31994D0323



Official Journal L 145 , 10/06/1994 P. 0019 - 0022
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0025
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0025


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta' Mejju 1994

li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd li joriġinaw mis-Singapor

(94/323/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti mis-sajd [1], u b'mod speċjali l-Artikolu 11(1) tagħha,

Billi espert tal-Kummissjoni għamel żjara ta' spezzjoni fis-Singapor sabiex jivverifika l-kondizzjonijiet li taħthom prodotti tas-sajd huma prodotti, maħżuna u mibgħuta lill-Komunità;

Billi d-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni tas-Singapor dwar l-ispezzjoni tas-saħħa u l-monitoraġġ tal-prodotti tas-sajd jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għal dawk stipulati f'Direttiva 91/493/KEE;

Billi l-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali, id-Dipartiment għall-Produzzjoni Primarja, l-awtorità kompetenti fis-Singapor, u d-Diviżjoni tas-Saħħa Veterinarja Pubblika, id-dipartiment ta' l-ispezzjoni tiegħu, huma kapaċi li effettivament jivverifikaw l-applikazzjoni tal-liġijiet in forza;

Billi l-proċedura għall-kisba ta' ċertifikat li għalih hemm riferenza fl-Artikolu 11(4)(a) ta' Direttiva 91/493/KEE għandu jkopri ukoll id-definizzjoni ta' ċertifikat mudell, il-ħtiġijiet minimi dwar il-lingwa(i) li fiha trid tiġi mfassla u l-kwalifikazzjonjiet tal-persuna li għandha l-poter tiffirmaha;

Billi, skond l-Artikolu 11(4)(b) ta' Direttiva 91/493/KEE, għandha titwaħħal marka mal-pakketti ta' prodotti tas-sajd li jindikaw l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta' l-approvazzjoni ta' l-istabbiliment ta' oriġini;

Billi, skond l-Artikolu 11(4)(c) ta' Direttiva 91/493/KEE, għandha tiġi mfassla lista ta' stabbilimenti approvati; billi l-lista trid titfassal fuq bażi tal-komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali, id-Dipartiment tal-Produzzjoni Primarja tal-Kummissjoni; billi huwa għalhekk il-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali, id-Dipartiment tal-Produzzjoni Primarja tal-Kummissjoni li jassiguraw il-konformità mad-disposizzjonijiet stipulati lejn l-aħħar ta' l-Artikolu 11(4) ta' Direttiva 91/493/KEE;

Billi l-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali, id-Dipartiment tal-Produzzjoni Primarja tal-Kummissjoni pprovdew assigurazzjonijiet dwar il-konformitá mar-regoli stipulati f'Kapitolu V ta' l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE u dwar it-twettiq tal-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk stipulati minn dik id-Direttiva għall-approvazzjoni ta' l-istabbilimenti;

Billi l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Veterinerija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali, id-Dipartiment għall-Produzzjoni Primarja (Diviżjoni tas-Saħħa Veterinarja Pubblika) għandha tkun l-awtorità kompetenti fis-Singapor sabiex tivverifika l-qbil ta' prodotti tas-sajd mal-ħtiġiet ta' Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Prodotti tas-sajd li joriġinaw fis-Singapor, bl-eċċezzjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar f'kull forma, iridu jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet:

1. kull konsenja għandha tiġi akkumpanjata minn ċertifikat oriġinali tas-saħħa bin-numru, mimli, iffirmat, datat u fih karta waħda fi qbil mal-mudell fl-Anness A ta' hawnhekk;

2. il-prodotti jridu jiġu minn stabbilimenti approvati mniżżla fl-Anness B ta' hawnhekk;

3. ħlief fil-każ ta' prodotti tal-ħut iffriżati bil-grossa u mmirati għall-manifattura ta' ikel preservat, kull pakkett għandu jkollu l-kelma "Singapor" u n-numru ta' approvazzjoni ta' l-istabbiliment ta' l-oriġini f'ittri li ma jistgħux jiġu mħassra.

Artikolu 3

1. Iċ-ċertifikat li għalih hemm riferenza fl-Artikolu 2(1) għandu jitfassal f'ta' lanqas lingwa uffiċjali waħda ta' l-Istat Membru fejn ikunu saru l-kontrolli.

2. Iċ-ċertifikat għandu jkollu l-isem, kapaċità u firma tar-rappreżentant tal-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali, id-Dipartiment tal-Produzzjoni Primarja u t-timbru uffiċjali ta' dan ta' l-aħħar f'kulur differenti minn dak ta' firmatarji oħra.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tiġi applikata mill-1 ta' Awwissu 1994.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, pġ. 15.

--------------------------------------------------

ANNESS A

ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għall-prodotti tas-sajd li joriġinaw mis-Singapor u huma mmirati għall-esportazzjoni fil-Komunità Ewropea bl-eċċezzjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar f'kull forma

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS B

LISTA TA' STABBILIMENTI APPROVATI

Approvazzjoni | Stabbiliment | Indirizz | Data |

VPH-CS-001 | Q.B. Food Trading Pte Ltd | Singapore 2261 | bla limitu |

VPH-CS-002 | Tai Wee Company (Pte) Ltd | Singapore 0512 | bla limitu |

VPH-CS-003 | NCS Cold Store | Singapore 2261 | bla limitu |

VPH-FE-001 | Global Fisheries Pte Ltd | Singapore 2261 | bla limitu |

VPH-FE-002 | Wales Seafood (Singapore) Pte Ltd | Singapore 2263 | bla limitu |

VPH-FE-003 | Fong Hsiang Enterprises Co. Pte Ltd | Singapore 2261 | bla limitu |

VPH-FE-004 | Sigma Food Products Pte Ltd | Singapore 2775 | bla limitu |

VPH-FE-005 | Tri-Oceanic (Pte) Ltd | Singapore 2261 | bla limitu |

VPH-FE-006 | Marissco (Pte) Ltd | Singapore 2261 | bla limitu |

VPH-FE-007 | Thong Siek Trading Pte Ltd | Singapore 2775 | bla limitu |

VPH-FE-008 | Tenneco Pte Ltd | Singapore 1953 | bla limitu |

VPH-ME-001 | Effort Holdings Pte Ltd | Singapore 0512 | bla limitu |

VPH-ME-002 | Yeo Hiap Seng Ltd | Singapore 2158 | bla limitu |

VPH-ME-003 | Amoy Canning Corporation (Singapore) Ltd | Singapore 2261 | bla limitu |

VPH-SE-001 | Woh Hup Food Industries Pte Ltd | Singapore 0512 | bla limitu |

--------------------------------------------------