ISO ekwivalenti) għandu jkun ta' 60 %.

(b) Biodegradibilità anarobika

Kull surfactant użat fil-prodott għandu jkun biodegradabli skond kondizzjonijiet anarobiċi.

Il-formolazzjoni eżatta tal-prodotti għandha tiġi pprovduta. Il-lista DID (ara Appendiċi IA) tindika jekk surfactant speċifiku huwiex anarobikament biodegradabli jew le (i.e. dawk li għandhom "Y" fil-kolonna dwar biodegradabilità anarobika m'għandhomx jintużaw). Għal surfactants li mhumiex inklużi fil-lista DID, l-informazzjoni relevanti mill-letteratura jew egħjun oħra, jew riżultati tat-testijiet xierqa, li juru li huma anarobikament bijodegradabbli għandhom jiġu provduti. It-test ta'referenza għal degradabilità anarobika għandu jkun ISO 11734, ECETOC Nu 28 (Ġunju 1988) jew metodu ta' testjar ekwivalenti, bil-ħtieġa ta'minimu ta'60 % degradibilità taħt kondizzjonijiet anarobiċi.

3. Sustanzi jew preparazzjonijiet perikolużi, jew tossiċi

(a) L-ingredjenti li ġejjin m'għandhomx ikunu inklużi fil-prodott, kemm bħala parti mill-formolazzjoni jew bħala parti minn kwalunkwe preparazzjoni inkluża fil-formolazzjoni:

- alkil fenol etoxlates (APEOs)

- komposti tal- ammonju katernari

- triklorokarbon

- EDTA (etilene-diamine-tetra-aċetat)

- NTA (nitrilo-tri-aċetat)

- solventi tal-poliglikol: glikoli tal-polietilene

- nitromuski u muski polikliċi, inkluż per eżempju:

muski xilene: 5-tert-butil-2,4,6-trinitro-m-xilene

muski ambrette: 4-tert-butil-3-metoxi-2,6-dinitrotoluene

moskene: 1,1,3,3,5-pentametil-4,6-dinitroindan

muski tibetine: 1-tert-butil-3,4,5-trimetil-2,6-dinitrobenzene

muski ketone 4'-tert-butil-2',6'-dimetil-3',5'-dinitroacetafenone

HHCB (1,3,4,6,7,8-Hexahidro-4,6,6,7,8,8-hexametilciclopenta(g)-2-benzopiran)

AHTN (6-Acetil-1,1,2,4,4,7-hexametiltetralin).

(b) L-ebda ingredjent m'għandu jiġi inkluż fil-prodott li huwa klassifikat bħala:

R40 (xiehda (limitata ta'effett karċinoġeneku)

R45 (jistgħu jikkawżaw kankru),

R46 (jistgħu jikkawżaw danni ġenetiċi li jintirtu),

R49 (jistgħu jikkawżaw kankru meta jixtammu),

R68 (riskji possibli ta'effetti irriversabbli),

R50 + 53 (tossiċi ħafna għal organismi akwatiċi u jistgħu jikkawżaw effetti avversi fit-tul fl-ambjent akwatiku),

R51 + 53 (tossiċi għal organismi akwatiċi u jistgħu jikkawżaw effetti avversi fit-tul fl-ambjent akwatiku),

R59 (perikolużi għas-saff ta' l-ożonu),

R60 (jistgħu ifixklu l-fertilità),

R62 (jistgħu jjipperikolaw tarbija mhix imwielda),

R62 (riskju possible ta' tfixkil fil -fertilita),

R63 (riskju possibli ta' perikolożirà fuq tarbija mhix imwielda),

R64 (jistgħu jipperikolaw trabi li jerdgħu mis-sider),

jew kwalunkwe tagħqid tagħhom, skond id-Direttiva 67/548/KEE u l-emendi sussegwenti tagħha, jew skond id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regoli u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni, pakkeġjar u tikkettjar ta' preparazzjonijiet perikolużi [2], u l-emendi sussegwenti tagħha.

Kull ingredjent ta' kwalunkwe preparazzjoni użat fil-formolazzjoni lijaqbeż il-0,1 % skond il-piż tal-preparazzjoni għandu jikkonforma mal-ħtiġijiet imsemmija hawn fuq.

Bioċidji li jintużaw biex jiġi preservat il-prodott (kif permess taħt il-kriterju fuq bioċidji hawn taħt), u huma kklasifikati bħala R50 + 53 jew R51 + 53 huma madankollu permessi, iżda biss jekk mhumiex potenzjalment bio-akkumulattivi. F'dan il-kuntest, bioċidju huwa kkunsidrat bħala potenzjalment bio-akkumulattiv jekk il-log Pow (log oktanol/koeffiċjenti tad-diviżjoni ta' l-ilma) > = 3,0 (kemm-il darba l-BCT determinat mill-esperimenti < = 100).

Il-formolazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi provduta lill-korp kompetenti, flimkien ma' kopji tad-dokumenti tad-data ta' sigurtà tal-materjal ta' kull ingredjent li għandhom jindikaw l-klassifikazzjoni jew in-nuqqas tagħha ta' kull ingredjent, kif ukoll dikjarazzjoni li l-ebda mis-sustanzi msemmija hawn fuq ma ġew inklużi fil-prodott.

Bl-istess mod il-fornituri ta' kwalunkwe preparazzjoni użata fil-formolazzjoni għandhom jipprovdu dikjarazzjoni li l-preparazzjoni tagħhom tikkonforma mal-ħtiġijiet imsemmija hawn fuq.

4. Fwejjaħ

(a) Il-prodott m'għandux jkollu fwejjaħ li jkun fihom in-nitromuski jew muski poliċikliċi (kif speċifikat fil-kriterju t'hawn fuq).

(b) Jekk il-prodott jkun fih wieħed jew aktar mill-fwejjaħ li ġejjin, dan għandu jkun indikat b'mod ċar fuq il-pakkett, billi jissemma l-isem jew ismijiet tal-fwejjaħ ikkonċernati:

Isem komuni | SAK-Nru | Isem komuni | SAK-Nru |

Amil Ċinnamal | 122-40-7 | Alkoħol amilċinnamil | 101-85-9 |

Benżil alkoħol | 100-51-6 | Benżil saliċilate | 118-58-1 |

Ċinnamil alkoħol | 104-54-1 | Ċinnamal | 104-55-2 |

Ċitral | 5392-40-5 | Ċumarin | 91-64-5 |

Euġenol | 97-53-0 | Ġeraniol | 106-24-1 |

Hidroxiċitronellal | 107-75-5 | Hidroximetil | 31906-04-4 |

Isoeuġenol | 97-54-1 | | |

pentilċiċloħexenecarboxaldeħide (ċ) Kwalunkwe ingredjenti li jiġu miżjuda mal-prodott bħala fwieħa iridu jkun ġew manifatturati u/jew mgħoddija bl-idejn skond il-kodiċi ta' prattika ta' l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwieħa.

Dikjarazzjoni ta' konformità ma' kull parti ta' dan il-kriterju għandha tiġi mogħtija lill-korp kompetenti.

5. Żebgħa jew sustanzi tal-kulur

Kwlaunkwe żebgħa jew sustanzi tal-kulur li jiġu użati fil-prodott iridu jkunu permessi mid-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta'Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward prodotti kosmetiċi [3] u l-emendi sussegwenti tagħha li, u jridu jkunu permessi mid-Direttiva 94/36/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar kuluri li jintużaw fl-ikel [4] u l-emendi sussegwenti tagħha.

Dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju għandha tiġi provduta lill-korp kompetenti, flimkien ma' lista kompluta taż-żebgħa jew sustanzi tal-kulur li ġew użati.

6. Bioċidi

(a) Il-prodott jista' jkollu bioċidi biss biex jiġi priservat il-prodott, u fid-doża xierqa għal dan il-għan biss. Dan ma jirreferix għas-surfactants li jista' jkollhom propjetajiet bioċidali.

Il-formolazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi provduta, flimkien ma' kopji tad-dokumenti tad-data ta' sigurtà ta'kwalunkwe preservattivi miżjuda, kif ukoll informazzjoni dwar id-doża neċessarja biex jiġi priservat il-prodott. Dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju għandha tiġi provduta.

(b) Huwa projibit li jiġi ddikjarat jew suġġerit fuq il-pakkett jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li l-prodott tal-ħasil tal-platti bl-idejn għandu azzjoni antimikrobijali.

It-testi u l-arranġament ta' kull tip ta'pakkeġġjar u/jew eżempju ta' kull tip ta' pakkeġġjar differenti għandu jkun provdut lill-korp kompetenti, flimkien ma' dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.

7. Sustanzi sensitizzanti

Il-prodott m'għandux jiġi kklassifikat bħala R42 (jista' jikkawża sensitazzjoni meta bix-xamm) u/jew R43 (jista' jikkawża sensitazzjoni meta jiġi f'kuntatt mal-ġilda) skond id-Direttiva 1999/45/KE dwar l-appromissazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni, pakkeġġjar u tikkettjar ta' preparazzjonijiet perikolużi.

Il-formolazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi provduta lill-korp kompetenti, flimkien ma' kopji tad-dokumenti tad-data ta' sigurtà tal-materjal ta'kull ingredjent li għandhom jindikaw il-klassifikazzjoni relevanti jew in-nuqqas tagħhom ta' kull ingredjent, kif ukoll dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.

8. Limitazzjoni tas-surfactants totali għal kull ħasla

Il-piż tas-surfactants totali fid-doża rakkomandata għal 11 ta'ilma tal-ħasil tal-platti m'għandux jaqbeż iż-0,4 g għal platti maħmuġa.

Data dwar il-materja totali attiva f'kull ml tal-prodott għandha tiġi provduta lill-korp kompetenti, flimkien mad-doża rakkomandata f'ml għal 1l ilma tal-ħasil tal-platti maħmuġin li jidher fuq il-pakkett. Fuq il-bażi ta'din id-data, il-konformità ma'dan il-kriterju għandha tkun murija.

9. Ħtiġijiet ta'ippakkjar

(a) L-ippakkjar primarju għandu jkollu koeffiċjenti volumetriku ta' ippakkjar (KVP) ta' inqas minn jew ugwali għal 1,9. Dan il-kriterju ma japplikax jekk l-ippakkjar primarju ikun magħmul minn 50 % jew aktar minn materjal riċiklat.

Il-KVP huwa ugwali għall-volum ta' l-iżgħar solidu rettangolari (parallelepiped rettangolari) li jista' jkollu fih l-ippakkjar maqsum skond il-volum tal-prodott li jinsab fl-ippakkjar.

(b) Jekk l-ippakkjar primarju huwa magħmul minn materjal riċiklat, kwlaunkwe indikazzjoni ta' dan fuq l-ippakkjar għandha tkun b'konformità ma'l-istandard ISO 14021 "Tikketti ambjentali u dikjarazzjonijiet - Pretensjonijiet dikjarati minnhom stess (tip II tikketti ambjentali)".

(ċ) Il-partijiet primarji ta'l-ippakkjar għandhom ikunu separati faċilment f'partijiet mono-materjali.

(d) L-oġġetti tal-plastik għandhom ikunu mmarkati skond id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1994 fuq il-pakkeġġjar u ippakkeġjar ta' skart [5], jew DIN 6120 partijiet 1 u 2 b'konnessjoni ma' DIN 7728 parti 1.

Data fuq il-pakkett, u/jew kampjun minnu jekk xieraq, għandha tiġi provduta lill-korp kompetenti, flimkien ma dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.

POSSIBILITÀ TA' UŻU TAL-PRODOTTI

10. Possibilita ta'użu

Il-prodott għandu jkun fi stat li jintuża, waqt li jikkonforma mal-bżonnijiet tal-konsumaturi.

Id-data kollha għandha tingħata lill-korp kompetenti. Dan għandu jinkludi mill-inqas ir-riżultati ta' test ta' andament li jqabbel tal-prodott (skond id-doża rakommandata, ittestjat fuq platti maħmuġin, f'kondizzjonijiet realistiċi) ma' l-ilma u ta' l-inqas prodott ieħor (normalment disponibbli fiż-żona fejn il-prodott eko-tikkettjat ser jinbiegħ, u fid-doża rakkomandata tiegħu). L-għażla tal-prodott(i) ta'referenza u t-test ta' protokoll użati għal dan it-tqabbil għandha tiġi ġġustifikata. L-applikant jista' juża, per eżempju, l-metodu ta' testjar intitolat "Ħasil tal-platti" stabbilit minn CTTN-IREN.

TAGĦRIF LILL-KONSUMATUR

11. Istruzzjonijiet għall-utent

Il-prodott għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja fuq l-pakkeġġ:

(a) "Biex taħsel il-platti tiegħek bl-iktar mod effiċjenti, biex ma taħlix ilma u enerġija, u biex tipproteġi l-ambjent, tużax ilma ġieri iżda għaddas il-platti, u uża d-doża rakommandata. Tista' taħsel b'mod effiċjenti mingħajr ħafna rawa" (jew kliem ekwivalenti).

(b) Il-piktogramma u l-informazzjoni t'hawn taħt għandha tidher fuq l-ippakkjar f'daqs suffiċjentament raġonevoli u bi sfond viżbibli:

+++++ TIFF +++++

fejn x, y, z u w iridu jiġu definiti mill-applikant u/jew mill-fabbrikant.

Il-miżura użata fil-pictogramma t'hawn fuq għandha tkun f'millimetri. Miżura oħra magħrufa, bħal kuċċarini, għandha tingħata ukoll fil-parentesi (bħal fil-pictogramma hawn fuq). Iżda, jekk l-ippakkeġġjar għandu sistema effiċjenti u konvenjenti ta' kif tingħata d-doża li tista' tipprovdi doża ugwalment affidabbli, miżura alternattiva (e.ż mili ta' tap, squirts, jew oħrajn) tista' tintuża.

(ċ) Indikazzjoni tan-numru approssimattiv ta' ħasliet li l-konsumatur jista' jagħmel bi flixkun wieħed.

Dan huwa kkalkolat billi jiġi diviż il-volum tal-prodott mad-doża meħtoeġa għal 5 l ta'ilma tal-ħasil għall-platti maħmuġin (kif indikat fil-pictogramma t'hawn fuq).

(d) Għandha tiġi applikata r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 89/542/KEE tat-13 ta' Settembru 1989 għat-tikkettjar ta' deterġenti u prodotti tat-tindif [6].

(e) Jekk il-prodott fih il-fwejjaħ, dan għandu jiġi indikat fuq il-pakkett.

(f) "Għal aktar informazzjoni żur is-sit ta' l-internet ta' l-eko-tikkettata' l-UE: http://europa.eu.int/ecolabel" (jew test ekwivalenti).

Kampjun ta'l-ippakkjar tal-prodott, inkluż it-tabella, għandu jiġi provdut lill-korp kompetenti, flimkien ma' dikjarazjzoni ta' konformità ma' kull parti ta'dan il-kriterju.

12. Informazzjoni li tidher fuq l-eko-tikketta

Kaxxa 2 ta' l-eko-tikketta għandu jkun fiha t-test li ġej:

- impatt imnaqqas fuq il-ħajja akwatika,

- intruzzjonijiet ċari dwar id-doża.

[1] ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1.

[2] ĠU L 200, tat-30.7.1999, p. 1.

[3] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

[4] ĠU L 237, tal-10.9.1994, p. 13.

[5] ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 10.

[6] ĠU L 291, tal-10.10.1989, p. 55.

--------------------------------------------------