32001D0214



Official Journal L 080 , 20/03/2001 P. 0011 - 0011


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-26 ta' Frar 2001

fuq il-firma, f'isem il-Komunità Ewropea, ta' Ftehim fil-forma ta' Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka fuq arranġamenti fil-qasam ta' aċċess tas-suq għall-prodotti tat-tessuti u l-ħwejjeġ, u li tawtorizza l-appikazzjoni proviżorja tiegħu

(2001/214/KE)

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu, flimkien ma' l-ewwel u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni innegozjat f'isem il-Komunità Ftehim bilaterali f'forma ta' Memorandum ta' Ftehim fuq il-Kummerċ fi prodotti tat-tessuti mas-Sri Lanka.

(2) Il-Ftehim fil-forma ta' Memorandum ta' Ftehim kien inizjalat fil-5 ta' Diċembru 2000.

(3) Il-Ftehim fil-forma ta' Memorandum ta' Ftehim għandu jkun iffirmat f'isem il-Komunità.

(4) Biex jista' jkun hemm benefiċċju għaż-żewġ Partijiet minnufih wara n-notifiki rilevanti lid-WTO, huwa xieraq li dan il-Ftehim jgħodd fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Diċembru 2000 fil-pendenza tat-tlestija tal-proċeduri rilevanti għall-konklużjoni formali tiegħu, bla ħsara għar-reċiproċità,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Bla ħsara għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar tard il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuni bis-setgħa li jiffirmaw, f'isem il-Komunità Ewropea, il-Ftehim f'forma ta' Memorandum ta' Ftehim fuq il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti mas-Sri Lanka.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Bla ħsara għar-reċiproċità, il-Ftehim f'forma ta' Memorandu ta' Ftehim għandu jgħodd fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Diċembru 2000 fil-pendenza tat-tlestija tal-proċeduri għall-konklużjoni formali tiegħu.

Artikolu 3

1. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 fuq ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi [1], tista' timodifika l-applikazjzoni tas-sistema tal-verifika doppja għal ċerti prodotti, wara konsultazzjonijiet mas-Sri Lanka skond il-Punt 7 tal-Memorandum tal-Ftehim.

2. Il-Kummissjoni għandha tapplika r-reġim tal-kwota mill-ġdid fil-każ ta' nuqqas min-naħa tas-Sri Lanka li tħares l-obbligi tagħha koperti bil-Punti 2 u 6 tal-Memorandum tal-Ftehim skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru. 3030/93.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Frar ta' l-2001.

F'isem il-Kunsill

Il-President

A. Lindh

[1] ĠU L 275, tat-8.11.1993. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 824/97 (ĠU L 119, tat-8.5.97, p. 1).

--------------------------------------------------