Official Journal L 296 , 01/12/1993 P. 0043 - 0044
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3295/93 tas-26 ta' Novembru 1993 li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u statistika u t-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3080/93 [2], u b'mod partikolari Artikolu 9 tiegħu, Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ illi jiġu adottati l-miżuri li jirrigwardaw il-klassifika tal-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija fl-intier tagħha jew f'parti minnha msejsa fuqha jew li żżid kull sud-diviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati l-miżuri tat-tariffi jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3; Billi huwa xieraq illi, bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi ta' kontroll doppju u mas-sorveljanza Komunitarja prijuri u retrospettiva dwar il-prodotti tessili ma' l-importazzjoni fil-Komunità, tagħrif li jorbot it-tariffi fil-materja tal-klassifika ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana li ma jħarsux iktar dan ir-Regolament jistgħu jissoktaw jiġu invokati skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3796/90 [3], emendat bir Regolament (KEE) Nru 2674/92 [4] mill-pussessur tiegħu matul ċertu perjodu taż-żmien jekk dan il-pussessur ikun ikkonkluda kuntratt kif riferit fil-punti (a) jew (b) tat-tieni subparagrafu ta' Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1715/90 [5]; Billi l-Kumitat tan-Nomenklatura ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, rigward il-prodott Nru 1 fit-tabella annessa; Billi l-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura f' dak li jirrigwarda il-prodott Nru 2 fit-tabella annessa, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi ta' kontroll doppju u mas-sorveljanza Komunitarja prijuri u retrospettiva dwar il-prodotti tessili mal-importazzjoni fil-Komunità, it-tagħrif li jorbot tat-tariffi fil-materja tal-klassifika tal-oġġetti fin-nomenklatura magħquda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana li ma jħarsux iktar dan ir-Regolament jistgħu jissoktaw jiġu invokati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3796/90 mill-pussessur tiegħu matul perjodu taż-żmien ta' 60 jum mid-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jekk dan il-pussessur ikun ikkonkluda kontratt riferit fil-punti (a) jew (b) tat-tieni subparagrafu ta' Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1715/90. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 1993. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tal-10.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 277, tal-10.11.1993, p. 1. [3] ĠU L 365, tat-28.12.1990, p. 17. [4] ĠU L 271, tas-16.9.1992, p. 5. [5] ĠU L 160, tas-26.6.1990, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Ġakketta tal-judo tal-ħajt minsuġ tal-qoton 100 % mhux ibbliċjat, magħmula minn żewġ drappijiet ta' piż tqil minsuġin u ta' binja differenti, toqgħod wiesgħa, tinfetaħ għal kollox fuq quddiem, mingħajr qfil. Din il-biċċa ħwejjeġ għandha kmiem twal, b'fetħiet laterali mal-ġnub fit-tarf, u rinforzatura fuq ġewwa fil-għamla ta' biċċa inforra.Din il-ġakketta għandha rinforzatura minn barra magħmula minn tielet drapp madwar il-għonq u l-ftuħ. Il-biċċa ħwejjeġ tikkonsisti f'żewġ panewwi meħjuta flimkien mal-wisa', bil-panewwa ta' fuq meħjuta wkoll taħt il-kmiem mat-tul.(Ara r-ritratt Nru 522 B) | 62043290 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nota 8 mal-Kapitolu 62 tan-nomenklatura magħquda u t-testi tal-kodiċijiet tan-NM 6204, 620432 u 62043290. | 2.Purtiera magħmula mir-rakkmu fuq qiegħ tad-drapp li jwassal għal 90,2 % tal-piż totali u li tikkonsisti fi 52,7 % għażel u 47,3 % qoton. Il-parti rrakkmata, li twassal għal 9,8 % tal-piż totali, hija 100 % qoton. | 63039990 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, bin-nota 7 (ċ) u n-nota 2 (B) (ċ) fis-subintestatura tat-Taqsima XI, in- nota 1 mal-Kapitolu 63 u n-Nota 3 fil-Kapitolu 63, bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 6303, 630399 and 63039990. | +++++ TIFF +++++ | --------------------------------------------------