31996L0085



Official Journal L 086 , 28/03/1997 P. 0004 - 0004


Id-Direttiva 96/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tad-19 ta’ Diċembru 1996

li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar addittivi ta’ l-ikel għajr sustanzi li jagħtu kulur jew ħlewwa

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-addittivi għall-ikel awtorizzati sabiex jintużaw ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel għall-konsum mill-bniedem [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [4],

Billi l-ħaxixa tal-baħar ipproċessata Eucheuma tikkostitwixxi addittiv ġdid ma’ l-ikel li l-użu tagħha huwa ġġustifikat għal raġunijiet teknoloġiċi;

Billi huwa meħtieġ li tiġi adattata l-lista ta’ addittivi permessi ma’ l-ikel li hemm fid-Direttiva tal-Parlament u l-Kunsill Ewropew 95/2/KE ta’ l-20 ta’ Frar 1995 dwar addittivi ma’ l-ikel għajr sustanzi li jagħtu kulur jew ħlewwa [5] sabiex jippermettu l-użu ta’ dan l-addittiv;

Billi l-Kumitat Xjentifiku fuq l-Ikel ġie kkonsultat;

Billi l-kriterji tal-purità għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/107/KEE,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-addittiv ma’ l-ikel li ġej huwa b’dan il-mezz imdaħħal wara E-Nru 407 fit-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 95/2/KE:

"Nru E | Isem |

E 407 a | Ħaxixa tal-baħar eucheuma pproċessata" |

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn tliet xhur mill-pubblikazzjoni tagħha sabiex ikun jista’ jsir kummerċ fi, u l-użu ta’, prodotti konformi ma’ din id-Direttiva.

Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom.

Meta dawn il-miżuri jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’dik ir-riferenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1996.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

K. Hänsch

Għall-Kunsill

Il-President

S. Barrett

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 94/34/KE (ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p. 1).

[2] ĠU C 163, tad-29.6.1995, p. 12. u ĠU C 208, tad-19.7.1996, p. 15.

[3] ĠU C 18, tat-22.1.1996, p. 20.

[4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Marzu 1996 (ĠU C 117, tat-22.4.1996, p. 36), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1996 (ĠU C 315, ta’ l-24.10.1996, p. 9), u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 1996 (ĠU C 347, tat-18.11.1996). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 1996.

[5] ĠU L 61, tat-18.3.1995, p. 1.

--------------------------------------------------