Official Journal L 258 , 11/10/1996 P. 0026 - 0031
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/64/KE tat-2 ta’ Ottubru 1996 li tadatta għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 77/389/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-mezzi ta’ rmunkar ta’ vetturi bil-mutur (test b’relevanza għall-Ftehim EE) IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/389/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-mezzi ta’ rmunkar ta’ vetturi bil-mutur [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, Billi d-Direttiva 77/389/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li ġiet stabbilita mid-Direttiva 70/156/KEE [2], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 96/27/KE [3]; billi, konsegwentement, id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ sistemi komponenti u entitajiet tekniċi separati ta’ vetturi, japplikaw għal din id-Direttiva; Billi, b’mod partikolari, l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE jeħtieġu li kull Direttiva separata jkollha anness magħha dokument ta’ informazzjoni li jinkorpora l-punti relevanti ta’ l-Anness I ta’ dik id-Direttiva kif ukoll ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI tagħha sabiex l-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tiġi komputerizzata; Billi dawn l-emendi għandhom x’jaqsmu biss mad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jinsabu fid-Direttiva; billi m’huwiex neċessarju għandhekk li jiġu invalidati approvazzjonijiet eżistenti tad-Direttiva u lanqas m’hu neċessarju li ma jitħallewx ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda koperti b’dawn l-approvazzjonijiet; Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattament għall-Progress Tekniku stabbilit mid-Direttiva Nru 70/156/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 1. L-Artikoli tad-Direttiva 77/389/KEE huma emendati kif ġej: - L-Artikolu 1 jaqra kif ġej: ’… bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq linji u ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli.’, - fl-Artikolu 2 ‘L-Anness’ huwa sostitwit b’ ‘L-Anness II’, - fl-Artikolu 3 ‘L-Anness’ huwa sostitwit b’ ‘L-Anness II’, - fl-Artikolu 4 ‘dan l-Anness’ huwa sostitwit b’ ‘l-Annessi’, 2. L-Anness għad-Direttiva 77/389/KEE huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Direttiva. L-Artikolu 2 B’seħħ mill-1 ta’ Ottubru 1997, l-Istati Membri: - m’għandhomx aktar jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u - jistgħu jirrifjutaw approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta’ vettura għal raġunijiet relatati mal-mezzi ta’ rmunkar, jekk din ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/389/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva. Din id-Direttiva ma tinvalidax l-approvazzjonijiet mgħotija qabel taħt id-Direttiva 77/389/KEE u lanqas ma tipprevjeni l-estensjoni ta’ dawn l-approvazzjonijiet skond il-kondizzjonijiet tad-Direttiva li taħtha kienu ngħataw oriġinarjament. L-Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Ottubru 1997. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufiħ. Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tal-proċedura ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara li l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Ottubru 1996. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 41. [2] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [3] ĠU L 169, tat-8.7.1996, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS EMENDI GĦALL-ANNESS TAD-DIRETTIVA 77/389/KEE 1. Lista ta’ Annesi hija mdaħħla bejn l-Artikoli u l-Anness biex taqra kif ġej: LISTA TA’ L-ANNESSI L-Anness I: | Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip Appendiċi 1: Dokument ta’ informazzjoni Appendiċi 2: Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip | L-Anness II: | Mezzi ta’ rmunkar | 2. L-Anness I ġdid huwa mdaħħal biex jaqra: L-ANNESS I DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP 1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TAL-KE TA’ VETTURA 1.1. L- applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura dwar il-mezzi ta’ rmunkar tagħha għandha tiġi sottomessa mill-manifattur. 1.2. Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni huwa mgħoti fl-Appendiċi 1. 1.3. Dan li ġej għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettieq ta’ testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip: 1.3.1. vettura rappreżentattiva tat-tip li għandu jiġi approvat. 2. GĦOTI TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ TIP TA’ VETTURA 2.1. Jekk il-ħtiġiet relevanti jiġu sodisfatti, għandha tingħata approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, 4 (4) tad- Direttiva 70/156/KEE. 2.2. Mudell taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE huwa mgħoti fl-Appendiċi 2 2.3 Għandu jiġi assenjat numru ta’ approvazzjoni f’konformità ma’ l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għal kull tip ta’ vettura approvata. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura. 3. MODIFIKI TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET 3.1. Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skond din id- Direttiva, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE. 4. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI 4.1. Għandhom jittieħdu miżuri biex tiġi aċċertata l-konformità ta-produzzjoni b’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE. 3. Iż-żewġ Appendiċi 1 u 2 ġodda li ġejjin huma mdaħħla:" Appendiċi 1: +++++ TIFF +++++ Appendiċi 2: MUDELL (Format massimu: A4 (210 × 297 mm)) ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE +++++ TIFF +++++ Addendum għaċ-ċertifikat ta’-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru… dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tad-Direttiva 77/389/KEE, kif emendata l-aħħar mid-Direttiva../…/KE +++++ TIFF +++++ " 4. L-Anness preżenti jsir l-Anness II. Fit-Taqsima 1.2 "L-Anness I" tinbidel b’ "L-Anness II A". --------------------------------------------------