Official Journal L 082 , 22/03/2001 P. 0021 - 0027
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 li tikkonċerna l-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar iċ-Ċomb u ż-Żingu (2001/221/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) It-Termini ta’ Referenza tal-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar iċ-Ċomb u ż-Żingu (ILZSG) kienu adottati waqt il-Laqgħa Inawgurali taċ-Ċomb u ż-Żingu taħt l-awspiċi tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, fi New York f’Mejju 1959. (2) L-ILZSG jopera indipendentement bħala organizzazzjoni awtonoma intergovernattiva affiljata man-Nazzjonijiet Uniti li tipprovdi l-membri tagħha bi: (a) informazzjoni eżatta u f’waqtha dwar is-suq dinji taċ-ċomb u ż-żingu; u (b) konsultazzjonijiet regolari intergovernattivi dwar kummerċ internazzjonali fiċ-ċomb u ż-żingu u kull kwistjoni oħra relatata importanti għall-pajjiżi membri. (3) Ix-xogħol tal-ILZSG jitwettaq prinċipalment mis-sitt kumitati tiegħu, Permanenti, Statistiku u ta’ Previżjoni, Proġetti tal-Minjieri u tat-Tidwib, Riċiklaġġ, Ekonomiku Internazzjonali u Ambjent. Minbarra dawn, Panel Konsultattiv dwar l-Industrija, li jikkonsisti minn esperti anzjani mill-industrija taċ-ċomb u ż-żingu tal-pajjiżi membri huwa presedut mill-President tal-Grupp ta’ Studju. Il-Panel jipprovdi pariri lil-membri tal-Grupp ta’ Studju u huwa miftuħ għall-konsultazzoni. (4) L-ILZSG huwa rikonoxxut bħala korp internazzjonali ta’ kommodità mill-Fond Komuni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Kommoditajiet, li jintitola lill-ILZSG li japplika għall-iffinanzjar ta’ proġetti ta’ l-iżvilupp mill-Fond Komuni. (5) Il-Gvern u l-Partijiet Kontraenti WTO/GATT ġew mitluba li jinnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bl-aċċettazzjoni tagħhom tat-Termini ta’ Referenza u r-Regoli ta’ Proċedura skons ir-Regola ILZSG tal-Proċedura 1. (6) L-iffinanzjar ta’ l-ILZSG jiġi mill-Gvernijiet Membri. Il-kontribuzzjonijiet huma kalkolati billi jiġi diviż nofs estimi ugwalment bejn il-pajjiżi membri u n-nofs l-ieħor huwa allokat fi proporzjon ta’ l-ammont tal-kummerċ totali fiċ-ċomb u ż-żingu ta’ kull pajjiż. (7) Diversi Stati Membri tal-Komunità diġà jipparteċipaw fix-xogħol ta’ l-ILZSG, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 It-Termini ta’ Referenza u r-Regoli ta’ Proċedura tal-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar iċ-Ċomb u ż-Żingu huma b’dan aċċettati mill-Komunità. Il-Komunità għandha tiddepożita l-istrumenti tagħha ta’ aċċettazzjoni mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. It-testi tat-Termini ta’ Referenza u r-Regoli ta’ Proċedura huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuni li jkollhom is-setgħa li jiddepositaw l-istrumenti ta’ aċċettazzjoni għan-nom tal-Komunità. Magħmula fi Brussel, fit-12 ta’ Marzu 2001. Għall-Kunsill Il-President B. Ringholm -------------------------------------------------- L-ANNESS I TERMINI TA’ REFERENZA TAL-GRUPP TA’ STUDJU INTERNAZZJONALI DWAR IĊ-ĊOMB U Ż-ŻINGU Sħubija 1. Is-sħubija tal-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar iċ-Ċomb u ż-Żingu għandha tkun miftuħa għall-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti jew kif xieraq għal aġenziji speċjalizzati jew għall-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, li jikkonsidraw lilhom infushom sostanzjalment interessati fil-produzzjoni jew konsum ta’ jew kummerċ fiċ-ċomb u ż-żingu. Funzjonijiet 2. Il-grupp għandu jipprovdi opportunitajiet għall-konsultazzjonijiet xierqa intergovernattivi dwar il-kummerċ internazzjonali fiċ-ċomb u/jew iż-żingu u għandu jagħmel dawk l-istudji tas-sitwazzjoni dinjija fiċ-ċomb u ż-żingu, hekk kif iqis xieraq, wara li jagħti kont speċjalment tax-xewqa li tiġi provduta informazzjoni kontinwa eżatta fir-rigward tal-pożizzjoni tal-provvista u t-talba u ta’ l-iżvilupp probabbli tagħhom. Għal dan il-għan il-grupp għandu jirranġa għall-ġbir u d-disseminazzjoni ta’ statistika, waqt li jagħmel użu tas-sorsi eżisytenti sa fejn hu prattiku. 3. Il-grupp għandu, fejn xieraq, jikkonsidra soluzzjonijiet possibbli għal xi problemi speċjali jew diffikultajiet li jeżistu jew li jistgħu jkunu mistennija li jqumu fiċ-ċomb u ż-żingu li li m’huwiex probabbli li jkunu riżolti fl-iżvilupp ordinarju tal-kummerċ dinji. 4. Il-grupp jista’ jirrapporta lill-Gvernijiet Membri. Dawk ir-rapporti jistgħu jinkludu suġġerimenti u/jew rakkomandazzjonijiet. 5. Għall-finijiet ta’ dawn it-termini ta’ referenza, ċomb u żingu għandu jinklusi skrapp, skart u/jew fdalijiet u dawk il-prodotti ta’ ċomb u żingu li l-grupp jista’ jistabbilixxi. Operazzjoni tal-grupp ta’ studju 6. Il-grupp għandu jiltaqa’ fi żminijiet u postijiet komunement kovenjenti għall-membri tiegħu. 7. Il-grupp għandu jadotta dawk ir-regoli ta’ proċedura li jitqiesu meħtieġa biex iwettaq il-funzjoniiet tiegħu. 8. Il-grupp għandu jagħmel dawk l-arranġamenti ta’ segretarjat hekk kif jista’ jċis meħtieġa għat-twettieq kif imiss tax-xogħol tiegħu. 9. Il-Gvernijiet parteċipanti għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-grupp fuq bażi li għandu jiġi stabbilit minnu. 10. Il-grupp għandu jibqa’ jeżisti sakemm ikompli, fl-opinjoni tal-Gvernijiet parteċipanti, jservi għan utli. 11. Il-grupp għandu jagħmel dawk l-arranġamenti li jqis xierqa li bihom informazzjoni tista’ tiġi skambjata mal-gvernijiet interessati mhux parteċipanti ta’ l-Istati msemmija fil-paragrafu 1 u ma’ organizzazzjonijiet adattati mhux governattivi u intergovernattivi. Il-grupp għandu jikkoopera b’mod partikolari mal-Kumitat Interim ta’ Koordinament għall-Arranġamenti Internazzjonali dwar Komoditajiet li, taħt ir-Riżoluzzjoni 557 F (XVIII) tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali, għandu l-funzjoni li jikkoordina attivitajiet ta’ gruppi ta’ studju u kunsilli. (Riprodott bħala Dokument LZ/13 tat-13 ta’ Settembru 1960, mid-Dokument E/conf. 31/1 tas-6 ta’ Mejju 1959, ir-Rapport tas-Sezzjoni Inawguali tal-Grupp ta’Studju Internazzjonali dwar iċ-Ċomb u ż-Żingu). -------------------------------------------------- L-ANNESS II REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-GRUPP TA' STUDJU INTERNAZZJONALI DWAR IĊ-ĊOMB U Ż-ŻINGU Sħubija Regola 1 Kull Gvern imsemmi fil-paragrafu 1 tat-Termini ta' Referenza li jixtieq li jsir membru tal-Grupp ta' Studju għandu jinnotifika bil-miktub b'dan lis-Segretarju Ġenerali. In-notifikazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni mill-Gvern konċernat li jqis lilu nifsu sostanzjalment interessat fil-produzzjoni jew konsum ta' jew kummerċ fiċ-ċomb u/jew iż-żingu u li jaċċetta t-Termini ta' Referenanza u r-Regoli ta' Proċedura. Regola 2 Membru jista’ f'kull żmien jirtira mill-Grupp permezz ta' notifikazzjoni bil-miktub bil-quddiem lis-Segretarju Ġenerali, bl-irtirar iseħħ mid-data speċifikata fin-notifikazzjoni. L-irtirar għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kull obbligi finanzjarji diġà magħmula u m'għandux jintitola lill-Gvern li jkun qiegħed jirtira għal xi tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tiegħu għas-sena li fiha jseħħ l-irtirar. Regola 3 Is-Segretarju Ġenerali għandu jinnotifika lil kull membru tal-Grupp b'kull notifikazzjoni li jirċievi skond ir-Regoli 1 jew 2. Rappreżentanza Regola 4 Kull membru tal-Grupp għandu, fejn possibbli, jaħtar persuna residenti fis-siġġu tal-Grupp li lilha n-notifiki kollha u komunikazzjonijiet oħra li jirrigwardaw ix-xogħol tal-Grupp għandhom ikunu ndirizzati, iżda jistgħu jsiru arranġamenti oħra mas-Segretarju Ġenerali. Regola 5 Kull membru tal-Grupp għandu jinnotifika lis-Segretarju Ġenerali kemm jista’ jkun malajr bl-ismijiet tar-rappreżentant, alternati u konsulenti maħtura biex jirrappreżentawh f'sessjoni. Il-membri jistgħu, iżda, jaħtru delegazzjonijiet permanenti biex jirrappreżentawhom fis-sessjonijiet kollha tal-Grupp sakemm jiddeċiedu mod ieħor. Regola 6 Jekk membru u t-territorji għar-relazzjonijiet internazzjonali li għalihom ikun responsabbli jiffurmaw grupp li tiegħu unità waħda jew akta ikunu prinċipalment interessati fil-produzzjoni taċ-ċomb u ż-żingu u waħda jew aktar fil-konsum taċ-ċomb u ż-żingu, jista’ jkun hemm, fuq it-talba tal-membru, jew rappreżentanza konġunta għat-territorji kollha bħal dawk fi ħdan il-Grupp jew rappreżentanza separata għat-territorji interessati fil-produzzjoni u rappreżentanza separata għat-territorji interessati fil-konsum taċ-ċomb u ż-żingu. Fejn territorju jew grupp ta' territorji jkun separatament rappreżentat skond din ir-regola, huwa għandu għall-finijiet ta' dawn ir-Regoli jitqies bħala membru tal-Grupp. Komunikazzjoni Regola 7 Il-Grupp għandu jagħmel dawk l-arranġamenti li jqis xierqa li bihom informazzjoni tista’ tiġi skambjata ma’ Gvernijiet ta' l-Istat interessati li ma jipparteċipawx imsemmija fil-paragrafu 1 tat-Termini tar-Referenza tiegħu u ma’ organizzazzjonijiet xierqa mhux governattivi ew intergovernattivi. Il-Grupp jista’ jistieden kull organizzazzjoni adattata intergovernattiva jew mhux governattiva sostanzjalment interessata fil-problemi taċ-ċimb u ż-żingu li tkun rappreżentata fil-laqgħat tiegħu minn osservatur, bil-kondizzjoni li dik l-organizzazzjoni għandha testendi drittijiet simili lill-Grupp. Dak l-osservatur jista’ jattendi l-laqgħat kollha tal-Grupp sakemm il-Grupp ma jiddeċiedix mod ieħor, fir-rigward ta' laqgħa sħiħa partikolari jew parti minnha jew serje ta' laqgħat iżda, sakemm il-Grupp ma jiddeċiedix mod ieħor ma jistgħax jattendi laqgħat tal-Kumitat Permanenti lanqas xi kumitat jew subkumitat li fih il-membri kollha tal-Grupp ma jkunux rappreżentati. Il-President jista’ jistieden lil kull osservatur bħal dak biex jipparteċipa fid-diskussjoniiet tal-Grupp ta' kull tema li fiha l-organizzazzjoni rappreżentata mill-osservatur tkun sostanzjalment interessata, iżda l-osservatur m'għandux ikollu d-dritt li jivvota jew li jagħmel proposti. Ir-Regoli ta' Proċedura li ġejjin tal-Grupp għandhom japplikaw għal dawk l-organizzazzjonijiet mutatis mutandis: Ir-Regoli 4, 5, 13, 16, 26, 27 u 28. Obbligi finanzjarji Regola 8 Is-sena finanzjarja għall-Grupp għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru. Regola 9 Kull membru tal-Grupp għandu jikkontribwixxi kull sena għall-ispejjeż tal-Grupp skond l-iskala ta' kontribuzzjonijiet stabbilita suġġetta għall-kontribuzzjoni minima, fuq il-bażi ta' l-interess ta' kull membru kemm fiċ-ċomb u ż-żingu. Fl-aħħar sessjoni skedata ta' kull sena l-estimi għas-sena ta' wara għandhom ikunu approvati mill-Grupp u l-kontribuzzjonijiet għal kull Gvern membru stabbiliti. Is-Segretarju Ġenerali għandu minnufih jinnotifika lil kull Gvern membru bl-ammont tal-kontribuzzjoni tiegħu. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu dovuti fl-1 ta' Jannar. Jekk xi pajjiż membru jkun għadu ma ħallasx il-kontribuzzjoni tiegħu għas-sena kalendarja ta' qabel saż-żmien tal-laqgħa regolari tar-Rebbiegħa tal-Kumitat Permenti, huwa għandu jagħti spjegazzjoni ta' dak id-dewmien f’dik il-laqgħa. Kull membru li jkollu arretrati ta' aktar minn kontribuzzjoni waħda tiegħu għas-sena finanzjarja li tiġi qabel għandu jitneħħielu d-drittijiet tiegħu tal-vot jew għandu jiġi sospiż mis-sħubija għal dak il-perjodu ta' żmien li fih jibqa’ għandu l-arretrati. Regola 10 Kull membru li jissieħeb fil-Grupp fil-kors ta' sena finanzjarja għandu jħallas dak il-proporzjon tal-kontribuzzjonijiet normali tiegħu ta' kull sena hekk kif il-Grupp jista’ jistabbilixxi. Kontribuzzjonijiet riċevuti minn membri ġodda m'għandhomx jaffettwaw il-kontribuzzjonijiet applikabbli għal-membri eżistenti fis-sena finanzjarja in kwistjoni. Regola 11 Il-kontribuzzjonijiet tal-membri għandhom jitħallsu fil-munita ta' l-Istat li fih il-kwartieri ġenerali tal-Grupp ikunu lokati. L-arranġamenti finanzjarji tal-Grupp għandhom isiru mis-Segretarju Ġenerali bl-awtorità tal-Kumitat Permanenti u dawk l-arranġamenti għandhom japplikaw sakemm il-Grupp jiddeċiedi mod ieħor. Regola 12 L-adozzjoni ta' estimi għandha tkun l-awtorità li tagħmel l-iżpejjeż imniżżla fihom. Fil-limiti ta' l-estimi kollha u bl-approvazzjoni tal-Kumitat Permanenti jew ta' korp xieraq nominat jew uffiċjal tal-Kumitat Permanenti, kull approprjazzjoni taħt xi waħda mill-intestaturi ta' l-estimi tista’ tiġi applikata għal xi intestatura oħra. Ħlasijiet għall-kont tal-Grupp jistgħu jsiru taħt dik/dawk l-awtorità/jiet hekk kif il-Kumitat Permanenti jista’ minn żmien għal żmien jiddeċiedi. Regola 13 Spejjeż ta' l-ivvjaġġar u tas-sosteniment tad-delegazzjonijiet tal-membri, inklużi dawk ta' delegazzjonijiet għal Kumitati jew korpi oħra tal-Grupp, m'għandhomx ikunu spiża fuq il-fondi tal-Grupp. Kwartieri ġenerali tal-Grupp Regola 14 Il-kwartieri ġenerali tal-Grupp għandhom ikunu f'Londra sakemm il-Grupp ma jiddeċidix mod-ieħor. Il-grupp għandu jżomm is-sessjonijiet tiegħu f’dawk il-postijiet hekk kif jista’ jiddeċiedi. Sessjonijiet tal-Grupp Regola 15 Is-sessjonijiet tal-Grupp, minbarra dawk li tkun ittieħdet deċiżjoni dwarhom fis-sessjoni ta' qabel, għandhom jinżammu fuq it-talba tal-Kumitat Permanenti jew tal-President tal-Grupp jew ta' mhux anqas minn erba’ membri. Fejn it-talba ssir fuq bażi ta' urġenza, it-talba tista’ tinkludi dikjarazzjoni tar-raġunijiet. Regola 16 Is-Segretarju Ġenerali għandu jibgħat lir-rappreżentant nominat ta' kull membru tal-Grupp notifikazzjoni bil-miktub tad-data ta' kull sessjoni flimkien ma’ aġenda provviżorja għal dik is-sessjoni. Dik in-notifikazzjoni u l-aġenda provviżorja għandhom jintbagħtu ta' l-anqas 35 jum qabel ma tinbeda s-sessjoni. Jekk is-sessjoni titlaqqa’ fuq il-bażi ta' urġenza, n-notifikazzjoni u l-aġenda provviżorja għandhom jintbagħtu ta' l-anqas 15-il jum qabel is-sessjoni u n-notifikazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni dwar ir-raġunijiet għat-tlaqqiegħ tas-sessjoni. Aġenda provviżorja Regola 17 L-aġaneda provviżorja għal kull sessjoni għandha tkun ippreparata mis-Segretarju Ġenerali b'konsultazzjoni mal-President tal-Grupp. Jekk mebru tal-Grupp ikun jixtieq li kwistjoni partikolari tiġi diskussa f'sessjoni tal-Grupp għandu fejn possibbli jinnotifika lis-Segretarju Ġenerali 60 jum qabel ma tinbeda s-sessjoni, waqt li jinkludi f'dik in-notifikazzjoni spjegazzjoni bil-miktub. L-aġenda għandha tkun finalment deċiża fis-Sessjoni tal-Grupp. President u Viċi-President Regola 18 Il-Grupp għandu jkollu President u żewġ Viċi-Presidenti li għandhom ikunu eletti għal sena kalendarja u jistgħu jiġu ri-eletti. L-elezzjonijiet għal sena kalendarja għandhom jinżammu f'laqgħa apposta fis-sena kalendarja ta' qabel iżda, fin-nuqqas ta' dawk l-elezzjonijiet, il-President u l-Viċi-Presidenti għandhom ikomplu f'dik il-kariga sakemm is-suċċessuri tagħhom ikunu ġew eletti u jkunu ħadu posthom. Regola 19 Id-dmirijiet tal-President jew ta' Viċi-President meta jkun qed jaġixxi bħala President, għandhom jinkludu dan li ġej: (a) jipprisjedi u jmexxi l-proċedimenti ta' kull sessjoni; (b) jiddikjara l-ftuħ u l-egħluq ta' kull sessjoni tal-Grupp; (ċ) imxxi d-diskussjonijiet fil-laqgħat, jassigura l-ħarsien ta' dawn ir-regoli, jagħti d-dritt li persuna titkellem u, bla ħsara għar-Regola 20, jiddeċiedi l-kwistjonijiet kollha ta' ordni; (d) jagħmel mistoqsijiet, iħabbar deċiżjonijiet, u, jekk jintalab vot, isejjaħ għall-voti u jħabbar ir-riżultat tal-votazzjoni. Tmexxija tal-proċeduri Regola 20 Matul id-diskussjoni fuq xi kwistjoni, kul rappreżentant jista’ jqajjem punt ta' orndi u jista’ jipproponi l-egħluq jew l-aġġornament tad-dibattitu. F'dak il-każ, il-President għandu minnufih jagħti d-deċiżjoni tiegħu, għandha tieħu effett sakemm il-laqgħa ma tiddeċidix mod ieħor. Regola 21 Il-kworum meħtieġ għal kull laqgħa tal-Grupp għandu jkun maġġoranza tal-membri tiegħu. Regola 22 Kull laqgħa tal-Grupp għandha tkun privata sakemm huwa ma jiddeċidix mod ieħor. Regola 23 Fil-kors ordinarju tat-tmexxija, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu skond is-sena tal-laqgħa mingħajr vot. Jekk jintalab vot fuq deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-estimi, kull emenda għall-estimi u kull emenda jew għat-Termini ta' Referenza jew għal din ir-regola, maġġoranzja ta' żewġ terzi tal-membri presenti u tal-votazzjoni għandhom ikunu meħtieġa. Il-vot għandu jkun bit-turija ta' l-idejn, rassenja jew vot sigriet, skond it-talba. Jekk jintalab vot dwar deċiżjonijiet oħra, maġġoranza sempliċi tkun biżżejjed. Regola 24 Il-President jew il-Viċi-President li jkun qiegħed jaġixxi minn floku, m’għandux ikollu vot, iżda jista’ jaħtar membru ieħor tad-delegazzjoni tiegħu biex jivvota minn floku. Regola 25 Il-President tal-Kumitat Permanenti jista’ jirranġa biex il-Grupp jasal għal deċiżjonijiet dwar xi kwistjoni permezz ta' korrispondenza. Għal dan il-għan komunikazzjoni għandha tintbagħat lill-membri biex tistiedinhom li jirrekordjaw il-voti tagħhom f'limitu ta' żmien speċifikat, li m'għandux ikun anqas minn 21 jum. Il-komunikazzjoni għandha tiddikjara b'mod ċar il-kwistjoni li dwarha trid tittieħed deċiżjoni u l-proposti li fir-rigward tagħhom il-membri huma mistiedna biex jivvotaw favur jew kontra. Fit-tmiem tal-limitu ta' żmien speċifikat, is-Segretarju Ġenerali għandu jinnotifika lill-membri kollha bid-deċiżjoni milħuqha. Jekk it-tweġibiet ta' erba’ membri jkun fihom oggezzjoni għall-proċedura ta' korrispondenza, ebda vot ma għandu jittieħed u l-kwistjoni għandha tiġi posposta għad-deċiżjoni fis-sessjoni li jkun imiss tal-Grupp. Lingwi uffiċjali u tax-xogħol Regola 26 L-Ingliż, il-Franċiż, ir-Russu u l-Ispanjol għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali u tax-xogħol tal-Grupp. Kull rappreżentant li jixtieq li jitkellem b'xi lingwa oħra għandu jkun responsabbli għall-interpretazzjoni f'xi waħda mill-lingwi tax-xogħol. Id-dokumenti kollha tal-Grupp għandhom jiġu tradotti fl-erba’ lingwi tax-xogħol. Regola 27 Il-minuti tal-laqgħat għandhom jikkonsistu f'rekord sommarju tal-proċeduri li għandhom ikunu provviżorji fl-ewwel każ. Jekk delegazzjoni tixtieq li temenda xi waħda mid-dikjarazzjonijiet tagħha rapportati fir-rekord provviżorju, dik l-emenda għandha ssir permezz ta' notofikazzjonilis-Segretarju Ġenerali fi żmien 21 jum mill-ħruġ ta' dak ir-rekord u ebda bidliet oħra ma għandhom isiru sakemm ma jkunux approvati mill-Grupp fis-sessjoni li jmiss tiegħu. Regola 28 Informazzjoni li hija l-proprjetà tal-Grupp, rapporti tal-proċedimenti u kull dokumenti oħra tal-Grupp ta' Studju u tal-kumitati varji tiegħu u korpi oħra għandhom ikunu konfodenzjali sa dak iż-żmien u sakemm il-Grupp jew il-Kumitat Permanenti kif xieraq, ma jiddeċidix mod ieħor. Kumitat Permanenti Regola 29 Kumitat Permanenti għandu jiġi stabbilit mill-Grupp u għandu jikkonsisti minn dawk il-membri tal-Grupp li jkunu indikaw lis-Segretarju Ġenerali bix-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fix-xogħol tiegħu. Id-dokumenti konnessi max-xogħol tal-Kumitat għandhom ikunu ċirkolati lill-persuna nominata minn kull membru tal-Kumitat. Il-Kumitat Permanenti għandu jeleġġi il-President tiegħu stess u l-Viċi-Presidenti. Is-Segretarju Ġenerali, jew xi uffiċjal nominat minnu, għandu jservi bħala Segretarju tal-Kumitat. Il-Kumitat, li għandu jiltaqa’ ta' l-anqas darbtejn fis-sena, għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura. Regola 30 Il-Kumitat Permanenti għandu jżomm is-sitwazzżjoni taċ-ċomb u ż-żingu presentement taħt reviżjoni u għandu jagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet lill-Grupp hekk kif jista’ jqis konsiljabbli. Għandu jwettaq dawk il-kompiti l-oħra hekk kif jistgħu jiġu delegati lilu mill-Grupp. B'żieda, għandu jeżerċita responsabbiltà xierqa għax-xogħol tas-Segretarjat, il-preparazzjoni ta' l-abbozz ta' l-estimi u azzjoni oħra finanzjarja skond ir-Regola 12. It-transazzjonijiet finanzjarji kollha għan-nom tal-Grupp għandhom ikunu notifikati regolarment lill-Kumitat. Kumitati oħra Regola 31 Il-Grupp jista’ jistabbilixxi dawk il-Kumitati l-oħra jew korpi hekk kif jista’ jkun adattat fuq dawk it-termini u kondizzjonijiet li huwa jista’ jistabbilixxi. Segretarjat Regola 32 Il-Grupp għandu jkollu Segretarjat li jkun jikkonsisti f'Segretarju Ġenerali and dawk l-impjegati skond kif ikun meħtieġ. Is-Segretarjat għandu jkun maħtur jew provdut b’dak il-mod hekk kif il-grupp jista’ jiddeċiedi. Regola 33 Is-Segretarju Ġenerali, suġġett għal dawk id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-provvista tas-Segretarjat hekk kif jistgħu jsiru mill-Grupp, għandu jkun responsabbli għall-esekuzzjoni tad-dmirijiet kollha li jaqgħu fuq is-Segretarjat, inkluż li jaqdi l-Grupp u l-Kumitati tiegħu. Emendi Regola 34 Dawn ir-Regoli jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni mill-Grupp meħuda skond ir-Regola 23. (Dokument LZ/161 tas-26 ta' Settembru 1977, rivedut mid-Dokumenti LZ/58 tat-13 ta' Novembru 1964, LZ/15 ta' l-l0 ta' Ottubru 1960, u LZ/9 tat-3 ta' Awissu 1960). --------------------------------------------------