Official Journal L 182 , 02/07/1992 P. 0027 - 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 43 P. 0047
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 43 P. 0047
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1776/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 rigward il-ħażna ta’ prodotti taċ-ċereali u ross fl-imħażen tad-dwana qabel l-esportazzjoni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 t’Ottubru 1975 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif ġie l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 674/92 [2], u b’mod speċjali l-Artikolu 16(6) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta’ Ġunju 1975 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [3], kif ġie l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 674/92, u b’mod speċjali l-Artikolu 17(6) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2503/88 tal-25ta’ Lulju 1988 dwar l-imħażen tad-dwana [4], u b’mod speċjali l-Artikolu 18 tiegħu, Billi ċ-ċaqliq ta’ prodotti miżmuma fl-imħażen tad-dwana huwa ristrett għal ċerti operazzjonijiet standard imsemmija fl-Artikolu 28(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 [5]; billi kull tip ta’ ċaqliq ieħor permess, irid ikun awtorizzat bil-miftuħ f’kull settur fejn hu aċċettat; Billi biex isiru użu aħjar tal-wisa’ eżistenti fil-maħżen, fil-każ ta’ ċerti prodotti taċ-ċereali u tar-ross, jistgħu jinħażnu iżjed minn kunsinna waħda fl-istess silo jew maħżen dejjem jekk il-kunsinni huma ta’ l-istess sottotitolu tan-nomenklatura tar-rifużjoni; Billi sabiex iċ-ċereali jkunu identifikati sew minn meta jsir l-intervent, dawn iċ-ċereali m’għandhomx jitħallew jinħażnu ma dawk iċ-ċereali tal-Komunità li ġejjin minn suq ħieles; Billi l-miżuri li jkopri dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Prodotti msemmija fl-Artikolu 1(a), (b) u (ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75, prodotti bil-Kodiċi NM 1102 u1107 u prodotti elenkati fl-Artikolu 1(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76 li huma maħżuna b’ammonti kbar skond il-proċeduri tal-ħażna tad-dwana jew taż-żona ħielsa għal skop ta’ pagament tar-rifużjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 [6] jistgħu, flimkien mall-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 28(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87, ikunu mħallta fl-istess maħżen flimkien ma’ prodotti oħra bl-istess sottotitolu tan-nomenklatura tar-rifużjoni u bl-istess karatteristiċi tekniċi li wkoll jaqblu mall-ħtiġijiet biex tingħata rifużjoni fuq l-esportazzjoni u li huma wkoll skond ir-Regolament (KEE) Nru 3665/87 jew il-proċedura tar-Regolament (KEE) Nru 565/80. Prodotti li ġew mill-intervent jistgħu, ikunu, maħżuna flimkien ma’ prodotti oħra biss li ġew mill-intervent. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan għandu jibda jgħodd mill-1 ta’ Lulju 1992. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Ġunju 1992. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 1. [2] ĠU L 73, tad-19.3.1992, p. 7. [3] ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 1. [4] ĠU L 225, tal-15.8.1988, p. 1. [5] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1. [6] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5. --------------------------------------------------