31999L0101



Official Journal L 334 , 28/12/1999 P. 0041 - 0042


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/101/KE

tal-15 ta' Diċembru 1999

li tadatta għal progress tekniku id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE li tirrigwardja l-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema ta' l-exhaust tal-vetturi bil-mutur

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1]. kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/91/KE [2], u b'mod partikolari Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema ta' l-exhaust tal-vetturi bil-mutur [3]. kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/20/KE [4], u b'mod partikolari Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1) Fil-kwadru ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE tas-sistemi ta' l-exhaust bħala unitajiet tekniċi separati (sistemi ta' l-exhaust ta' tibdil), jidher li huwa estremament diffiċli li tagħżel vettura li tilħaq il-ħtiġiet kurrenti. Għalhekk jinħtieġ li tiġi adattata d-definizzjoni ta' vettura rappreżentattiva sabiex tassigura li l-vettura sottomessa tħares il-konformità tal-ħtiġiet tal-produzzjoni li jirrigwardjaw il-livell ta' ħoss permissibbli.

(2) Ċerti riferenzi ntrodotti bid-Direttiva tal-Kunsill 92/97/KEE [5], li temenda d-Direttiva 70/157/KEE, jeħtieġu aġġornament.

(3) Il-miżuri li hemm previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Annessi II u III tad-Direttiva 70/157/KEE huma b'dan emendati bi qbil mal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. B'effett mill-1 ta' April 2000, l-Istati Membri ma jistgħux, fuq għal-raġunijiet li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss jew tas-sistema ta' l-exhaust:

- jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta' xi tip ta' vettura jew xi tip ta' sistema ta' l-exhaust,

jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi, jew il-bejgħ jew dħul fis-servizz ta' sistemi ta' l-exhaust,

jekk il-vetturi jew is-sistemi ta' l-exhaust jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b'din id-Direttiva.

2. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2000, l-Istati Membri:

- m'għandomx aktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE,

u

- għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali

għal xi tip ta' vettura u għal xi tip ta' sistema ta' l-exhaust, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva, ma jiġux soddisfatti.

3. Minkejja l-paragrafu 2, għall-iskopijiet ta' partijiet ta' tibdil, l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u jippermettu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz, ta' sistemi ta' l-exhaust bi qbil mal-verżjonijiet preċedenti tad-Direttiva 70/157/KEE, basta li dawn is-sistemi ta' l-exhaust:

- huma maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi diġà fl-użu,

u

- jkunu konformi mal-ħtiġiet ta' dik id-Direttiva li kienu applikabbli meta l-vetturi kienu reġistrati għall-ewwel darba.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mil-31 ta' Marzu 2000. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet b'effett mill-1 ta' April 2000.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-sseħħ fl-20 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 11, tat-16.1.1999, p.25

[3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 16.

[4] ĠU L 92, tat-13.4.1996, p. 23.

[5] ĠU L 371, tad-19.12.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. Anness II tad-Direttiva 70/157/KEE huwa emendat kif ġej:

(a) il-punt 2.3.3. huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.3.3. Vettura rappreżentattiva tat-tip li fuqha għandha titwaħħal is-sistema, li tissodisfa l-ħtiġiet tal-punt 4.1 ta' Anness III, il-parti I"

;

(b) il-punt 5.1.3. li ġej huwa miżjud:

"5.1.3. Sistemi ta' l-exhaust għandhom ikunu nstallatai bir-reqqa fuq il-vettura. B'mod partikolari, għandu jkun ivverifikat li s-sistema sħiħa ta' l-exhaust ma' tagħmilxb'mod li jidher wara l-istallazzjoni."

2. Anness III tad-Direttiva 70/157/KEE huwa emendat kif ġej:

(a) fil-parti I, il-punt 1, il-kliem:"skond is-sezzjonijiet 7.3.5 u 7.4.3 ta' Anness I" għandhom ikunu sostitwiti bi "skond il-punt 7 ta' Anness I";

(b) fil-parti II, il-punt 1, il-kliem: "skond is-sezzjonijiet 6.3.5 u 6.4.3 ta' Anness II" għandhom ikunu sostitwiti bi "skond il-punt 7 ta' Anness II".

--------------------------------------------------