Official Journal L 019 , 25/01/1996 P. 0050 - 0052
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 1996 li tistipula kampjun taċ-ċertifikati tal-linja ta’ tnissil għall-ova ta’ l-annimali li mrobbija ta’ l-ispeċi tal-ifrat u d-dettalji li għandhom jiddaħħlu f’dawk iċ-ċertifikati (Test b’relevanza għall-FEE) (96/80/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta’ Lulju 1977 fuq it-trobbija pura ta’ annimali ta’ l-ispeċi tal-ifrat [1], kif l-aħħar emendata bit-Trattat t’Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 5 u l-ħames inċiż ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu, Billi, fil-ħames inċiż ta’ l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva fuq imsemmija, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva, id-dettalji li għandhom jidhru fuq iċ-ċertifikat tal-linja ta’ tnissil li jista’ jakkumpanja l-ova ta’ l-annimali tat-trobbija ta’ l-ispeċi tal-ifrat meta jidħlu fil-kummerċ ġewwa l-Komunità; Billi dawn iċ-ċertifikati nnifishom jista ma jkunx hemm bżonnhom sakemm il-partikolarijiet msemmija f’din id-Deċiżjoni huma diġa’ presenti f’dokumentazzjoni ta’ referenza li jirreferu għall-ova ta’ l-annimali mrobbija ta’ l-ispeċi tal-ifrat li jidħlu fil-kummerċ ġewwa l-Komunità; Billi l-kampjun u l-partikolarijiet li għandhom jidhru fuq iċ-ċertifikat tal-linja tan-nisel ta’ l-annimali mrobbija puri ta’ l-ispeċi tal-ifrat huma diġà stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/404/KEE [2] u dawk għas-semen u għall-embriji huma diġà stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/124/KEE [3]; billi l-informazzjoni fuq l-annimali mrobbija ta’ l-ispeċi tal-ifrat għandhom ikunu nklużi fiċ-ċertifikat dwar l-ova; Billi il-miżuri li hemm provduti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni ta’ l-Kumitat Permanenti ta’ Żooteknika, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Id-dettalji li ġejjin iridu jissemmew fiċ-ċertifikat għall-kummerċ ġewwa l-Komunità ta’ l-ova ta’ l-annimali mrobbija ta’ l-ispeċi tal-ifrat: - informazzjoni aġġornata kif stipulata fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 86/404/KEE dwar il-baqra donatura kif ukoll il-grupp tad-demm tagħha, - informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ l-ovum, id-data tal-ġbir tiegħu u l-ismijiet u l-indirizzi taċ-ċentru tal-kollezzjoni ta’ l-ovum u tal-kunsinnatarju. Jekk hemm aktar minn ovum wieħed f’tibna singola, dan għandu jkun dikjarat biċ-ċar u aktar minn hekk l-ova kollha jrid ikollhom l-istess omm. L-Artikolu 2 Il-partikolarijiet provduti fl-Artikolu 1 jista’ jkunu indikati: 1. fil-forma ta’ ċertifikat konformi mal-kampjun fl-Anness; 2. fid-dokumentazzjoni li jakkumpanja l-ova ta’ l-ispeċi tal-ifrat. F’dan il-każ l-awtorità kompetenti trid tiċċertifika li l-partikolarijiet stipulati fl-Artikolu 1 huma indikati f’dawk id-dokumenti, permezz tal-formula li ġejja: "Dak hawn taħt iffirmat jiċċertifika li dawn id-dokumenti, fihom il-partikolarijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/80/KE". L-Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-12 ta’ Jannar 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 8. [2] ĠU L 233, ta’ l-20.8.1986, p. 19. [3] ĠU L 62, tat-8.3.1988, p. 32. -------------------------------------------------- L-ANNESS +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------