Official Journal L 104 , 23/04/1994 P. 0016 - 0016
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0333
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0333
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 895/94 tat-22 ta' April 1994 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3597/90 dwar ir-regoli ta' kontijiet għall-miżuri ta' intervent li jinvolvi x-xiri għall-ħażna, ħażna u bejgħ ta' prodotti agrikoli mill-aġenziji ta' intervent IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3492/90 tas-27 ta' Novembru 1990 li jipprovdi għall-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati fil-kontijiet annwali ta' l-iffinanzjar tal-miżuri ta' intervent fil-forma ta' ħażna pubblika mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, Sezzjoni ta' Garanzija [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3597/90 [2], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2136/93 [3], waqqaf regoli ta' kontijiet għall-miżuri ta' intervent li jinvolvu x-xiri għall-ħażna, ħażna u bejgħ ta' prodotti agrikoli mill-aġenziji ta' intervent; Billi l-indent finali ta' l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3597/90 jipprovdi għall-użu ta' rata ta' konverżjoni kull tliet xhur għall-valwazzjoni ta' ċerti kwantitajiet nieqsa; billi huwa meħtieġ li tiġi definita d-data tal-bidu ta' l-ewwel kwart li tiegħu għandu jittieħed kont f'kull sena finanzjarja; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-FAEGG, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-frażi li ġejja hija miżjuda ma' l-aħħar indent ta' l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3597/90: "B'effett mis-sena finanzjarja 1994 id-data tal-bidu ta' l-ewwel kwart hija dik tal-bidu tas-sena finanzjarja." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun japplika mill-1 ta' Ottubru 1993 Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 22 t'April 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 337, ta' l-4.12.1990, pġ. 3. [2] ĠU L 350, ta' l-14.12.1990, pġ. 43. [3] ĠU L 191, tal-31.7.1993, pġ. 89. --------------------------------------------------