31994R3176



Official Journal L 335 , 23/12/1994 P. 0056 - 0057
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 16 P. 0070
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 16 P. 0070


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3176/94

tal-21 ta' Diċembru 1994

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1737/94 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali biex tiġi interpretata n-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kollha jew f'parti minnha msejsa fuqha jew li żżid kull suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati l-miżuri tat-tariffi jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti;

Billi, bis-saħħa tar-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti għandhom jiġu klassifikati skond il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ipprovduti fil-kolonna 3;

Billi huwa xieraq li, bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar is-sistemi ta' verifika doppja u sorveljanza ta' qabel u retrospettiva tal-prodotti tat-tessuti fuq l-importazzjoni ġewwa l-Komunità, informazzjoni li torbot tat-tariffa fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-nomenklatura maqgħuda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tkompli tkun invokata skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru, li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], għall-perjodu ta' 60 ġurnata mid-detentur;

Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-taqsima tan-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemija.

Artikolu 2

Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar is-sistemi ta' verifika doppja u sorveljanza ta' qabel u retrospettiva tal-prodotti tat-tessuti fuq l-importazzjoni ġewwa l-Komunità, informazzjoni li torbot tat-tariffa fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-nomenklatura maqgħuda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax iżjed ma' dan ir-Regolament tista' tkompli tkun invokata skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 għall-perjodu ta' 60 ġurnata.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 182, tas-16.7.1994, p. 9.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni (kodiċi NM) | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Artikolu rettangolari, mhux tajjeb biex jinħasel regolarment, magħmul minn tessut minsuġ issikkat ħafna kulurit (100 % qoton). It-trufijiet huma msaħħa bit-tessut minsuġ u bil-keffa. Il-wiċċ huwa meħjut minn barra biex jiffurmaw bwiet interni bi ftuħ fuq waħda min-naħat biex jippermettu li l-artikolu jimtela bir-rix, rix irqieq jew materjal ieħor (eiderdown jew duvet tick) | 63079099 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata b'regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u l-kliem tal-kodiċijiet NM 630790 u 63079099 Ara ukoll in-noti spjegattivi tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 6302 |

--------------------------------------------------