Official Journal L 289 , 24/11/1993 P. 0003 - 0003
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0186
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0186
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3204/93 tas-16 ta’ Novembru 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards tal-marketing tal-laħam tat-tjur IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi r-Regolament (KEE) Nru 1906/90 [2] jistabbilixxi ċerti standards tal-marketing tal-laħam tat-tjur; Billi, skond l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90, dan ir-Regolament m’għandux japplika għat-tipi tal-bejgħ riferiti fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta’ Frar 1971 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ fil-laħam frisk tat-tjur [3]; billi din id-deroga għandha tiġi emendata għalbiex tqis id-Direttiva tal-Kunsill 92/116/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li temenda u taġġorna d-Direttiva 71/118/KEE [4], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1906/90 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. fl-Artikolu 1(3), it-tieni inċiż jiġi mibdul b’dan li ġej: - "— għat-tip tal-bejgħ riferit fil-Kapitolu II ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 71/118/KEE, jew - — għat-tjur ta’ New York imħejjija għall-ikel riferiti fil-punt 49 tal-Kapitolu VIII ta’ l-Anness I mad-Direttiva 71/118/KEE."; 2. fl-Artikolu 5(3)(d) u (4), l-espressjoni "l-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 71/118/KEE" għandha tiġi mibdula bi "it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 71/118/KEE". L- Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Novembru 1993. Għall-Kunsill A. Bourgeois Il-President [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1574/93 (ĠU L 152, ta’ l-24.6.1993, p.1). [2] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 317/93 (ĠU L 37, tat-18.2.1993, p.38). [3] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23. [4] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p.1. --------------------------------------------------