Official Journal L 326 , 22/12/2000 P. 0063 - 0064
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-l4 ta' Diċembru 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' kummerċ fi prodotti tessili ma' ċerti terzi pajjiżi (ir-Repubblika tal-Belarussja, ir-Renju tan-Nepal, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġorġja, il-Każakistan, il-Moldova, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Ukrajna, ir-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu) (2000/804/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ewropea Ftehim dwar il-kummerċ fi prodotti tessili ma' ċerti pajjizi terzi. (2) Dan il-Ftehim ġie implementati proviżorjament bla ħsara għar-reċiproċità [1]. (3) Il-Ftehim ta' kummerċ fi prodotti tessili, fil-forma ta' bdil ta' ittri, mar-Repubblika tal-Każakistan ġie iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2000, suġġett għall-konklużjoni tiegħu. (4) Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim elenkat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni qiegħed b'hekk jiġi approvat f'isem il-Komunità. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill qiegħed b'hekk jiġi awtorizzat li jinnomina il-persuna/i li jkollhom il-poter li jiffirmaw il-Ftehim, bl-eċċezzjoni ta' dak li jirrigwarda l-Każakstan [2] biex jorbot lill-Komunità. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni ser tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, 4 ta' Diċembru 2000. F'isem il-Kunsill Il-President H. Védrine [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (Renju tan-Nepal) 2000/72/KE, (ĠU L 32, tas-7.2.2000, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (Repubblika tal-Belarussja): 1999/869/KE, (ĠU L 336, tad-29.12.1999, p. 26); (L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja): 1999/875/EKE, (ĠU L 344, tal-31.12.1999, p. 1); (L-Armenja, l-Azerbajġan, il-Georgia, il-Każakstan, il-Moldova, it-Taġikistan, it-Turkmenistan and l-Użbekistan): 1999/867/KE, (ĠU L 343, tal-31.12.1999, p. 1); (Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina): 1999/876/KE, (ĠU L 345, tal-31.12.1999, p. 1); (L-Ukrajna): 1999/871/KE, (ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 43); (Ir-Repubblika Għarbija ta'l-Eġittu): 2000/3/KE (ĠU L 2, tal-5.1.2000, p. 68). [2] Il-Ftehim li għandu x'jaqsam mal -Kazakhstan diġa‘ ġie iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2000, skond il-konklużjoni tiegħu. -------------------------------------------------- ANNESS - Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja li jemenda il-Ftehim bejn il-Kommunità Ewropea r-Repubblika tal-Belarussja dwar il-kummerċ fi prodotti tessili, taħt l-applikazzjoni proviżorja wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/869/KE [1]. - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Nepal dwar il-kummerċ fi prodotti tessili, taħt l-applikazzjoni proviżorja wara d-Deċiżjoni ta' l-Kunsill Nru 2000/72/KE [2]. - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-kummerċ fi prodotti tessili, taħt l-applikazzjoni proviżorja wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/875/KE [3]. - Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u ċerti Stati terzi (l-Armenia, l-Azerbajġan, il-Ġorġja, il-Każakstan, il-Moldova, it-Taġikistan, it-Turkmenistan and l-Użbekistan dwar il-kummerċ fi prodotti tessili, taħt l-applikazzjoni proviżorja wara d-Deċiżjoni ta' l-Kunsill Nru 1999/867/KE [4]. - Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar il-kummerċ fi prodotti tessili taħt l-applikazzjoni proviżorja wara d-Deċiżjoni ta' l-Kunsill Nru 1999/876/KE [5]. - Ftehim fil-forma ta' Bdil ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna dwar il-kummerċ fi prodotti tessili taħt l-applikazzjoni proviżorja wara d-Deċiżjoni ta' l-Kunsill Nru 1999/871/ [6]. - Memorandum ta' Qbil bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu dwar il-kummerċ fi prodotti tessili, taħt l-applikazzjoni provviżorja wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/3/KE [7]. [1] ĠU L 336, tad-29.12.1999, p. 26. [2] ĠU L 32, tas-7.2.2000, p. 1. [3] ĠU L 344, tal-31.12.1999, p. 1. [4] ĠU L 343, tal-31.12.1999, p. 1. [5] ĠU L 345, tal-31.12.1999, p. 1. [6] ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 43. [7] ĠU L 2, tal-5.1.2000, p. 68. --------------------------------------------------