31999D0141



Official Journal L 045 , 19/02/1999 P. 0054 - 0054


Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni

ta' l-10 ta' Frar 1999

li temenda d-Deċiżjoni tal-Grupp ta' Integrazzjoni ta' l-Anzjani

(notifikat taħt id-dokument numru C(1999) 211)

(1999/141/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi, fid-dawl ta' żviluppi fuq livell Komunitarju, huwa neċessarju li tiġi aġġustata is-sħubija tal-Grupp stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/544/KEE [1], kif emendata bid-Deċiżjoni 93/417/KEE [2]; billi fl-istess ħin, fl-interessi ta' effiċjenza amministrattiva, it-terminu tal-kariga tal-President u tal-Membri tal-Grupp għandu jitnaqqas,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

L-Artikolu Uniku

Id-Deċiżjoni 91/544/KEE hija emedata kif ġej:

1. fl-Artikolu 3(2), "25 membru" hija sostitwita b'"24 membru";

2. l-Artikolu 4(3) huwa emendat kif ġej:

(a) f'kull każ, "ħames siġġijiet" huwa sostitwit b' "erba siġġijiet";

(b) l-inċiż li ġej huwa miżjud:

"— ESCU- Unjoni Ewropea taċ-Ċittadini Anzjani: erba' siġġijiet;"

3. fl-Artikolu 5(1), "18-il xahar" hija sostitwita bi "12-il xahar";

4. fl-Artikolu 7(1), "18-il xahar" hija sostitwita bi "12-il xahar";

5. fl-Anness, huwa miżjud l-inċiż li ġej:

"— ESCU- Unjoni Ewropea taċ-Ċittadini Anzjani."

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Frar 1999.

Għall-Kummissjoni

Pádraig Flynn

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 296, tas-26.10.1991, p. 42.

[2] ĠU L 187, tad-29.7.1993, p. 60.

--------------------------------------------------