Official Journal L 280 , 31/10/1996 P. 0001 - 0013
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2054/96 tal-25 ta’ Ottubru ta’ l-1996 dwar il-pubblikazzjoni ta’ simbolu grafiku għall-prodotti agrikoli ta’ kwalita’ speċifikatament għar- reġjuni l-iktar remoti u li jistabbilixxi r-regoli għar-riproduzzjoni tiegħu IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita’ Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3763/91 tas-16 ta’ Diċembru ta’ l-1991 li jintroduċi miżuri speċfiċi għar-rigward ta’ ċerti prodotti agrikoli għall-benefiċċju tad-dipartimenti Franċiżi barra mill-Ewropa [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2598/95 [2], u b’mod partikolari Artikolu 20(2) u (3) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1600/92 tal-15 ta’ Ġunju ta’ l-1992 li jikkonċerna miżuri speċfiċi għall-Azores u Madeira li jirrigwardaw ċerti prodotti agrikoli [3], kif l-aħħar emendata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2537/95 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) u (3) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 tal-15 ta’ Ġunju ta’ l-1992 li jikkonċerna miżuri speċfiċi għall-Gżejjer Kanali għal dak li jirrigwarda ċerti prodotti agrikoli [5], kif l-aħħar emendat permezz tar-regolament (KE) Nru 2537/95, u b’mod partikolari Artikolu 26(2) u (3) tiegħu, Billi b’ applikazzjoni, tar-Regolamenti (KEE) Nru 3763/91, (KEE) Nru 1600/92 u (KEE) Nru 1601/92, inħoloq simbolu grafiku, wara li tnehdew applikazzjonijiet għall-appalt, sabiex jitjieb l-għarfien u jikber il-konsum ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalita’ proċessati jew le għall-iktar reġjuni remoti tal-Komunita’; Billi ir-regolament tal-Kummissjoni numru 1418/96 [6] jistabilixxi regoli dettaljati dwar l-użu tas-simbolu grafiku; Billi, sabiex ikunu jintlaħqu l-oġġettivi hawn fuq imsemmija, is-simbolu grafiku għandu jkun disponibbli għal utenti kif imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1418/96, kummerċjanti li jixtiequ jippromwovu, jkabbru l-valur u jdaħħlu fis-suq il-prodotti imsemmija kif ukoll il-konsumaturi; Billi r-regoli tekniċi għar-riproduzzjoni tas-simbolu grafiku u għall-użu korrett tiegħu għandhom ukoll ikunu stabbiliti, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Is-simbolu grafiku msemmi fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 3763/91, l-Artikolu 31 tar-Regolament (KEE) Nru 1600/92 u l-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru 1601/92 għandhom ikunu stabbilti fl-Anness. Artikolu 2 Is-simbolu grafiku għandu jkun riprodott u użat skond ir-regoli tekniċi indikati fl-Anness. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 25 ta’ Ottubru ta’ l-1996 Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 356, ta’ l-24.12.1991, p.1. [2] ĠU L 267, tad-9.11.1995, p.1. [3] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p.1. [4] ĠU L 260, tal-31.10.1995, p.10. [5] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p.13. [6] ĠU L 182, tat-23.7.1996, p.9. -------------------------------------------------- Anness +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------