31993R1945



Official Journal L 181 , 23/07/1993 P. 0001 - 0010
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 6 P. 0063
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 6 P. 0063


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1945/93

tat-30 ta' Ġunju 1993

li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni mpjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jniżżel il-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 1247/92 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1408/71

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 51 u 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, magħmula wara li kkonsultat mal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema li Jemigraw [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi hemm il-ħtieġa li jsiru ċerti emendi fir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 [4], (KEE) Nru 574/72 [5], u (KEE) Nru 1247/92 [6]; billi uħud minn dawn l-emendi jirrigwardaw bidliet magħmula mill-Istati Membri lil-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali tagħhom filwaqt li oħrajn huma ta' natura teknika u huma ddisinjati sabiex jirfinaw ir-Regolamenti msemmija;

Billi hemm il-ħtieġa li jsiru ċerti emendi lit-Taqsima "G. l-Irlanda", fil-Parti I ta' l-Anness I tar- Regolament (KEE) Nru 1408/71 sabiex jittieħed akkont ta' l-interpretazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Irlandiżi tat-terminu "persuni li jaħdmu għal rashom";

Billi sar meħtieġ li tiġi adattata t-Taqsima "G. l-Irlanda", fl-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 bħala riżultat ta' l-emendi tal-leġislazzjoni Irlandiża dwar benefiċċji ta' mard u maternità;

Billi, bħala riżultat tat-tibdiliet fir-regoli Olandiżi dwar l-assigurazzjoni statutorja marbuta mas-saħħa ta' pensjonanti, għal dawk li jieħdu pensjoni għall-irtirar kmieni u għall-membri tal-familja ta' persuni mpjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom, jeħtieġ li tiġi emendata t-Taqsima "J. l-Olanda" fl-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71;

Billi jidher meħtieġ li tiġi kkjarifikata l-applikazzjoni, partikolarment rigward l-ugwaljanza tas-sessi, tad-dispożizzjonijiet fil-leġislazzjoni ta' l-Olanda li hija relatata mal-fatt li jittieħdu inakkont il-perjodi taż-żwieġ tal-konjuġi tal-ħaddiem għall-jedd ta' pensjoni ta' l-anzjani għal dak il-konjuġi; billi hemm il-ħtieġa għalhekk sabiex jiġi speċifikat l-għan ta' l-entraturi fit-Taqsima "J. l-Olanda" fl-Anness VI tar- Regolament (KEE) Nru 1408/71;

Billi sar meħtieġ li jiġi speċifikat, fit-Taqsima "J. l-Olanda" fl-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, il-ħtieġa li ħaddiem Olandiż imsiefer fuq xogħol irid iħallas mill-inqas il-kontribuzzjoni minima għall-konjuġi Olandiż tiegħu sabiex ikun jista' jitqies taħt l-iskema ġenerali ta' l-assigurazzjoni ta' l-anzjani;

Billi hemm il-ħtieġa li jsiru ċerti emendi għat-Taqsima "J. l-Olanda" fl-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 bil-ħsieb li jipprevieni r-ritenzjoni tas-sistema fejn il-kontribuzzjonijiet jibqgħu jinġabru għall-assigurazzjoni ġenerali ta' l-anzjani volontarja u assigurazzjoni ġenerali għar-romol u l-orfni matul il-perjodu li fih il-konjuġi ta' ħaddiem għandu dritt awtonomu għall-pensjoni ta' l-età anzjana;

Billi hemm il-ħtieġa ta' l-emendi fit-Taqsima "L. ir-Renju Unit" fl-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 bħala riżultat ta' l-emendi magħmula fil-leġislazzjoni tar-Renju Unit;

Billi hemm il-ħtieġa ta' dispożizzjoni li tqassam is-sehem mill-ispejjeż ta' benefiċċji tal-familja fejn hemm benefiċċji bħal dawn, għall-istess perjodu u l-istess membru tal-familja, li hu mistenni minn żewġ Stati Membri skond l-Artikoli 73 u/jew 74 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71;

Billi hemm il-ħtieġa li jsiru ċerti emendi fit-Taqsima "B. id-Danimarka" fl-Annessi 1, 4 u 10 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 sabiex jittieħed akkont tal-poteri ġodda ta' l-awtoritajiet tad-Danimarka;

Billi hemm il-ħtieġa li jiġi emendat it-titolu "Ċ. il-Ġermanja" fl-Anness 2 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 sabiex jittieħed akkont ta' ċertu riallokazzjoni ta' poteri bejn entitajiet fil-Ġermanja;

Billi huwa meħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet fit-Taqsima "D. Spanja" fl-Annessi 2 u 4 tar- Regolament (KEE) Nru 574/72 rigward pensjonijiet mhux kontributorji għall-età anzjana u għall-invalidità;

Billi huwa meħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet fit-Taqsima "G. l-Irlanda" fl-Annessi 2, 3 u 4 tar- Regolament (KEE) Nru 574/72 bħala riżultat tat-tibdiliet ta' l-organizzazzjoni fl-entitajiet Irlandiżi responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-iskemi ta' pensjoni għar-romol u l-orfni u skemi ta' pensjoni għall-età anzjana, u skemi għall-benefiċċji familjari;

Billi, l-indirizz ta' wieħed mill-entitajiet ta' l-Olanda inbidel, hemm il-ħtieġa li jiġu aġġornati r-referenzi ta' l-indirizz ta' l-entità fit-Taqsima "J. l-Olanda" fl-Annessi 2, 3 u 4 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72;

Billi, bħala riżultat tar-ri-organizzazzjoni tas-servizzi responsabbli għad-dispożizzjonijiet ta' benefiċċji fi flus fir-Renju Unit, hemm il-ħtieġa li tiġi emendata t-Taqsima "L. ir-Renju Unit" fl-Annessi 3, 4 u 10 tar- Regolament (KEE) Nru 574/72;

Billi hemm il-ħtieġa li jiġi emendat l-Artikolu "7. Il-Belġju-l-Italja" fl-Anness 5 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 sabiex jitqies ftehim ġdid dwar il-ħlas lura ta' pretensjonjiet reċiproċi, konklużi permezz ta' skambju ta' l-ittri bejn dawn iż-żewġ pajjiżi;

Billi hemm il-ħtieġa li jiġi emendat l-Artikolu "41. Franza-l-Italja" fl-Anness 5 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 bħala riżultat ta' skambju ta' l-ittri bejn dawn iż-żewġ pajjiżi dwar proċeduri biex jittranġaw pretensjonjiet reċiproċi;

Billi, bħala riżultat tad-denunzja ta' l-awtoritajiet Franċiżi dwar il-ftehim bejn Franza u l-Irlanda, Franza u l-Olanda u Franza u r-Renju Unit li jċedu l-ħlas lura ta' benefiċċji innatura, huwa meħtieġ li tiġi emendata t-Taqsima "40. Franza-l-Irlanda", "43. Franza-l-Olanda" u "45. Franza-ir-Renju Unit" fl-Anness 5 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72;

Billi hemm bżonn tiġi adattata t-Taqsima "F. Greċja" fl-Anness 6 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 sabiex tiġi ġġeneralizzata l-proċedura ta' pagament dirett;

Billi akkont għandu jittieħed ta' l-Anness 8 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 ta' l-emendi magħmula fl-Artikolu 10a ta' dak ir Regolament;

Billi għandu jintgħamel provisjon, f'każ ta' jeddijiet li jirkbu fuq xulxin, matul l-istess perjodu u għall-istess persuna, għall-benefiċċji speċjali mhux kontributorji skond l-applikazzjoni konġunta ta' l-Artikolu 10a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1247/92, għall-miżuri li jittieħdu inrelazzjoni ta' l-għadd flimkien ta' dawk il-benefiċċji u ta' l-applikazzjoni ta' ċerti klawsoli għar-riduzzjoni, sospensjoni jew l-abolizzjoni ta' benefiċċji pprovduti taħt il-liġijiet ta' l-Istati Membri kkonċernati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 huwa emendat kif ġej:

1. fl-Anness I, il-parti I, it-Taqsima

"G. L-IRLANDA"

, il-punt 2, għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. Kull persuna li hija assigurata obbligatorjament jew volontarjament skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 17A ta' l-Att dwar il-Konsolidazzjoni tal-Welfare Soċjali 1981 għandha tkun ikkunsidrata bħala persuna li taħdem għal rasha fis-sens ta' l-Artikolu 1(a)(ii) tar-Regolament.";

2. fl-Anness IIa, it-Taqsima "L. IR-RENJU UNIT", subparagrafu (a) għandu jitħassar;

3. fl-Anness IV, il-parti A, it-Taqsima

"L. IR-RENJU UNIT"

għandha tinbidel b'dan li ġej:

"L. IR-RENJU UNIT

(a) Il-Gran Brittanja

It-Taqsimiet 15 u 36 ta' l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali 1975.

It-Taqsimiet 14, 15 u 16 ta' l-Att dwar il Pensjonijiet fis-Sigurtà Soċjali 1975.

(b) L-Irlanda ta' Fuq

It-Taqsimiet 15 u 36 ta' l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta' Fuq) 1975.

L-Artikoli 16, 17 u 18 ta' l-Ordni dwar il-Pensjonijiet fis-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta' Fuq) 1975.";

4. L-Anness VI għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) f' "G. L-IRLANDA":

(i) fil-punt 5 "benefiċċji għall-mard, maternità u qgħad" għandha tiġi sostitwita b' "benefiċċji għall-qgħad";

(ii) punt 8 għandu jitħassar;

(b) f' "J. L-OLANDA":

(i) punt 1 (b) għandu jitħassar;

(ii) il-ħames inċiż tal-punt 1 (ċ) għandu jinbidel b'dan li ġej:

- "— benefiċċji rigward pensjonijiet qabel l-età ta' 65 taħt l-iskema ta' pensjonijiet maħsuba biex tipprovdi assistenza għall-età anzjana lill-ħaddiema u ħaddiema li kienu jaħdmu, jew benefiċċji rigward pensjoni għall-irtirar mix-xogħol kmieni taħt skema ta' l-irtirar kmieni mwaqqfa mill-Istat jew permezz ta' jew inkella taħt ftehim industrijali, jew xi skema maħsuba mill-Kunsill għall-Fond Kontra l-Mard.";

(iii) is- subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' punt 1:

"(d) Membri tal-familja kif imsemmija fl-Artikolu 19(2) li jirrisjedu fl-Olanda u ħaddiema mpjegati jew ħaddiema li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom kif imsemmija fl-Artikolu 22(1)(b) u (3) flimkien ma' l-Artikolu 22(1)(b), u l-Artikoli 25 u 26 li huma ntitolati għall-benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor ma jistgħux ikunu assigurati taħt l-Algemene Wet Bijzondere Ziektekosten (Liġi dwar assigurazzjoni ġenerali kontra spejjeż mediċi speċjali) (AWBZ).";

(iv) il-punt 2 (b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(b) Ir-riduzzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) ta' l-AOW ma għandhiex tapplika għal snin tal-kalendarju jew partijiet minnhom qabel it-2 ta' Awissu 1989 matul liema, bejn għeluq snin il-15–il sena u l-65 sena tiegħu, il-persuna li huwa jew kien miżżewweġ ma kienx assigurat taħt il-liġijiet imsemmija hawn fuq minkejja li hu residenti fit-territorju ta' Stat Membru li mhuwiex l-Olanda, jekk dawn is-snin kalendarji jew parti minnhom jikkoinċidu, min-naħa l-oħra, mal-perjodi ta' l-assigurazzjoni kompletati mill-konjuġi ta' din il-persuna taħt dik il-leġislazzjoni basta ż-żwieġ tal-koppja jissussisti matul dawn il-periodi, u min-naħa l-oħra, mas-snin kalendarji jew parti minnhom li jitqiesu taħt is-subparagrafu (a).

Bħala deroga mill-Artikolu 7 ta l-AOW, din il-persuna għandha titqies pensjonanta.";

(v) il-punt 2 (ċ) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(ċ) ir-riduzzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) ta' l-AOW ma għandh tapplika għal snin kalendarji jew parti minnhom qabel l-1 ta' Jannar 1957 li matulhom il-konjuġi ta' pensjonant li jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex dawn is-snin jiġu ttrattati bħala perjodi ta' l-assigurazzjoni irrisjeda fl-Olanda bejn għeluq il-15–il sena u l-65 sena tal-konjuġi tiegħu jew li matulhom, minkejja li kien residenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, il-konjuġi kellu xi attività bħala persuna mpjegata fl-Olanda għall-prinċipal stabbilit fl-Olanda.";

(vi) il-punt 2 (d) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(d) Ir-riduzzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) ta l-AOW ma għandhiex tapplika għal snin kalendarji jew parti minnhom qabel it-2 t'Awissu 1989 li matulhom, bejn għeluq snin il-15–il sena u l-65 sena tiegħu, il-konjuġi tal-pensjonant kien residenti fi Stat Membru li mhux l-Olanda u ma kienx assigurat taħt il-leġislazzjoni msemmija hawn fuq jew jekk dawn is-snin kalendarji jew parti minnhom jikkoinċidu, min-naħa l-oħra, mal-perjodi ta' l-assigurazzjoni kompletati mill-konjuġi taħt dik il-leġislazzjoni basta iż-żwieġ tal-koppja ssussista matul dawn il-periodi, u min-naħa l-oħra, bis-snin kalendarji jew parti minnhom titqies taħt is-subparagrafu (a).";

(vii) is-sentenza li ġejja għandha tiżdied ma' punt 2 (g):

"L-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt 4(f) ma tistax tingħata lil konjuġi li ma kienx residenti fl-Olanda ta' persuna mpjegata jew persuna li taħdem għal rasha li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 14a(1) jew l-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament jekk il-konjuġi, skond id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' l-Olanda waħidha, hija jew le awtorizzata li toħroġ assigurazzjoni volontarja.";

(viii) il-punt 2 (h) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(h) Il-punti (a), (b), (ċ), (d) u (f) ma għandhomx japplikaw kemm fil-perjodi li jikkoinċidu mal-perjodi li jistgħu jittieħdu inkonsiderazzjoni sabiex jiġu kkalkulati d-drittijiet għall-pensjoni taħt leġislazzjoni dwar assigurazzjoni għall-età anzjana ta' Stat Membru li mhux l-Olanda kif ukoll għal dawk il-perjodi matul liema il-persuna kkonċernata ħarġet pensjoni għall-età anzjana taħt din il-leġislazzjoni.";

(ċ) f' "L. IR-RENJU UNIT", il-punt 5 "allowance għall-mobilità" għandha tiġi sostitwita b' "allowance għall-kura ta' l-invalidi".

L-Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 huwa emendat kif ġej:

1. il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 10:

"3. Fejn benefiċċji tal-familja huma mistennija, fl-istess żmien u għall-istess membri tal-familja, minn żewġ Stati Membri skond l-Artikoli 73 u/jew 74 tar-Regolament, l-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru b'leġislazzjoni li tipprovdi l-ogħla livelli ta' benefiċċji għandha tħallas l-ammont sħiħ ta' benefiċċji bħal dawn u tkun imħallsa lura nofs din is-somma mill-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru ieħor sal-limitu ta' l-ammont provdut mil-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru ta' l-aħħar.";

2. fl-Anness 1, it-Taqsima "B. ID-DANIMARKA", il-punt 3, it-termini "Indenrigsministeren (Il-Ministru ta' l-Intern)" għandhom jiġu sostitwiti bit-termini "Sundhedsministeren (Il-Ministru tas-Saħħa)";

3. L-Anness 2 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) f' "Ċ. IL-GERMANJA":

(i) il-punt 2 (a)(ii) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(ii) Jekk il-kontribuzzjoni ta' l-aħħar tħallset fi skema ta' l-assigurazzjoni pensjonarja għal staff klerikali:

- jekk l-ebda kontribuzzjoni ma tħallset fis-Seekasse (Fond ta' Assigurazzjoni għall-Baħħara), Hamburg, jew jekk l-aħħar kontribuzzjoni ma tħallsitx lill-Bundesbahnversicherungsanstalt (Uffiċċju Federali għall-Assigurazzjoni tal-Linji Ferrovjarji), Frankfurt am Main:

Bundesversicherungsanstalt für Angestellte (Uffiċċju Federali għall-Assigurazzjoni ta' Staff Klerikali), Berlin;

- jekk tħallset kontribuzzjoni lis-Seekasse (Rentenversicherung der Arbeiter oder der Angestellten) (Fond għall-Assigurazzjoni tal-Baħħara (skema ta' l-assigurazzjoni pensjonarja għall-ħaddiema manwali u staff klerikali)), Hamburg:

Seekasse (Fond għall-Assigurazzjoni tal-Baħħara), Hamburg;

- jekk l-aħħar kontribuzzjoni tħallset lill-Bundesbahnversicherungsanstalt (Uffiċċju Federali għall-Assigurazzjoni tal-Linji Ferrovjarji), Frankfurt am Main:

Bundesbahnversicherungsanstalt (Uffiċċju Federali għall-Assigurazzjoni tal-Linji Ferrovjarji), Frankfurt am Main.";

(ii) il-punt 2(b)(ii) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(ii) Jekk il-kontribuzzjoni ta' l-aħħar tħallset fi skema ta' l-assigurazzjoni pensjonarja għal staff klerikali:

- jekk l-ebda kontribuzzjoni ma tħallset fis-Seekasse (Fond ta' l-Assigurazzjoni għal Baħħara), Hamburg, jew jekk l-aħħar kontribuzzjoni ma tħallsitx lill-Bundesversicherungsanstalt (Uffiċċju Federali għall-Assigurazzjoni tal-Linji Ferrovjarji), Frankfurt am Main:

Bundesversicherungsanstalt für Angestellte (Uffiċċju Federali għall-Assigurazzjoni ta' Staff Klerikali), Berlin;

- jekk tħallset kontribuzzjoni lis-Seekasse (Rentenversicherung der Arbeiter oder der Angestellten) (Fond għall-Assigurazzjoni tal-Baħħara (skema ta' l-assigurazzjoni pensjonarja għall-ħaddiema manwali u staff klerikali)), Hamburg:

Seekasse (Fond għall-Assigurazzjoni tal-Baħħara), Hamburg;

- jekk l-aħħar kontribuzzjoni tħallset lill-Bundesbahnversicherungsanstalt (Uffiċċju Federali għall-Assigurazzjoni tal-Linji Ferrovjarji), Frankfurt am Main:

Bundesbahnversicherungsanstalt (Uffiċċju Federali għall-Assigurazzjoni tal-Linji Ferrovjarji), Frankfurt am Main.";

(b) f'

"D. SPANJA"

il-punt li ġej għandu jiżdied:

"3. Għall-pensjonijiet mhux kontributorji ta' l-età anzjana u l-invalidità:

Instituto Nacional de Servicios Sociales, (Istitut Nazzjonali tas-Servizzi Soċjali), Madrid.";

(ċ) f'

"G. L-IRLANDA"

, il-punt 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. Benefiċċji fi flus

(a) Benefiċċji għall-qgħad:

Dipartiment tal- Welfare Soċjali, Dublin, inklużi l-uffiċċji proviżorji responsabbli mill-benefiċċji tal-qgħad.

(b) Pensjonijiet ta' l-età anzjana u l-mewt:

Dipartiment tal- Welfare Soċjali, Uffiċċju tas-Servizzi Pensjonarji, Sligo.

(ċ) Benefiċċji tal-familja:

Dipartiment tal- Welfare Soċjali, Sezzjoni li Tħares il-Benefiċċji tat-Tfal, St Oliver Plunkett Road, Letterkenny, Co. Donegal.

(d) Benefiċċji oħra fi flus:

Dipartiment tal- Welfare Soċjali, Dublin";

(d) f' "J. L-OLANDA":

(i) il-punt 3 (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(a) skema ġenerali:

Sociale Verzekeringsbank (Bank għall-Assigurazzjoni Soċjali), Postbus 1100, 1180 BH Amstelveen";

(ii) il-punt 5 (ċ) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(ċ) każijiet oħra:

Sociale Verzekeringsbank (Bank għall-Assigurazzjoni Soċjali), Postbus 1100, 1180 BH Amstelveen";

(iii) il-punt 6 (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(a) fejn il-benefiċċju huwa mogħti f'data qabel l-1 ta' Lulju 1967:

Sociale Verzekeringsbank (Bank għall-Assigurazzjoni Soċjali), Postbus 1100, 1180 BH Amstelveen";

4. L-Anness 3 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) f' "B. ID-DANIMARKA", il-punt 1 (e), "Socialministeriet (Il-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali)" għandu jiġi sostitwit b' "Sundhedsministeriet (Il-Ministeru tas-Saħħa)";

(b) f'

"G. L-IRLANDA"

, il-punt 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. Benefiċċji fi flus

(a) Benefiċċji għall-qgħad:

Dipartiment tal- Welfare Soċjali, Dublin, inklużi l-uffiċċji provinċjali responsabbli mill-benefiċċji tal-qgħad.

(b) Pensjonijiet ta' l-età anzjana u l-mewt:

Dipartiment tal- Welfare Soċjali, Uffiċċju tas-Servizzi Pensjonarji, Sligo.

(ċ) Benefiċċji tal-familja:

Dipartiment tal- Welfare Soċjali, Sezzjoni li Tħares il-Benefiċċji tat-Tfal, St Oliver Plunkett Road, Letterkenny, Co. Donegal.

(d) Benefiċċji oħra fi flus:

Dipartiment tal- Welfare Soċjali, Dublin";

(ċ) f'

"J. L-OLANDA"

il-punt 3 (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(a) bħala regola ġenerali:

Sociale Verzekeringsbank (Bank għall-Assigurazzjoni Soċjali), Postbus 1100, 1180 BH Amstelveen";

(d) f' "L. IR-RENJU UNIT":

(i) il-punt 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. Benefiċċji fi flus (ħlief benefiċċji familjarji)

Il-Gran Brittanja: | Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, Aġenzija tal-Benefiċċji, Fergħa barra mill-pajjiż, Newcastle upon Tyne, NE98 1YX. |

L-Irlanda ta' Fuq: | Dipartiment tas-Saħħa u s-Servizzi Soċjali, Aġenzija ta' l-Irlanda ta' Fuq dwar Sigurtà Soċjali, Fergħa barra mill-Pajjiż, Belfast, BT1 1DX. |

Ġibiltà: | Dipartiment tax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali, Gibiltà."; |

(ii) il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"3. Benefiċċji tal-familja

Għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament:

Il-Gran Brittanja: | Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, Aġenzija tal-Benefiċċji, Ċentru għall-Benefiċċju tat-Tfal, Newcastle upon Tyne, NE88 1AA. |

L-Irlanda ta' Fuq: | Dipartiment tas-Saħħa u s-Servizzi Soċjali, Aġenzija ta' l-Irlanda ta' Fuq dwar Sigurtà Soċjali, Uffiċċju dwar il-Benefiċċji tat-Tfal, Belfast, BT1 1SA. |

Ġibiltà: | Dipartiment tax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali, Ġibiltà."; |

5. L-Anness 4 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) f' "B. ID-DANIMARKA":

1. il-punt 1 għandu jkun sostitwit bi:

"1. (a) benefiċċji innatura għall-mard, maternità u twelid:

Sundhedsministeriet (Ministeru tas-Saħħa), København;

(b) benefiċċji fi flus għall-mard, maternità u twelid:

Socialministeriet (Ministeru ta l-Affarijiet Soċjali), København";

2. fil-punt 6, it-terminu "Socialministeriet (Ministeru ta' l-Affarijiet Soċjali)" għandu jiġi ssostitwit bit-termini "Sundhedsministeriet (Ministeru tas-Saħħa)";

(b) f'

"D. SPANJA"

il-punt li ġej għandu jiżdied:

"4. Għall-pensjonijiet mhux kontributorji ta' l-età anzjana u l-invalidità:

Instituto Nacional de Servicios Sociales, (Istitut Nazzjonali tas-Servizzi Soċjali), Madrid.";

(ċ) f'

"G. L-IRLANDA"

, il-punt 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. Benefiċċji fi flus

(a) Pensjonijiet ta' l-età anzjana u l-mewt:

Dipartiment tal- Welfare Soċjali, Uffiċċju tas-Servizzi Pensjonarji, Sligo.

(b) Benefiċċji tal-familja:

Dipartiment tal- Welfare Soċjali, Sezzjoni li Tħares il-Benefiċċji tat-Tfal, St Oliver Plunkett Road, Letterkenny, Co. Donegal.

(ċ) Benefiċċji oħra fi flus:

Dipartiment tal- Welfare Soċjali, Dublin";

(d) f'

"J. L-OLANDA"

il-punt 2 (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(a) bħala regola ġenerali:

Sociale Verzekeringsbank (Bank għall-Assigurazzjoni Soċjali), Postbus 1100, 1180 BH Amstelveen";

(e) "L. IR-RENJU UNIT"

, għandu jinbidel b'dan li ġej:

"L. IR-RENJU UNIT

Il-Gran Brittanja: | |

(a) kontribuzzjonijiet u benfiċċji innatura għall-ħaddiema li diġà għandhom post: | Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, Aġenzija tal-Kontribuzzjonijiet, Kontribuzzjonijiet barra mill-pajjiż, Newcastle upon Tyne, NE98 1YX. |

(b) kwistjonijiet kollha oħra: | Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, Aġenzija tal-Benefiċċji, Fergħa barra mill-pajjiż, Newcastle upon Tyne, NE98 1YX. |

L-Irlanda ta' Fuq: | Dipartiment tas-Saħħa u s-Servizzi Soċjali, Aġenzija ta' l-Irlanda ta' Fuq dwar is-Sigurtà Soċjali, Fergħa barra mill-Pajjiż, Belfast, BT1 1DX. |

Ġibiltà: | Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, Aġenzija tal-Benefiċċji, Fergħa barra mill-pajjiż, Newcastle upon Tyne, NE98 1YX"; |

6. L-Anness 5 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) f'

"7. IL-BELĠJU — L-ITALJA"

il-punt (e) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(e) L-iskambju ta' l-ittri ta' l-10 ta' Diċembru 1991 u l-10 ta' Frar 1992 li jikkonċerna l-ħlas lura ta' pretensjonjiet reċiproċi taħt l-Artikolu 93 tar-Regolament implimentattiv.";

(b) "14. ID-DANIMARKA — FRANZA"

għandu jinbidel b'dan li ġej:

"14. ID-DANIMARKA — FRANZA

Il-Ftehim tad-29 ta' Ġunju 1979 li jċedi l-ħlas lura ta' benefiċċji innatura rigward mard, maternità u aċċidenti fuq il-post tax-xogħol, bl-eċċezzjoni ta' benefiċċji mogħtija skond l-Artikoli 28, 28a, 29(1) u 31 tar-Regolament, il-Ftehim tad-29 ta' Ġunju 1979 li jċedi l-ħlas lura ta' benefiċċji tal-qgħad u l-Ftehim tad-29 ta' Ġunju 1979 li jċedi l-ħlas lura ta' l-ispejjeż ta' kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi.";

(ċ) "40. FRANZA — L-IRLANDA"

għandu jinbidel b'dan li ġej:

"40. FRANZA — L-IRLANDA

L-iskambju ta' l-ittri tat-30 ta' Lulju u tas-26 ta' Settembru 1980 li jikkonċerna r-rinunzja reċiproka tal-ħlas lura ta' benefiċċji tal-qgħad (l-Artikolu 70(3) tar-Regolament).";

(d) f'

"41. FRANZA — L-ITALJA"

, il-punt (b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(b) L-iskambju ta' l-ittri ta' l-14 ta' Mejju u t-2 t'Awissu 1991 li jikkonċerna t-termini dwar il-ftehim fuq pretensjonijiet reċiproċi taħt l-Artikolu 93 tar-Regolament implimentattiv.";

(e) f' "43. FRANZA — L-OLANDA", il-punt (a) għandu jitħassar;

(f) f' "45. FRANZA — IR-RENJU UNIT", il-punt (b) għandu jitħassar;

7. fl-Anness 6, it-Titolu

"F. GREĊJA"

għandu jinbidel b'dan li ġej:

"F. IL-GREĊJA

Ħlas Dirett";

8. fl-Anness 8, it-tieni u t-tielet linji, il-figura "(1)" għandha titħassar;

9. L-Anness 10 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) f' "B. ID-DANIMARKA":

1. il-punt 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. Sabiex jiġu applikati l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 11a(1), l-Artikolu 12a, l-Artikolu 13(2) u (3) u l-Artikolu 14(1), (2) u (3) tar-Regolament implimentattiv:

Socialministeriet (Ministeru ta' l-affarijiet Soċjali), København;

Għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 113 (2) tar-Regolament implimentattiv:

Sundhedsministeriet (Ministeru tas-Saħħa), København";

2. fil- punt 6 (a), "Socialministeriet (Ministeru ta' l-Affarijiet Soċjali)" għandu jiġi sostitwit bit-terminu "Sundhedsministeriet (Ministeru tas-Saħħa)";

3. fil-punt 7:

(i) il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(a) benefiċċji taħt il-Kapitolu 1 u 5 tat-Titolu III tar-Regolament:

Sundhedsministeriet (Ministeru tas-Saħħa), København;

(b) benefiċċji taħt il-Kapitoli 2, 3, 7 u 8 tat-Titolu III tar-Regolament:

Socialministeriet (Ministeru ta' l-affarijiet Soċjali), København";

(ii) il-punti (b) u (ċ) għandhom isiru il-punti (ċ) u (d);

(b) "L. IR-RENJU UNIT"

, għandu jinbidel b'dan li ġej:

"L. IR-RENJU UNIT

1. Sabiex jiġu applikati l-Artikoli 14c, 14d(3) u 17 tar-Regolament u l-Artikoli 6(1), 11(1), 11a(1), 12a, 13(2) u (3), 14(1), (2) u (3), u l-Artikoli 80(2), 81, 82(2) u 109 tar-Regolament implimentattiv:

Il-Gran Brittanja: | Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, Aġenzija tal-Kontribuzzjonijiet, Kontribuzzjonijiet barra mill-pajjiż, Newcastle upon Tyne, NE98 1YX. |

L-Irlanda ta' Fuq: | Dipartiment tas-Saħħa u s-Servizzi Soċjali, Aġenzija ta' l-Irlanda ta' Fuq dwar is-Sigurtà Soċjali, Fergħa barra mill-Pajjiż, Belfast, BT1 1DX. |

2. Sabiex jiġu applikati l-Artikoli 36 u 63 tar-Regolament u l-Artikoli 8, 38(1), 70(1), 91(2), 102(2), 110 u 113(2) tar-Regolament implimentattiv:

Il-Gran Brittanja: | Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, Aġenzija tal-Benefiċċji, Fergħa barra mill-pajjiż, Newcastle upon Tyne, NE98 1YX. |

L-Irlanda ta' Fuq: (ħlief għall-Artikoli 36 u 63 tar-Regolament u l-Artikolu 102(2) u l-Artikolu 113(2) tar-Regolament implimentattiv, għal-liema ara t-Taqsima dwar il-Gran Brittanja): | Dipartiment tas-Saħħa u s-Servizzi Soċjali, Aġenzija ta' l-Irlanda ta' Fuq dwar Sigurtà Soċjali, Fergħa barra mill-Pajjiż, Belfast, BT1 1DX. |

3. Sabiex jiġu applikati l-Artikolu 85(2), l-Artikolu 86(2) u l-Artikolu 89(1) tar-Regolament implimentattiv:

Il-Gran Brittanja: | Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, Aġenzija tal-Benefiċċji, Ċentru għall-Benefiċċji tat-Tfal, Newcastle upon Tyne, NE88 1AA. |

L-Irlanda ta' Fuq: | Dipartiment tas-Saħħa u s-Servizzi Soċjali, Aġenzija ta' l-Irlanda ta' Fuq dwar Sigurtà Soċjali, Uffiċċju dwar il-Benefiċċji tat-Tfal, Belfast, BT1 1SA". |

L-Artikolu 3

L-Artikolu li ġej ser jiddaħħal fir-Regolament (KEE) Nru 1247/92:

"L-Artikolu 2a

1. Fejn benefiċċji speċjali mhux kontributorji kif imsemmija fl-Artikolu 4(2a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 jistgħu, matul l-istess perjodu u għall-istess persuni, jingħataw skond l-Artikolu 10a ta' dak ir-Regolament mill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru fit-territorju ta' liema dik il-persuna hija residenti u skond l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament mill-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru ieħor, il-persuna kkonċernata tista tgħaqqad flimkien dawk il-benefiċċji sal-limitu ta' l-ogħla ammont tal-benefiċċji speċjali li seta' jitlob taħt wieħed mir-Regolamenti kkonċernati.

2. Ir-Regoli dettaljati ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 1, u partikolarment l-applikazzjoni, rigward il-benefiċċji msemmija f'dak il-paragrafu, ta' klawsoli ta' riduzzjoni, sospensjoni jew abolizzjoni provduti taħt il-liġijiet ta' Stat Membru jew aktar u l-allokazzjoni ta' l-ammonti differenzjali addizzjonali għandhom isiru b'deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Emigranti u, fejn ikun xieraq, bi qbil komuni ma' l-Istati Membri kkonċernati jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom."

L-Artikolu 4

1. Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. L-Artikolu 1, il-punt 1, għandu japplika mis-6 t'April 1988.

3. L-Artikolu 1, il-punti 2 u 3 għandhom japplikaw mill-1 ta' Ġunju 1992.

4. L-Artikolu 1, il-punt 4 (b) (iv), (v) u (vi), għandhom japplikaw mill-1 t'April 1985.

5. L-Artikolu 1, il-punt 4 (b) (vii) u (viii), għandhom japplikaw mit-2 t'Awissu 1989.

6. L-Artikolu 2, il-punt 6 (a), għandu japplika mill-10 ta' Frar 1992.

7. L-Artikolu 2, il-punt 6 (ċ), għandu japplika mill-1 t'April 1993.

8. L-Artikolu 2, il-punt 6 (d), għandu japplika mill-14 ta' Marzu 1991.

9. L-Artikolu 2, il-punt 6 (f), għandu japplika mill-1 ta' Lulju 1992.

10. L-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta' Ġunju 1992.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-30 ta Ġunju 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Bergstein

[1] ĠU C 251, tat-28.9.1992, p. 51.

[2] ĠU C 305, tat-23.11.1992, p. 575.

[3] ĠU C 332, tas-16.12.1992, p. 1.

[4] ĠU L 149, tal-5.7.1971, p. 2. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1249/92 (ĠU L 136, tad-19.5.1992, p. 28).

[5] ĠU L 74, tas-27.3.1972, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1249/92 (ĠU L 136, tad-19.5.1992, p. 28).

[6] ĠU L 136, tad-19.5.1992, p. 1.

--------------------------------------------------