Official Journal L 277 , 30/10/1996 P. 0011 - 0011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2067/96 tad-29 ta’ Ottubru 1996 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1000/96 rigward ċerti standards ta’ marketing rigward laħam tat-tjur IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards ta’ marketing ta’ laħam tat-tjur [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3204/93 [2], u partikolarment l-Artikolu 9(3) miġjub fih, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 tal-5 ta’ Ġunju 1991, li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards ta’ marketing tat-tjur [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1000/96 [4] rigward id-definizzjoni ta’ ħasi u l-kriterji rilevanti ta’ produzzjoni; billi huwa meħtieġ li jiġi pprovdut perjodu transizzjoniali għall-applikazzjoni tad-definizzjoni l-ġdida sabiex jitqiesu l-interessi ta’ ċerti produtturi matul il-perjodu tal-bejgħ fis-suq ta’ l-aħħar tas-sena; Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1000/96 jiġi hawnhekk mibdul b’dan li ġej: "L- Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 1997." L- Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Ottubru 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 1. [2] ĠU L 289, ta’ l-24.11.1993, p. 3. [3] ĠU L 143, tas-7.6.1991, p. 11. [4] ĠU L 134, tal-5.6.1996, p. 9. --------------------------------------------------