Official Journal L 158 , 25/06/1994 P. 0041 - 0045
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0151
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0151
Id-Deċiżjoni tal-Kkummissjoni ta' l-20 ta' Mejju 1994 dwar il-frekwenza mnaqqsa ta' kontrolli fiżiċi ta' kunsinni ta' ċerti prodotti li jridu jiġu implimentati minn pajjiżi terzi, skond Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE (94/360/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta' l-10 ta' Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 8(3) tagħha, Billi t-tnaqqis fil-frekwenza ta' kontrolli fiżiċi ta' kunsinni tal-prodotti importati minn pajjiżi terzi għandha tkun iffissata fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 90/675/KEE dwar l-esperjenzi fl-Istati Membri u l-periklu lis-saħħa pubblika u ta' l-annimali fil-Komunità; Billi, barra dan, għal ċerti pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità laħqet ftehim dwar ekwivalenza, tnaqqis fil-kontrolli fiżiċi fuq ċerti prodotti jista' jkun applikat, billi jittieħed kont, inter alia, ta' l-applikazzjoni tal-prinċipju għal tqassim f'reġjuni fil-każ ta' marda ta' l-annimali, u tal-prinċipji veterinarji oħra tal-Komunità; Billi t-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi se jkunu mwettqa minn kull Stat Membru; billi għandu jkun mwettaq f'tali mod li ma jkunx possibbli għal importatur li jbassar jekk xi kunsinna partikolari hix se tkun soġġetta għal kontroll fiżiku; Billi hemm bżonn li jkun hemm reviżjoni tal-livell tat-tnaqqis f'intervalli regolari bażati fuq informazzjoni rċevuta mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli fil-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntieri; Billi Stati Membri għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni meta kontrolli jiżvelaw li l-prodotti ma jissodisfawx il-ħtiġijiet neċessarji jew juru kwalunkwe irregolarità oħra; Billi l-miżuri provduti għalihom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu (8) tad-Direttiva 90/675/KEE, l-Istati Membri għandhom japplikaw it-tnaqqis fil-frekwenza ta' kontrolli fiżiċi għal prodotti minn pajjiżi terzi kif stabbilit fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni, fejn id-deċiżjonijiet tal-Komunità kienu meħuda sabiex jistabbilixxu, mingħajr preġudizzju għal ftehim taż-ŻEE: - lista tal-pajjiżi terzi approvati, - lista ta' l-istabbilimenti approvati (is-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika), u - ċertifikat mudell (is-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika). 2. Għall-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness II, il-livell tal-kontrolli fiżiċi li jridu jitwettqu minn kull Stat Membru fuq il-kunsinna tal-prodotti ta' l-istess grupp għandu jkun kif imniżżel f'dak l-Anness. 3. Paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 u 19 tad-Direttiva 90/675/KEE. Fejn Stat Membru japplika l-miżuri provvduti għalihom fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 90/675/KEE, is-sitwazzjoni għandha tiġi riveduta urġentement skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 90/675/KEE; għal dan il-għan l-Istat Membru konċernat għandu immedjatament jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, partikolarment bil-għan li jimplimenta t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(3) ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Stati Membri għandhom jorganizzaw kontrolli fiżiċi f'tali mod li ma jkunx possibbli għall-importatur li jbassar jekk xi kunsinna partikolari hix se tkun suġġetta għal kontroll fiżiku. Artikolu 3 1. Stati Membri għandhom jiżguraw li kull ispezzjoni fil-fruntieri mniżżla fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/24/KE [3] iżommu rekord tar-riżultati tal-kontrolli kollha mwettqa fuq kunsinni importati ta' prodotti skond l-Anness III għal din id-Deċiżjoni, għal mill-inqas 18-il xahar mill-ħin ta' l-ispezzjoni. Ir-rekord tar-riżultati għandu jinkludi l-kunsinni li ma humiex aċċettati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità. L-awtorità veterinarja ċentrali ta' kull Stat Membru għandha tkun responsabbli li tibgħat lill-Kummissjoni, qabel l-1 ta' Settembru 1994 u minn hemm 'il quddiem għal kull sitt xhur, sommarju tar-riżultati fil-format imniżżel fl-Anness III. 2. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kumitat Veterinarju Permanenti, fuq il-bażi tas-sommarji provvduti għalihom fil-paragrafu 1, għall-evalwazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli mwettqa. 3. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, tagħmel reviżjoni tal-frekwenzi mniżżla fl-Annessi I u II darbtejn fis-sena, u għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Ottubru 1994. Il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel reviżjoni, skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 90/675/KEE, tal-frekwenzi msemmija fl-Annessi I u II għal din id-Deċiżjoni fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tiegħu, billi jittieħed kont tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 90/675/KEE, kif ukoll l-applikazzjoni tal-prinċipju għal tqassim f'reġjuni u ta' prinċipji veterinarji oħra tal-Komunità. 4. Fejn il-kontrolli veterinarji juru xi irregolarità li għandha implikazzjonijiet serji għas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih. Artikolu 4 Il-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq kunsinni ta' prodotti stabbiliti fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet fuq il-kontrolli fiżiċi mniżżla fid-Direttiva 92/118/KEE jew kwalunkwe deċiżjoni tal-Kummissjoni magħmula taħt din id-Direttiva, jew f'xi kwalunkwe leġislazzjoni oħra fil-Komunità. Artikolu 5 Kull meta deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-ftehim t'ekwivalenza veterinarja tiddefinixxi l-frekwenzi speċifiċi tal-kontrolli fiżiċi, il-Kummissjoni għandha tinkludi dawn il-frekwenzi fl-Anness II. Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni se tiġi emendata hekk kif il-Kunsill jaddotta l-modifiki relevanti fid-Direttiva 90/675/KEE. Artikolu 7 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Ottubru 1994. Għandu japplika mill-15-il ġurnata wara l-ġurnata tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Mejju 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 373, tal-31.12.1990, pġ. 1. [2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, pġ. 49. [3] ĠU L 18, tal-21.1.1994, pġ. 16. -------------------------------------------------- ANNESS I GRUPPI TA' PRODOTTI U L-FREKWENZA TAL-KONTROLLI FIŻIĊI LI JRIDU JITWETTQU MINN KULL STAT MEMBRU FUQ IL-KUNSINNI TAL-PRODOTTI IMPORTATI MINN STABBILIMENTI TA' PAJJIŻI TERZI MSEMMIJA F'L-ARTIKOLU 1 Gruppi ta' prodotti | - Frekwenza ta' kontrolli fiżiċi ta' | Kategorija I 1.Laħam frisk inkluż l-interjur tiegħu, u prodotti ta' l-ispeċji bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 92/5/KEE | 20 % | 2.Prodotti mis-sajd pakkjati ermetikament f'kontenituri siġillati intiżi li jrenduhom stabbli f'temperaturi ambjentali, ħut frisk jew friżat u prodotti tas-sajd niexfa u/jew mielħa | 3.Bajd sħieħ | 4.Xaħam ta' l-ikel u xaħmijiet mirduda | 5.Ġlud ta' l-annimali | 6.Bajd li jfaqqsu | Kategorija II 1.Laħam tat-tjur u prodotti tal-laħam tat-tjur | 50 % | 2.Laħam tal-fenek, laħam ta' l-annimali tal-kaċċa (selvaġġ u mrobbi) u prodotti tagħhom | 3.Ħalib u prodotti tal-ħalib għall-konsum uman | 4.Prodotti tal-bajd | 5.Proteini ta' l-annimali proċessati għall-konsum uman | 6.Prodotti oħra tas-sajd barra minn dawk imsemmija f'Kategorija I, 2 u molluski bivalvi | 7.Għasel | Kategorija III 1.Semen | Frekwenza ta' kontrolli fiżiċi ta' mill-anqas 1 % u l-aktar 10 %) | 2.Embrijoni | 3.Demel | 4.Ħalib u prodotti tal-ħalib (mhux għall-konsum uman) | 5.Ġelatina | 6.Saqajn taż-żrinġijiet u l-bebbux | 7.Għadam u prodotti mill-għadam | 8.Ġlud ta' barra u l-ġlud ta' l-annimali | 9.Lanżit, suf, xagħar, rix | 10.Qrun, prodotti mill-qrun, nagħal u prodotti min-nagħal | 11.Prodotti ta' l-apikultura | 12.Trofej tal-kaċċa | 13.Ikel ta' l-annimali proċessat | 14.Materja prima għall-manifattura ta' ikel ta' l-annimali | 15.Materja prima, demm, prodotti mid-demm, glandoli u organi għall-użu farmaċewtiku | 16.Prodotti mid-demm għal użu tekniku | 17.Patoġeni | 18.Tiben u qamħ | -------------------------------------------------- ANNESS II LISTA TA' PAJJIŻI TERZI U L-FREKWENZA TA' KONTROLLI FIŻIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5 -------------------------------------------------- ANNESS III +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------