31993L0029



Official Journal L 188 , 29/07/1993 P. 0001 - 0010
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0207
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0207


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/29/KEE

ta' l-14 ta' Ġunju 1993

dwar l-identifikazzjoni ta' kontrolli, tell-tales u indikaturi għal karozzi b'żewġ jew bi tliet roti

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/61 KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' karozzi b'żewġ jew bi tliet roti [1],

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [4],

Billi s-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi, u kapital huwa assigurat; billi l-miżuri meħtieġa għal dak l-iskop għandhom jiġu adottati;

Billi, fir-rigward tal-kontrolli, it-tell-tales u indikaturi tagħhom, f'kull Stat Membru vetturi b'żewġ jew bi tliet roti għandhom juru certi karatterstici teknici stabbilti bid-dispożizzjonijiet mandatorji li jvarjaw minn Stat Membru wiehed għal iehor; billi, bħala riżultat tad-differenzi tagħhom, dawn id-dispożizzjonijiet jikkostitwixxu xkiel għall-kummerċ fil-Komunità;

Billi dawn l-ostakoli għall-operazzjoni tas-suq intern jistgħu jitneħħew jekk l-istess ħtiġiet huma adottati mill-Istati Membri kollha minflok ir-regoli nazzjonali tagħhom;

Billi huwa necessarju li jiġu mfassla ħtiġiet armonizzati li jikkoncernaw l-identifikazzjoni ta' kontrolli, tell-tales u indikaturi għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti sabiex il-proċeduri għall-approvazzjoni ta' tip u għall-approvazzjoni tat-tip ta' komponent stabbiliti fid-Direttiva 92/61/KEE jiġu applikati għal kull tip ta' vettura;

Billi, minhabba l-iskala u l-impatt ta' l-azzjoni proposta fis-settur inkwistjoni, il-miżuri Komunitarji koperti b'din id-Direttiva huma necessarji, fil-fatt essenzjali, biex jintlaħaq l-iskop invista, li hu li tiġi stabbilita approvazzjoni tat-tip ta' vettura Komunitarja; billi dak l-iskop ma jistax jintlaħaq b'mod adegwat mill-Istati Membri individwalment;

Billi sabiex jiġi ffacilitat l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi non-Komunitarji kien jidher neċessarju li tiġi stabbilita ekwivalenza bejn il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u dawk tar-Regolament Nru 60 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għall-identifikazzjoni ta' kontrolli, tell-tales u indikaturi għat-tipi kollha ta' vetturi kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/61/KEE

L-Artikolu 2

Il-proċedura għall-għoti ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent fir-rigward ta' l-identifikazzjoni ta' kontrolli, tell-tales u indikaturi għal tip ta' vettura bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-moviment liberu ta' dawn il-vetturi għandhom ikunu kif stabbiliti fil-Kapitoli II u III tad-Direttiva 92/61/KEE

L-Artikolu 3

Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/61/KEE, l-ekwivalenza bejn il-ħtiġiet stabbiliti f'din id-Direttiva u dawk stabbiliti fir-Regolament UN/ECE Nru 60 (E/ECE/TRANS/505 - Add. 59) hi hawnhekk rikonoxxuta.

L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent għandhom jaċċettaw approvazzjonijiet skond il-ħtiġiet tar-Regolament Nru 60 imsemmi hawn fuq kif ukoll il-marki ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent bħala alternattiva għall-approvazzjonijiet korrispondenti mogħtija skond il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva tista' tiġi emendata skond l-Artikolu 13 ta' Direttiva 70/156/KEE [5] sabiex:

- tieħu kont ta' xi emendi għar-Regolament ECE imsemmi fl-Artikolu 3,

- l-Anness jiġi addattat għall-progress tekniku.

L-Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-14 ta' Dicembru 1994. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet konnessi ma' l-identifikazzjoni ta' kontrolli, tell-tales u indikaturi, jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta' vetturi li jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu mill-14 ta' Ġunju 1995.

2. L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul il-Lussemburgu, fl-14 ta'Gunju 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Trøjborg

[1] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72.

[2] ĠU C 293, tad-9.11.1992, p. 5.

[3] ĠU C 21, tal-25.1.1993, p. 96 u ĠU C 150, tal-31.5.1993.

[4] ĠU C 73, tal-15.3.1993, p. 22.

[5] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata minn 92/53/KEE (ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

ĦTIĠIET LI JIKKONCERNAW L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' KOMPONENT TA' VETTURI BIL-MUTUR B'ŻEWĠ JEW TLIET ROTI FIR-RIGWARD TA' L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-KONTROLLI, IT-TELL-TALES U L-INDIKATURI TAGĦHOM

1. DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

1.1. "kontroll" ifisser kull parti tal-vettura jew komponent direttament attivata mis-sewwieq li tikkawża bidla fl-istat jew fl-operazzjoni tal-vettura jew ta' waħda mill-partijiet tagħha;

1.2. "tell-tale" tfisser sinjal li jindika l-bidu ta' operazzjoni ta' apparat, operazzjoni jew stat suspettuż jew difettuż jew in-nuqqas ta' operazzjoni;

1.3. "indikatur" ifisser apparat li jagħti informazzjoni dwar il-funzjonament jew l-istat tajjeb ta' sistema jew parti ta' sistema bħall-livell ta' fluwidu;

1.4. "simbolu" ifisser kontorn li jgħin fl-identifikazzjoni ta' kontroll, tell-tale jew indikatur.

2. IL-ĦTIĠIET

2.1. L-Identifikazzjoni

Il-kontrolli, it-tell-tales u l-indikaturi msemmija fit-taqsima 2.1.5 għandhom jiġu identifikati skond il-ħtiġiet li gejjin meta jitwaħħlu ma' vettura.

2.1.1. Dawn is-simboli għandhom jidhru b'mod car kontra l-isfond, jew b'kulur jixgħel fuq l-iskur jew skuri fuq sfond ta' kulur li jixgħel.

2.1.2. Is-simboli għandhom jitqiegħdu fuq il-kontroll jew fuq it-tell-tale ta' kontroll li għandhom jiġu identifikati jew viċin ħafna ta' dawn. Meta dan mhuwiex possibbli s-simbolu u l-kontroll, jew it-tell-tale, għandhom jingħaqdu b'linja kontiwa li għandha tkun qasira kemm jista' jkun.

2.1.3. Fanali ta' dawl ewlieni għandhom jiġu rrappreżentati b'raġġi paralleli orizzontali u fanali ta' dawl baxx b'raġġi ta' dawl paralleli angolati 'l isfel.

2.1.4. Meta użati għal tell-tales ottici, il-kuluri li ġejjin elenkati hawn isfel ikollhom it-tifsiriet indikati

-aħmar: | perikolu, |

-ambra: | twissija, |

-aħdar: | sigurtà. |

Il-blu jiġi rriservat esklussivament għat-tell-tales tal-fanali tad-dawl ewlieni

2.1.5. L-Ismijiet u l-identifikazzjoni ta' simboli

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 1Kontroll tal-fanal - Fanal ta' dawl ewlieni

Il-kulur tell-tale: blu

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 2Il-kontroll tal-fanal - Fanal ta' dawl baxx

Il-Kulur tell-tale: aħdar

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 3Indkatur ta' Direzzjoni

Il-kulur tell-tale: aħdar

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 4Apparat ta' twissija ta' perikolu

Żewġ possibiltajiet:

- l-identifikazzjoni tas-sinjal imqiegħed ħdejn il-perikolu

Il-Kulur tell-tale: aħmar

Jew

- l-operazzjoni simultanea ta' l-indikaturi ta' direzzjoni (Iż-żewġ vleġeġ fil-Figura 3)

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 5Ic-choke manwali

Kulur tell-tale: ambra

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 6Apparat li jinstama' (il-ħorn)Il-Figura 7Il-livell tal-karburant

Kulur tell-tale: ambra

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 8Temperatura tal-likwidu li jkessah l-inġenju

Kulur tell-tale: aħmar

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 9Il-Karika tal-batterija

Kulur tell-tale: aħmar

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 10Iż-żejt ta' l-inġenju

Kulur tell-tale: aħmar

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 11Il-fanal ta' quddiem għaċ-ċpar (3)

Kulur tell-tale: aħdar

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 12Il-fanal ta' wara għaċ-ċpar (3)

Il-kulur tell-tale: ambra

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 13L-ignition ta' l-inġenju tad-diżil jew il-cut-off, kontroll f'pożizzjoni ta' "mhux f'użu"Il-Figura 14L-ignition ta' l-inġenju tad-diżil jew il-cut-off, kontroll f'pożizzjoni ta' "operazzjoni"Il-Figura 15Switch ġenerali tad-dawl

Kulur tell-tale: aħdar

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 16Switch tad-dawl(jista' jiġi kkumbinat mal-kontroll tal-fanali ta' pożizzjoni (tal-ġenb)

Kulur tell-tale: aħdar

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 17Fanali tal-parking

Kulur tell-tale: aħdar

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 18Indikatur "gear box fin-newtral"

Kulur tell-tale: aħdar

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 19Starter elettriku

Noti:

() Il-bicca ta' ġewwa tas-simbolu jista' jkun kollu kemm hu ta' kulur skur.

() Il-parti l-iskura ta' dan is-simbolu tista' tiġi sostitwita bis-silwett tagħha; imbagħad il-parti l-bajda f'din l-istampa tista' tkun kompletament ta' kulur skur.

() Jekk huwa użat kontroll wieħed għall-fanali ta' quddiem u ta' wara għaċ-ċpar is-simbolu użat għandu jkun dak għal "fanal ta' quddiem għaċ-ċpar".

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

--------------------------------------------------