Official Journal L 030 , 01/02/2001 P. 0044 - 0044
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2000 fuq l-iffirmar, f'isem il-Komunitajiet Ewropej, tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali u l-Protokoll tagħha dwar il-ħlieda ta' kontra t-traffiku klandestin tal-bnedmin, b'mod partikolari tan-nisa u tat-tfal, u l-kuntrabandu ta' immigrati bl-art, bl-ajru u bil-baħar. (2001/87/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikoli 47, 62(2)(a), 63 l-ewwel (3)(b), u 95 moqri konġuntivament ma' l-ewwel ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, billi: (1) L-elementi tal-Konvenzjoni u ż-żewġ Protokolli tiegħu illi huma suġġetti għall-kompetenzi tal-Komunità ġew negozjati mill-Kummissjoni, bl-approvazzjoni tal-Kunsill, f'isem il-Komunità. (2) Il-Kunsill ta' istruzzjonijiet ukoll lill-Kummissjoni sabiex jinnegozja l-adeżjoni tal-Komunità mal-ftehim internazzjonali in kwestjoni. (3) In-negozjati ġew konklużi b' suċċess u l-istrumenti riżultanti ser ikunu miftuħin għall-iffirmar mill-Istati, u, fl-oqsma tal-kompetenzi tagħhom, mill-organizazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika f'Palermo mit-12 sal-15 ta' Diċembru 2000 u wara fil-kwartieri ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-perjodu ta' sentejn. (4) L-Istati Membri filwaqt illi qalu illi huna ser jiffirmaw l-istrumenti hekk kif huma jkunu miftuħin għall-firma f'Palermo, il-Komunitajiet Ewropej għandhom ukoll ikunu kapaċi illi jiffirmaw, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikoli waħdieni 1. Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat illi jinnomina l-persuni illi għandhom is-setgħa, f'isem il-Komunità, jiffirmaw il-Konvenzjoni kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali u l-Protokoll tiegħu fuq it-taqbida ta' kontra t-traffiku klandestin tal-bnedmin, partikolarment tan-nisa u tat-tfal, u l-kuntrabandu ta' l-immigrati bl-art, bl-ajru u bil-baħar. 2. It-test tal-Konvenzjoni u l-Protokoll addizzjonali tiegħu, illi ġie adottata mill-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħqua fir-Riżoluzzjoni ANru 25 tal-15 ta' Novembru 2000, ser ikun pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ma' l-adeżjoni tal-Komunità. Magħmul fi Brussel, 8 Diċembru 2000. F'isem il-Kunsill Il-President H. Védrine --------------------------------------------------