31996D0463



Official Journal L 192 , 02/08/1996 P. 0019 - 0020


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-23 ta’ Lulju 1996

li tinnomina l-korp ta’ riferenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi ta’ l-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ta’ razza pura ta’ l-ispeċi tal-bovini

(96/463/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni,

Wara li kunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 87/328/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1987 dwar l-aċċettazzjoni għal skopijiet ta’ tnissil ta’ annimali ta’ razza pura ta’ l-ispeċi tal-bovini [1], u b’mod partikulari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi, sabiex il-metodi ta’ l-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati jkunu l-istess meta l-annimali mgħammra ta’ razza pura ta’ l-ispeċi tal-bovini huma aċċettati għall-iskopijiet ta’ tnissil, irid ikun innominat korp ta’ riferenza;

Billi s-setgħat u d-dmirijiet ta’ dak il-korp iridu jkunu mfissra;

Billi, minħabba l-esperjenza miksuba, iċ-Ċentru Interbull irid ikun nominat bħala l-korp ta’ riferenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi ta’ l-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għall-annimali mgħammra ta’ razza pura ta’ l-ispeċi tal-bovini,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Il-korp imsemmi fl-Anness I għandu jkun innominat bħala l-korp ta’ riferenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi ta’ l-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għall-annimali mgħammra ta’ razza pura ta’ l-ispeċi tal-bovini.

2. Id-dmirijiet tal-korp innominat fil-paragrafu 1 għandhom jkunu kif mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussell, fit-23 ta’ Lulju 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

I. Yates

[1] ĠU L 167, tas-26.6.1987, p. 54. Direttiva kif emendata mill-Att ta’ l-1994 ta’ Adeżjoni.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Isem tal-korp:

Ċentru INTERBULL

Dipartiment tat-Tagħmir ta’ l-Annimali u l-Ġenetika

Universita Svediża tax-Xjenzi Agrikoli

Kaxxa: 7023

S-750 07

Uppsala, l-Isvezja

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Id-dmirijiet tal-korp innominat fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni huma kif ġej:

1. li jkun iċ-ċenru ta’ dokumentazzjoni u informazzjoni dwar metodi ta’ ittestjar u li jevalwa l-valur ġenetiku ta’ l-annimali mgħammra ta’ razza pura ta’ l-ispeċi tal-bovini għall-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea kif stabbilit fid-Deċiżjoni 86/130/KEE [1]. Dan id-dmir jintlaħaq billi:

- jirċievu regolarment ir-riżultati ta’ l-evalwazzjonijiet ġenetiċi u d-data li fuqhom huma bażati,

- li jqabblu l-metodi differenti ta’ l-ittestjar u jevalwaw il-valur ġenetiku ta’ l-annimali mgħammra tar-razza pura ta’ l-ispeċi tal-bovini;

2. fuq talba ta’ l-Istati Membri tal-Kummissjoni:

(a) li jagħtu għajnuna sabiex jikkontribwixxu għall-armonizzazzjoni tal-metodi differenti ta’ ittestjar u jevalwaw il-valur ġenetiku tat-tagħmir ta’ l-annimali tar-razza pura ta’ l-ispeċi tal-bovini, b’mod partikulari billi jirrikmandaw il-metodi ta’ kalkolazzjoni li jridu jintużaw;

(b) li jagħtu għajnuna sabiex ikun jista’ jsir paragun bejn ir-riżultati tal-metodi ta’ l-ittestjar u jevalwaw il-valur ġenetiku ta’ l-annimali fl-Istati Membri differenti, b’mod partikulari billi:

- jiżviluppaw protokolli ta’ kontroll, biex ikun jistgħu jsiru evalwazzjonijiet fl-Istati Membri differenti sabiex itejbu r-rilevanza tar-riżultati u l-effettività tal-programmi ta’ għażla,

- jagħmlu stima internazzjonali tal-merħliet skond l-evalwazzjonijiet ġenetiċi magħmula fl-Istati Membri differenti,

- ixerrdu r-riżultati individwali ta’ l-evalwazzjonijiet internazzjonali,

- jippubblikaw il-formuli ta’ konverżjoni u x-xogħol kollu ġenetiku relatat;

(ċ) jgħinu lill-korpi msemmija fil-punt I ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 86/130/KEE biex jieħdu sehem fit-tqabbil tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni tal-valur ġenetiku f’livell internazzjonali;

(d) biex jevalwaw il-problemi li jassessjaw l-annimali mgħammra ta’ razza pura u jippruvaw isolvu l-problemi marbuta ma’ l-evalwazzjonijiet ġenetiċi li jsiru fl-Istati Membri differenti.

[1] ĠU L 101, tas-17.4.1986, p. 37. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 94/515/KE (ĠU L 207, ta’ l-10.8.1994, p. 30).

--------------------------------------------------