32001D0040



Official Journal L 010 , 13/01/2001 P. 0075 - 0077


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-22 ta’ Diċembru 2000

li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li tagħmel lista ta’ pajjiżi minn fejn l-importazzjoni ta’ prodotti tal-ħut għal konsum uman hija awtorizzata

(notifikata bid-dokument numru Ċ(2000) 4086)

(Test b’rilevanza Żona EE)

(2001/40/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 95/408/KE tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju, 1995, dwar il-kondizzjonijiet biex isiru, għal perjodu transitorju, listi provviżorji ta’ stabbilimenti f’terzi pajjiżi minn fejn l-Istati Membri jkunu awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti tal-ħut jew molluski bivalvi ħajjin [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 98/603/KE [2], u partikolarment Artikolu 2(2) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni 97/296/KE [3] tal-Kummissjoni, kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2000/674/KE [4], għandha listi ta' pajjiżi u territorji minn fejn l-importazzjoni ta’ prodotti tal-ħut għal konsum uman hija awtorizzata. Parti I ta’ l-Anness għandha l-ismijiet tal-pajjiżi u territorji koperti minn Deċiżjoni speċifika u Parti II issemmi lil dawk li jikkwalifikaw taħt Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 95/408/KE.

(2) Id-Deċiżjonijiet 2001/36/KE [5] u 2001/39/KE [6] tal-Kummissjoni stabbilew kondizzjonijiet speċifiċi ta' importazzjoni għal prodotti tal-ħut u ta’ l-akwakultura li joriġinaw mill-Ġamajka u r-Repubblika Ċeka rispettivament. Il-Ġamajka u r-Repubblika Ċeka għandhom għalhekk jiżdiedu f'Parti I ta’ l-Anness.

(3) Minħabba l-gravità tan-nuqqasijiet li nstab li kien hemm waqt spezzjoni f’Saint Vincent u Grenadines, l-importazzjoni ta’ prodotti tal-ħut minn dan il-pajjiż m’għandhiex tkun awtorizzata u, għalhekk dan il-pajjiż għandu jitneħħa mill-lista ta’ dan l-Anness.

(4) Il-miżuri msemija f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jissostitwixxi l-Anness tad-Deċiżjoni 97/296/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ sittin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 22 ta’ Diċembru, 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17.

[2] ĠU L 289, tat-28.10.1998, p. 36.

[3] ĠU L 122, ta' l-14.5.1997, p. 21.

[4] ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p 59.

[5] Ara paġna 59 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[6] Ara paġna 68 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS

LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI MINN FEJN L-IMPORTAZZJONI TA’ PRODOTTI TAL-ĦUT FI KWALUNKWE FORMA MAĦSUBA GĦAL KONSUM UMAN HIJA AWTORIZZATA

I. Pajjizi u territorji koperti minn deciżjoni specifika bid-Direttiva 91/493/KEE tal-Kunsill

AL — ALBÁNSKO

AR — ARGENTÍNA

AU — AUSTRÁLIA

BD — BANGLADÉŠ

BR — BRAZÍLIA

CA — KANADA

CI — POBREŽIE SLONOVINY

CL — CHILE

CN — ČÍNA

CO — KOLUMBIA

CU — KUBA

CZ — ČESKÁ REPUBLIKA

EC — EKVÁDOR

EE — ESTÓNSKO

FK — FALKLANDSKÉ OSTROVY

FO — FAERSKÉ OSTROVY

GH — GHANA

GM — GAMBIA

GT — GUATEMALA

ID — INDONÉZIA

IN — INDIA

IR — IRÁN

JM — JAMAJKA

JP — JAPONSKO

KR — JUŽNÁ KÓREA

LT — LITVA

LV — LOTYŠSKO

MA — MAROKO

MG — MADAGASKAR

MR — MAURETÁNIA

MU — MAURÍCIUS

MV — MALDIVY

MX — MEXIKO

MY — MALAJZIA

NA — NAMÍBIA

NG — NIGÉRIA

NZ — NOVÝ ZÉLAND

OM — OMÁN

PA — PANAMA

PE — PERU

PH — FILIPÍNY

PK — PAKISTAN

PL — POĽSKO

RU — RUSKO

SC — SEYCHELY

SG — SINGAPUR

SN — SENEGAL

TH — THAJSKO

TN — TUNISKO

TW — TAIWAN

TZ — TANZÁNIA

UY — URUGUAJ

VE — VENEZUELA

VN — VIETNAM

YE — JEMEN

ZA — JUŽNÁ AFRIKA

II. Pajjizi u territorji li huma skond il-kondizzjonijiet ta' Artikolu 2(2) ta' Deciżjoni 95/408/KE tal-Kunsill

AG — ANTIGUA A BARBUDA [1]

AN — HOLANDSKÉ ANTILY

AO — ANGOLA

AZ — AZERBAJDŽAN [2]

BJ — BENIN

BS — BAHAMY

BY — BIELORUSKO

BZ — BELIZE

CH — ŠVAJČIARSKO

CM — KAMERUN

CR — KOSTARIKA

CY — CYPRUS

DZ — ALŽÍRSKO

ER — ERITREA

FJ — FIDŽI

GA — GABON

GD — GRENADA

GL — GRÓNSKO

GN — GUINEA KONAKRY

HK — HONGKONG

HN — HONDURAS

HR — CHORVÁTSKO

HU — MAĎARSKO [3]

IL — IZRAEL

KE — KEŇA

LK — SRÍ LANKA

MM — MYANMAR

MT — MALTA

MZ — MOZAMBIK

NC — NOVÁ KALEDÓNIA

NI — NIKARAGUA

PF — FRANCÚZSKA POLYNÉZIA

PG — PAPUA NOVÁ GUINEA

PM — SAINT PIERRE A MIQUELON

RO — RUMUNSKO

SB — ŠALAMÚNOVE OSTROVY

SH — SVÄTÁ HELENA

SI — SLOVINSKO

SR — SURINAM

TG — TOGO

TR — TURECKO

UG — UGANDA

US — SPOJENÉ ŠTÁTY AMERICKÉ

ZW — ZIMBABWE

[1] Awtorizzat li jimporta biss hut frisk.

[2] Awtorizzat li jimporta biss kavjar.

[3] Awtorizzat li jimporta biss annimali ħajjin għal konsum uman.

--------------------------------------------------