Official Journal L 062 , 15/03/1993 P. 0001 - 0037
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/116/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li temenda u taġġorna d-Direttiva 71/118/KEE dwar problemi tas-saħħa li jaffetwaw il-kummerċ f’laħam frisk tat-tjur IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-laħam tat-tjur huwa inkluż fil-lista ta’ prodotti fl-Anness II tat-Trattat; billi l-produzzjoni ta’ u l-kummerċ fil-laħam tat-tjur jikkostitwixxi fonti importanti ta’ introjtu għall-popolazzjoni tal-biedja; Billi sabiex jiġi assigurat l-iżvilupp razzjonali f’dan is-settur u sabiex tiżdied il-produttività tiegħu, regoli dwar is-saħħa pubblika li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqiegħed fis-suq għandhom jiġu stabbiliti fil-livell Komunitarju; Billi d-Direttiva 71/118/KEE [4] stabbiliet il-kondizzjonijiet tas-saħħa li għandhom jiġu sodisfatti għall-iskop ta’ kummerċ fil-laħam tat-tjur; Billi l-Komunità għandha taddotta l-miżuri intiżi sabiex progressivament jiġi stabbilit is-suq intern li jikkonsisti f’żona mingħajr fruntieri interni tul perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992; Billi d-Direttiva 89/662/KEE [5] stabbiliet regoli dwar il-verifiki li għandhom jiġu applikati bl-iskop tal-kompletazzjoni tas-suq intern, u b’mod partikolari neħħiet kontrolli veterinarji fuq il-fruntieri bejn Stati Membri; billi, meta huwa kkonċernat il-kummerċ, dawn ir-regoli għandhom japplikaw għal laħam frisk tat-tjur; Billi, sabiex jintlaħaq dan l-iskop, huwa neċessarju li jiġu modifikati r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 71/118/KEE sabiex tilħaq il-livell ta’ l-approċċ ġdid fil-livell Komunitarju; Billi reponsabbiltà primarja għall-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva għandha taqa’ fuq il-produtturi u l-awtorità għandha tkun obbligata tagħmel monitoraġġ ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju fuq kontrolli proprji; Billi l-objettiv ta’ dan l-adattament għandu jkun partikolarment biex jiġu standardizzati l-ħtiġiet tas-saħħa għall-produzzjoni, il-ħażna u t-trasport ta’ laħam tat-tjur; Billi jidher neċessarju li jiġu esklużi ċerti tipi ta’ bejgħ dirett mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; Billi din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal ċerti prodotti mibjugħa direttament mill-produttur lill-konsumatur; Billi huwa possibbli li, minħabba ċerti ċirkostanzi partikolari, uħud mill-istabbilimenti li joperaw qabel l-1 ta’ Jannar 1992 ma jkunux jistgħu jikkonformaw mar-regoli kollha stabbiliti b’din id-Direttiva; Billi sistema ta’ approvazzjoni għandha tkun introdotta għall-istabbilimenti li jissodisfaw il-ħtiġiet tas-saħħa stabbiliti b’din id-Direttiva, flimkien ma’ proċedura ta’ spezzjoni Komunitarja biex tassigura li l-kondizzjonijiet għal din l-approvazzjoni jiġu osservati; Billi stabbilimenti ta’ kapaċità baxxa għandhom jiġu approvati permezz ta’ struttura simplifikata u kriterja ta’ infrastruttura, waqt li jikkonformaw mar-regoli ta’ iġene stabbiliti f’din id-Direttiva; Billi l-immarkar tas-saħħa ta’ laħam tat-tjur huwa l-mezz l-iktar approprjat biex jissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti tal-post tad-destinazzjoni li kunsinna tikkonforma mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva; billi ċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinżamm għall-iskopijiet ta’ verifika tad-destinazzjoni għal ċertu laħam tat-tjur, meta jinżamm għal aspetti ta’ saħħa ta’ l-annimali; Billi prodotti mqiegħda fis-suq Komunitarju li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi għandhom jagħtu l-istess grad ta’ protezzjoni f’dak li jirrigwarda s-saħħa umana; billi garanziji ekwivalenti għal dawk offerti minn prodotti ta’ oriġini Komunitarja għandhom għalhekk ikunu meħtieġa fir-rigward ta’ dawn il-prodotti u għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji u r-regoli dwar verifiki li jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [6]; Billi, sabiex jitħalla ż-żmien neċessarju sabiex tkun stabbilita sistema ta’ spezzjoni Komunitarja biex tassigura li pajjiżi terzi jikkonformaw mal-garanziji previsti f’din id-Direttiva, regoli nazzjonali dwar verifiki għandhom jinżammu għal perjodu transitorju fir-rigward ta’ dawn il-pajjiżi; Billi l-Kummissjoni għandha tkun fdata bid-dmir li tieħu ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva; billi, għal dak l-iskop, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri li jistabbilixxu kooperazjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-Kumitat Veterinarju Permanenti; Billi, in vista tad-diffikultajiet partikolari ta’ fornitura tar-Repubblika Ħellenika li joriġinaw mis-sitwazzjoni ġeografika tagħha, għandhom ikunu permissibbli derogi speċjali għal dak l-Istat Membru; billi għall-istess raġuni reġjuni mwarrba għandhom jingħataw żmien addizzjonali biex jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva; Billi l-adozzjoni ta’ regoli speċifiċi għall-prodotti koperti b’din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni ta’ regoli dwar l-iġene u sigurtà ta’ l-ikel in ġenerali, li dwarhom il-Kummissjoni ssottomettiet proposta għal Direttiva kwadru; Billi l-limitu taż-żmien għat-transpożizzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandux jaffetwa l-abolizzjoni ta’ kontrolli veterenarji fuq il-fruntieri fl-1 ta’ Jannar 1993; Billi għall-kjarezza d-Direttiva 71/118/KEE għandha tiġi aġġornata, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 It-titolu, l-Artikoli u l-Annessi tad-Direttiva 71/118/KEE għandhom jiġu sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness B ta’ din id-Direttiva. Artikolu 2 1. Fl-Artikolu 3 (A) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar problemi tas-saħħa li jaffetwaw kummerċ intra-Komunitarju fi prodotti tal-laħam [7], il-punt 2 huwa hawnhekk emendat kif ġej: (a) l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "2. ġew ippreparati minn laħam frisk kif definit fl-Artikolu 2 (d), dwar il-ftehim li laħam importat minn pajjiż terz għandu jissodisfa l-ħtiġiet minimi tal-Kapitolu III tad-Direttiva 71/118/KEE u ġie spezzjonat skond id-Direttiva 90/675/KEE;" (b) dan li ġej għandu jkun inserit fil-passaġġ introduttorju tat-tieni paragrafu, wara r-referenza għad-Direttiva 64/433/KEE: "‘it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 4 (1), u l-Kapitolu IX ta’ l-Anness I tad-Direttiva 71/118/KEE, u ġeneralment kull laħam iddikjarat mhux tajjeb għal konsum uman taħt regoli Komunitarji.". 2. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/879/KEE tat-3 ta’ Settembru 1980 dwar l-immarkar tas-saħħa ta’ pakketti kbar ta’ laħam frisk tat-tjur [8] hija hawnhekk imħassra. 3. It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3 (4) (i) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 dwar problemi tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta’ l-annimali li jirrigwardaw il-qtil ta’ kaċċa ferjali u t-tqiegħid fis-suq ta’ laħam ta’ kaċċa ferjali [9] għandu jiġi sostitwit b’li ġej: "Id-disposizzjonijiet tal-punt 68 tal-Kapitolu XII tad-Direttiva 71/118/KEE dwar l-immarkar tas-saħħa ta’ pakketti kbar għandhom japplikaw mutatis mutandis għal-laħam ta’ kaċċa ferjali żgħira;" . 4. Id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1991 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil, u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ laħam frisk tat-tjur [10] hija hawnhekk emendata kif ġej: (a) l-Artikolu 3 (A) (6) għandu jiġi sostitwit b’li ġej: "6. huwa, jekk huwa intiż għal Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru rikonoxxut bħala li huwa ħieles mill-marda Newcastle jew Stat Membru wara transitu tul pajjiż terz, li jkollu miegħu ċ-ċertifikat tas-saħħa muri fl-Anness;" (b) l-Anness għandu jiġi sostitwit bl-Anness A ta’ din id-Direttiva. 5. Fil-punt 3 tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 li tikkonċerna problemi tas-saħħa publika u s-saħħa ta’ l-annimali li jaffetwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam tal-fniek u laħam tal-kaċċa mrobbija [11], ‘fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 71/118/KEE’ għandu jiġi sostitwit bi ‘fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 71/118/KEE. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1994, ħlief fil-każ ta’ stabbilimenti li jinsabu f’: - reġjuni remoti, rikonoxxuti skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 90/657/KEE [12], inklużi - fir-rigward tar-Renju ta’ Spanja - il-Gżejjer Kanarji, u ma’ l-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/496/KEE [13], u - il-Leander il-ġdid tar-Republika Federali tal-Ġermanja kopert bi pjanijiet ta’ ristrutturazzjoni, li fir-rigward tagħhom dawn għandhom jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1995; prodotti minn dawn l-istabbilimemnti għandhom jiġu kkumerċjalizzati fir-reġjuni kkonċernati. Dawn għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-disposizzjonijiet li jadottaw. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva. 3. Il-fatt li l-limitu taż-żmien għat-transposizzjoni ta’ din id-Direttiva huwa stabbilit għall-1 ta’ Jannar 1994 m’għandux jippreġudika l-abolizzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq fruntieri previsti fid-Direttiva 89/662/KEE. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, is-17 ta’ Diċembru 1992. Għall-Kunsill Il-President J. Gummer [1] ĠU Nru C 36, 14. 2. 1992, p. 9; ĠU Nru C 84, 2. 4. 1990, p. 71; ĠU Nru C 276, 23. 10. 1991, p. 10; u ĠU Nru C 262, 14. 10. 1981, p. 3. [2] ĠU Nru C 183, 15. 7. 1991, p. 56; u ĠU Nru C 129, 20. 5. 1991, p. 166. [3] ĠU Nru C 332, 31. 12. 1990, p. 56. [4] ĠU Nru L 55, 31.10.1990, p. 23; Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/654/KEE (ĠU Nru L 353, 17. 12. 1990, p. 48). [5] ĠU Nru L 395, 30.12.1990, p. 13. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU Nru L 268, 24.9.1991, p. 56). [6] ĠU Nru L 373, 31.12.1990, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU Nru L 268, 24.9.1991, p. 56). [7] ĠU Nru L 26, 31. 9. 1977, p. 88. Id-Direttiva aġġornata bid-Direttiva 92/5/KEE (ĠU Nru L 57, 2. 3. 1992, p. 1), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/45/KEE (ĠU Nru L 268, 14. 9. 1992, p. 35). [8] ĠU Nru L 251, 24. 9. 1990, p. 10. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 92/189/KEE (ĠU Nru L 87, 2. 4. 1992, p. 25). [9] ĠU Nru L 268, 14. 9. 1992, p. 35. [10] ĠU Nru L 268, 24. 9. 1991, p. 35. [11] ĠU Nru L 268, 24. 9. 1991, p. 41. [12] Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċpji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU Nru L 373, 31.12.1990, p. 1). Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU Nru L 268, 24. 9. 1991, p. 56). [13] Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċpji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU Nru L 268, 24.9.1991, p. 56). Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/628/KEE (ĠU Nru L 340, 11. 12. 1991, p. 17). -------------------------------------------------- ANNESS A ANNESS +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS B Id-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE dwar problemi tas-saħħa li jaffetwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam frisk tat-tjur KAPITOLU I Disposizzjonijiet ġenerali Artikolu 1 Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam frisk tat-tjur. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għat-tqattigħ u l-ħażna ta’ laħam frisk tat-tjur fi ħwienet ta’ l-imnut jew f’postijiet biswit fejn isir il-bejgħ, meta t-tqattigħ u l-ħażna jitwettqu biss għall-iskop tal-fornitura diretta lill-konsumatur, dawn l-operazzjonijiet jibqgħu soġġetti għal verifiki tas-saħħa pubblika previsti fir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-bejgħ bl-imnut. Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 (l) sa (n) u (q) sa (s) tad-Direttiva 77/99/KEE [1] għandhom japplikaw. Barra minn hekk id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw: 1. laħam tat-tjur ifisser il-partijiet kollha tajbin għall-konsum uman minn għasafar domestiċi ta’ l-ispeċi li ġejjin: tjur domestiċi, dundjani, tiġieġ tal-kina, papri u wiżż; 2. laħam frisk tat-tjur ifisser laħam tat-tjur, inkluż laħam li jkun imkebbeb fil-vakwu jew imkebbeb f’atmosfera kkontrollata, li ma jkun għadda minn ebda proċess ta’ preservazzjoni barra minn tkessiħ jew iffriżar; 3. karkassa tfisser il-ġisem kollu ta’ għasfur imsemmi f’1 wara li jkun żvinat, imnittef u evixxerat; madankollu, it-tneħħija tal-qalb, tal-fwied, tal-pulmuni, tal-qansħa, tal-ħawsla u tal-kliewi, it-tneħħija tas-saqajn mit-tarsu u t-tneħħija tar-ras, l-oesophagus (l-osso sagru) jew it-trachea (gerżuma) m'għandhomx ikunu obbligatorji; 4. partijiet tal-karkassa jfissru l-partijiet ta’ karkassa kif definita fi 3; 5. interjuri ta' l-annimali jfisser laħam frisk tat-tjur barra minn dak tal-karkassa kif definita fi 3, anki jekk dan jibqa' naturalment imqabbad mal-karkassa, kif ukoll ir-ras u s-saqajn meta dawn ikunu ppreżentati separatament mill-karkassa; 6. vixxera tfisser l-interjuri tal-laħam mill-kavitajiet toraċi, abdominali u pelviċi, u wkoll, meta approprjat, it-trachea, l-oesophagus u l-ħawsla; 7. il-veterinarju uffiċjali jfisser il-veterinarju nnominat mill-awtorità kompetenti ċentrali ta’ l-Istat Membru; 8. awżiljarji tfisser persuna uffiċjalment innominata mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 8 (2) biex tassisti lill-veterinarju uffiċjali; 9. ispezzjoni tas-saħħa ta’ qabel il-qatla tfisser ispezzjoni ta’ tjur ħajjin imwettqa skond il-Kapitolu VI ta’ Anness I; 10. ispezzjoni tas-saħħa post-mortem (wara l-qatla) tfisser spezzjoni tat-tjur maqtula, wara l-qatla, f’biċċerija, imwettqa skond il-Kapitolu VII ta’ l-Anness I; 11. mezz tat-trasport ifisser il-partijiet ta’ vetturi bil-mutur li jġorru l-merkanzija, vaguni tal-ferrovija u inġenji ta' l-ajru u l-istivi ta’ vapuri jew containers għat-trasport bl-art, bil-baħar jew bl-ajru; 12. stabbiliment ifisser biċċerija approvata, impjant tat-tqattigħ approvat, maħżen tal-friża approvat, ċentru approvat għat-tkebbib mill-ġdid jew unità li tiġbor flimkien diversi minn dawn l-istabbilimenti. KAPITOLU II Regoli applikabbli għal produzzjoni fil-Komunità Artikolu 3 I. Laħam frisk tat-tjur għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin: A. Karkassi u interjuri tal-laħam għandhom: (a) jiġu minn annimal ispezzjonat qabel il-qatla skond il-Kapitolu VI ta’ l-Anness I u meqjusa, wara din l-ispezzjoni, addattati għal qatla għal tqegħid fis-suq ta’ laħam frisk tat-tjur; (b) ikunu ġew miksuba minn biċċerija approvata soġġetta għal verifiki proprji skond l-Artikolu 6 (2) u għal kontrolli mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 8; (ċ) ikunu ġew trattati taħt kondizzjonijiet ta’ iġene soddisfaċenti skond il-Kapitolu VII ta’ l-Anness I; (d) ikunu ġew spezzjonati post mortem skond il-Kapitolu VIII ta’ l-Anness I u ma jkunux instabu mhux tajbin għall-konsum uman skond il-Kapitolu IX ta’ l-Anness I; (e) jingħataw marka tas-saħħa li tikkonforma mal-ħtiġiet tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness I, dwar il-ftehim li dak l-immarkar mhuwiex neċessarju għal karkassi li għandhom jitqattgħu fl-istess stabbiliment; (f) wara spezzjoni post mortem ikunu ġew trattati skond il-punt 46 tal-Kapitolu VII ta’ l-Anness I u maħżuna skond il-Kapitolu XIII ta’ l-Anness I taħt kondizzjonijiet ta’ iġene soddisfaċenti; (g) ikunu ġew ippakkjati kif xieraq skond il-Kapitolu XIV ta’ l-Anness I; meta tintuża kopertura protettiva, għandha tissodisfa l-ħtiġiet ta’ dak il-Kapitolu. Meta approprjat, deċiżjoni tista’ tittieħed biex tissupplimenta d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21 biex jittieħed kont, partikolarment, tal-forom varji ta’ preżentazzjoni użati fil-kummerċ, sakemm dawn il-forom jikkonformaw mar-regoli ta’ l-iġene; (h) ikunu ġew trasportati skond il-Kapitolu XV ta’ l-Anness I; (i) ikunu akkumpanjati waqt it-trasport tagħhom minn: - jew dokument kummerċjali. Dan id-dokument għandu: - B’żieda mad-dettalji previsti fil-punt 66 tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness I, ikollu numri ta’ kodiċi li permezz tagħhom l-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza ta’ l-istabbiliment ta’ oriġini tkun tista’ tiġi identifikata kif ukoll il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-ispezzjoni tas-saħħa fil-jum meta l-laħam kien prodott, - jinżamm mid-destinatarju għal mill-anqas sena waħda sabiex ikun jista’ jiġi ppreżentat fuq it-talba ta’ l-awtorità kompetenti, - jew ċertifikat tas-saħħa muri fl-Anness VI fil-każ ta’ laħam frisk tat-tjur imsemmi fl-Artikolu 2 minn biċċerija li tkun tinsab f’reġjun jew żona ristretta minħabba raġunijiet tas-saħħa, jew fil-każ ta’ laħam frisk tat-tjur li għandu jintbagħat lejn Stat Membru ieħor wara transitu minn pajjiż terz f’mezz tat-trasport issiġillat. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-istampar, u partikolarment dawk li jikkonċernaw l-allokazzjoni ta’ numri tal-kodiċi l-konformità ma’ lista waħda jew iktar li jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21. B. 1) Partijiet ta’ karkassi jew laħam bl-għadam imneħħi għandhom: (a) ikunu ġew maqtugħa u/jew imnaddfa mill-għadam f’impjanti tat-tqattigħ approvati u sorveljati skond l-Artikolu 6; (b) ikunu ġew maqtugħa u akkwistati skond il-ħtiġiet tal-Kapitolu VII ta’ l-Anness I u jiġu minn: - annimali maqtula fil-Komunità u li jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbiliti f’A ta’ dan l-Artikolu, - karkassi ta’ tjur importati minn pajjiżi terzi skond il-Kapitolu III ta’ l-Anness I u li jkunu għaddew minn kontrolli previsti fid-Direttiva 90/675/KEE [2]; (ċ) ikunu ġew soġġetti għall-verifika prevista fl-Artikolu 8 (i) (b) (ii); (d) jissodisfaw il-ħtieġa ta’ A (ċ), (h) u (i) ta’ dan l-Artikolu; (e) ikunu ġew imkebba, ippakkjati jew ittikkettati skond A (e) u (g) ta’ dan l-Artikolu fuq il-post jew f’ċentri ta’ tkebbib mill-ġdid speċjalment approvati mill-awtorità kompetenti għal dak l-iskop; (f) ikunu ġew maħżuna taħt kondizzjonijiet sodisfaċenti ta’ iġene skond il-Kapitolu XIII ta’ l-Anness I. 2. Meta l-impjanti tat-tqattigħ jużaw laħam frisk barra minn laħam ieħor tat-tjur, dan il-laħam għandu jikkonforma ma’ l-istandards relevanti tad-Direttivi 64/433/KEE [3], 91/495/KEE [4] u 92/45/KEE [5]. Ċ. Laħam frisk li ġie maħżun skond din id-Direttiva f’maħżen tal-friża approvat minn Stat Membru u li ma jkunx wara ġie ttrattat, ħlief in konnessjoni mal-ħażna, għandu jissodisfa l-ħtiġiet ta’ A (ċ), (e), (g) u (h) u B ta’ dan l-Artikolu jew ikun laħam frisk tat-tjur importat minn pajjiżi terzi skond il-Kapitolu III u jkun ikkontrollat skond id-Direttiva 90/675/KEE. II. Stati Membri jistgħu jidderogaw mill-ħtiġiet ta’ A meta bdiewa bi produzzjoni annwali ta’ inqas minn 10000 tip ta’ għasfur imsemmi fil-punt 1 tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 ifornu laħam frisk tat-tjur li jkun ġej mill-azjendi tagħhom fi kwantitajiet żgħar: - jew direttament lill-konsumatur finali fl-azjenda jew fis-swieq ta’ kull ġimgħa li jkunu l-eqreb lejn l-azjendi tagħhom, - jew lil bejjiegħa bl-imnut bl-iskop ta’ bejgħ dirett lill-konsumatur finali, sakemm dawk il-bejjiegħa bl-imnut isegwu l-attivitajiet tagħhom fl-istess lokalità bħal dik tal-produttur jew f’lokalità fil-qrib. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw l-estent sa fejn, b’deroga minn B, l-operazzjoni ta’ hawn fuq tista’ wkoll tkopri qatgħat. Din l-eċċezjoni m’għandhiex tapplika fir-rigward ta’ bejgħ itineranti, bejgħ b’ordni bil-posta jew, fir-rigward tal-bejjiegħ bl-imnut, bejgħ f’suq. L-operazzjonijiet ta’ hawn fuq għandhom jibqgħu soġġetti għall-verifiki pubbliċi tas-saħħa previsti f’regoli nazzjonali. III. Barra minnhekk, mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet Komunitarji tas-saħħa ta’ l-annimali, il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal: (a) laħam frisk tat-tjur intiż għal utilitajiet barra l-konsum uman; (b) laħam frisk tat-tjur intiż għall-eżibizzjoni, studji jew analiżi speċjali, sakemm il-kontroll uffiċjali jagħmlu possibbli li jkun assigurat li l-laħam ma jkunx użat għal konsum uman u li, meta l-istudji jew l-analiżi speċjali jkunu twettqu, il-laħam, bl-eċċezzjoni ta’ dak użat għall-iskopijiet ta’ analiżi, jinqered; (ċ) laħam frisk tat-tjur intiż esklussivament bħala fornitura għal organizzazzjonijiet internazzjonali. Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, barra mill-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 3 (I) (A) u mingħajr preġudizzju għar-regoli Komunitarji dwar l-eżaminazzjoni ta’ annimali u laħam frisk għall-preżenza ta’ residwi, laħam frisk tat-tjur jew it-tjur ikun soġġett għal: (a) testijiet għal residwi meta l-veterinarju uffiċjali jissuspetta l-preżenza tagħhom abbażi tas-sejbiet ta’ spezzjonijiet ta’ qabel il-qatla jew xi informazzjoni oħra; (b) li jittieħdu l-kampjuni kif previst fl-Anness IV (I) tad-Direttiva 92/117/KEE [6]. It-testijiet previsti f’(a) għandhom jitwettqu biex isir it-test għal residwi ta’ sustanzi li jkollhom azzjoni farmakoloġika u d-derivattivi tagħhom, konformità mal-perjodi ta’ rtirar, u għal sustanzi oħra trasmessibli għal laħam tat-tjur li x’aktarx jagħmel il-konsum ta’ laħam frisk tat-tjur perikoluż jew ta’ ħsara għas-saħħa umana. It-testijiet imsemmija fis-subparagrafu preċedenti għandhom jitwettqu skond metodi ppruvati li huma xjentifikament rikonoxxuti, partikolarment dawk stabbiliti f’livell Komunitarju jew internazzjonali. Għandu jkun possibbli li jiġu evalwati r-riżultati ta’ eżamijiet li jużaw metodi ta’ referenza stabbiliti skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 3. Jekk ir-riżultati huma pożittivi, il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu l-miżuri approprjati biex jieħu kont tar-riskju involut, u partikolarment biex: - jiżdiedu verifiki fuq it-tjur imkabbra jew kull kwantità ta’ laħam akkwistat f’kondizzjonijiet teknoloġikament simili u li x’aktarx jippreżentaw l-istess riskju, - jiżdiedu verifiki fuq merħliet oħra fl-azjenda ta’ oriġini u, jekk il-problema terġa' tiġri, jieħu miżuri approprjati fir-rigward ta' l-azjenda ta’ oriġini, - jekk ikun hemm kontaminazzjoni ambjentali, jieħu miżuri fir-rigward tal-katina ta' produzzjoni. 2. It-tolleranzi għas-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1, barra minn dawk imsemmija fid-Direttiva 86/366/KEE [7], għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura prevista fir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 [8]. 3. Il-metodi ta’ referenza għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21. Skond l-istess proċedura, tista' tittieħed deċiżjoni biex ikunu estiżi l-eżamijiet fuq sustanzi barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1. 4. Sad-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta’ implimentazzjoni għal dan l-Artikolu, regoli nazzjonali għandhom jibqgħu applikabbli, soġġett għad-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattat. Artikolu 5 1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 91/494/KEE [9], 81/602/KEE [10] u 88/146/KEE [11] jew għar-restrizzjonijiet imposti bid-Direttiva 92/117/KEE, laħam tat-tjur ma jistax jitqiegħed fis-suq għall-iskopijiet ta’ konsum uman meta: (a) joriġina minn tjur affetwat bil-marda msemmija fid-Direttiva 91/494/KEE; (b) juri traċċi ta’ residwi fi kwantitajiet li jeċċedu t-tolleranzi li għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 4 (2) jew li ġie ttrattat b’antibijotiċi, tenderizzaturi jew preservanti, sakemm dawk il-preservanti ma jkunux awtorizzati taħt il-leġislazzjoni Komunitarja, bil-ftehim li l-aġenti użati speċifikament biex jippromwovu r-ritenzjoni ta’ l-ilma jkunu pprojbiti, kif ukoll kull kwantità ta’ laħam tat-tjur akkwistat f’kondizzjonijiet teknoloġikament simili u li x’aktarx bħala riżultat jippreżentaw l-istess riskju; (ċ) joriġina minn annimali misjuba li jkollhom wieħed mid-difetti elenkati fil-punt 53 (a) tal-Kapitolu IX ta’ l-Anness I; (d) jkun ġie ddikjarat mhux tajjeb għal konsum uman skond il-punti 53 (b) u 54 tal-Kapitolu IX ta’ l-Anness I. 2. Fl-istennija tad-dħul fis-seħħ ta’ xi disposizzjonijiet Komunitarji, din id-Direttiva m’għandhiex taffetwa d-disposizzjonijiet ta’ Stati Membri li jikkonċernaw it-trattament ta’ laħam tat-tjur b’radjazzjoni jonizzanti u ultravjola. Kull kummerċ fi prodotti li jkunu għaddew minn dan it-tip ta’ trattament għandu jkun soġġett għall-Artikolu 5 (2) tad-Direttiva 89/662/KEE. Għal dak l-iskop, l-Istat Membru ta’ oriġini li jkollu rikors għal dan it-trattament m’għandux jibgħat prodotti ttrattati b’dan il-proċess lejn Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprojbixxi dak it-trattament fit-territorju tiegħu u li jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-eżistenza ta’ din il-projbizzjoni fil-Kumitat Veterinarju Permanenti. Artikolu 6 1. Kull Stat Membru għandu jħejji lista ta’ stabbilimenti approvati barra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 7, li kull wieħed minnhom għandu jkollu numru ta' approvazzjoni ta' veterinarju. Għandu jibgħat din il-lista lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. Numru singolu ta’ approvazzjoni jista' jingħata lil stabbiliment li jipproċessa jew li jippakkja mill-ġdid prodotti akkwistati minn jew b’materjali mhux ipproċessati koperti b’waħda mid-Direttivi msemmija fl-Artikolu 2 (d) tad-Direttiva 77/99/KEE. L-awtorità kompetenti m’għandhiex tapprova stabbiliment sakemm ma tkunx sodisfatta li jkun konformi ma' din id-Direttiva. Meta l-iġene tinstab li hija inadegwata u meta l-miżuri previsti fit-tieni paragrafu tal-punt 51 tal-Kapitolu VIII ta’ l-Anness I jkunu wrew li huma insuffiċjenti biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha temporanjament tissospendi l-approvazzjoni. Jekk l-operatur ta’ l-istabbiliment, il-proprjetarju jew l-aġent tiegħu ma jagħmlux tajjeb għan-nuqqasijiet innotati fil-perjodu ffissat mill-awtorità nazzjonali kompetenti, din ta’ l-aħħar għandha tirtira l-approvazzjoni. L-Istati Membri in kwistjoni għandhom jieħdu kont hawnhekk tal-konklużjonijiet ta’ kull verifika mwettqa skond l-Artikolu 10. L-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni għandhom ikunu informati bl-irtirar ta’ l-approvazzjoni. 2. L-operatur ta’ l-istabbiliment, il-proprjetarju jew l-aġent tiegħu għandhom iwettqu verifiki regolari fuq l-iġene ġenerali ta’ kondizzjonijiet ta’ produzzjoni fl-istabbiliment tiegħu, inter alia permezz ta’ kontrolli mikrobijoloġiċi. Il-Verifiki għandhom ikopru għodda, armar u makkinarju fl-istadji kollha tal-produzzjoni u, jekk neċessarju, prodotti. L-operatur ta’ l-istabbiliment, il-propjetarju jew l-aġent tiegħu għandhom ikunu f’pożizzjoni, fuq talba mill-awtorità kompetenti, li jinfurmaw lill-veterinarju uffiċjali jew lill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni bin-natura, il-frekwenza u riżultati tal-kontrollii mwettqa, flimkien ma' l-isem tal-laboratorju investigattiv jekk ikun hemm bżonn. In-natura tal-verifiki, il-frekwenza tagħhom, kif ukoll il-metodi li bihom jittieħdu l-kampjuni u l-metodi għall-eżemi batterjoloġiku għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21. 3. L-operatur ta’ l-istabbiliment, il-proprjetarju jew l-aġent tiegħu għandhom jistabbilixxu programm ta’ taħriġ għall-impjegati biex ikunu konformi mal-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni iġenika adattati għall-istruttura tal-produzzjoni. Il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-istabbiliment għandu jkun involut fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ dak il-programm. 4. L-operatur ta’ l-impjant tat-tqattigħ jew ta ċentru ta’ l-ippakkjar mill-ġdid, il-proprjetarju jew l-aġent tiegħu għandhom iżommu reġistru ta’ laħam frisk tat-tjur li jidħol u joħroġ mill-istabbiliment, u jispeċifikaw in-natura tal-laħam tat-tjur li jkunu rċevew. 5. L-ispezzjoni u s-sorveljanza ta’ stabbilimenti għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali li, skond l-Artikolu 8 (2), jista' jkun megħjun f’xogħlijiet purament materjali, minn awżiljarji. Il-veterinarju uffiċjali għandu f’kull waqt ikollu aċċess liberu lejn il-partijiet kollha ta’ stabbilimenti sabiex jassigura li din id-Direttiva tkun segwita b’konformità. Il-veterinarju uffiċjali għandu regolarment janalizza r-riżultati tal-verifiki previsti fi 2. Hu jista', fuq il-bażi ta’ din l-analiżi, iwettaq aktar eżamijiet mikrobijoloġiċi fl-istadji kollha tal-produzzjoni jew fuq il-prodotti. Ir-riżultati ta’ dawn l-analiżi għandhom jinkitbu f’rapport, li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għandhom jiġu notifikati lill-operatur ta’ l-istabbiliment, il-proprjetarju jew l-aġent tiegħu, li għandhom jirretifikaw in-nuqqasijiet innotati bl-iskop li titjieb l-iġene. Artikolu 7 A. Skond l-Anness II, Stati Membri jistgħu jeżentaw biċċeriji li jittrattaw taħt 150000 għasfur fis-sena mill-ħtiġiet ta’ l-istruttura jew infrastruttura ta’ l-Anness I, sakemm jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin: 1. l-istabbilimenti kkonċernati għandhom ikunu s-suġġett ta' reġistrazzjoni speċjali veterinarja u jingħataw numru speċifiku ta’ approvazzjoni marbut ma' l-unità lokali ta’ sorveljanza. Sabiex ikun approvat mill-awtorità nazzjonali kompetenti: (a) l-istabbiliment għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni stabbiliti fl-Anness II; (b) l-operatur tal-biċċerija, il-proprjetarju jew l-aġent tiegħu għandhom iżommu reġistru ta’: - annimali li jidħlu fl-istabbiliment u l-prodotti tal-qatla li joħorġu minnu, - il-verifiki mwettqa, - ir-riżultati ta’ dawk il-verifiki. Din l-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata lill-awtorità kompetenti fuq it-talba tagħha; (ċ) il-biċċerija għandha tinnotifika lis-servizz veterinarju bil-ħin tal-qatla u n-numru ta' l-oriġini ta’ l-annimali, u tibgħatlu kopja taċ-ċertifikat tas-saħħa muri fl-Anness IV; (d) il-veterinarju uffiċjali jew awżiljarju għandu jkun preżenti fil-waqt ta’ l-evixxerazzjoni sabiex jassigura konformità mar-regoli ta’ l-iġene stabbiliti fil-Kapitoli VII u VIII ta’ l-Anness I. Meta l-veterinarju uffiċjali jew l-awżiljarju ma jistgħux ikunu preżenti fil-waqt tal-qatla, il-laħam ma jistax iħalli l-istabbiliment sakemm l-ispezzjoni post mortem tkun twettqet skond l-Artikolu 8 (2), fil-jum tal-qatla, ħlief fil-każ ta’ laħam kopert bil-punt 49 tal-Kapitolu VIII ta’ l-Anness I; (e) l-awtorità kompetenti għandha tagħmel monitoraġġ tal-katina ta’ distribuzzjoni ta’ laħam li jkun ġej mill-istabbiliment u ta’ l-immarkar xieraq ta’ prodotti ddikjarati mhux tajbin għall-konsum uman kif ukoll tad-destinazzjoni sussegwenti u l-użu tagħhom. L-Istati Membri għandhom iħejju lista ta’ stabbilimenti li jibbenefikaw minn dawn id-derogi u għandhom jgħaddu din il-lista, u kull emenda sussegwenti għaliha, lill-Kummissjoni; (f) l-awtorità kompetenti għandha tassigura li laħam frisk mill-istabbilimenti msemmija f’(e) ikun immarkat b’timbri jew tikketti approvati għall-iskop skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, li juru d-distrett amministrattiv ta’ l-unità tas-saħħa li taħtha jaqa’ l-istabbiliment; 2. derogi jistgħu ukoll jingħataw mill-awtorità kompetenti skond l-Anness II fil-każ ta’ impjanti ta’ tqattigħ li ma jinstabux fi stabbiliment approvat u li huma approvati skond l-Artikolu 4 (2) tad-Direttiva 64/433/KEE, sakemm l-impjant tat-tqattigħ ma jittrattax aktar minn tliet tunnellati fil-ġimgħa, soġġett għal konformità mal-ħtieġa tat-temperatura stabbilita fil-punt 49 tal-Kapitolu VIII ta’ l-Anness I. Id-disposizzjonijiet tal-Kapitoli VIII u X u l-punt 64 tal-Kapitolu XI ta’ l-Anness I m’għandhomx japplikaw għall-operazzjonijiet ta’ ħażna u tqattigħ fl-istabbilimenti msemmija fl-ewwel subparagrafu; 3. laħam li jkun ġie ġġudikat li jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ spezzjoni ta’ l-iġene u s-saħħa stabbiliti b’din id-Direttiva għandu jiġi mmarkat b’timbru li juri d-distrett amministrattiv ta’ l-unità tas-saħħa responsabbli għall-istabbiliment ta’ l-oriġini. Il-mudell ta’ dan it-timbru għandu jiġi ddeterminat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21; 4. il-laħam għandu jkun (i) miżmum għal bejgħ dirett fis-suq lokali, frisk jew ipproċessat, lil bejjiegħa bl-imnut jew lill-konsumaturi, mingħajr ippakkjar minn qabel jew tkebbib minn qabel; (ii) ittrasportat mill-istabbiliment lid-destinatarju taħt kondizzjonijiet iġeniċi tat-trasport. B. L-esperti veterinarji tal-Kummissjoni jistgħu, flimkien ma’ l-awtorità kompetenti nazzjonali u sakemm ikun neċessarju għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, iwettqu verifiki fuq il-post f’numru rappreżentattiv ta’ stabbilimenti li jibbenefikaw mill-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. Ċ. Stati Membri jistgħu jidderogaw mill-ħtiġiet strutturali previsti fil-Kapitolu I għal imħażen tal-friża ta’ kapaċità baxxa li fihom jinħażen il-laħam biss jekk ikun ippakkjat. D. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21. E. Il-Kunsill għandu, qabel l-1 ta’ Jannar 1998, jirrevedi d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni. Artikolu 8 1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li: (a) l-irziezet kollha li jfornu tjur ta’ l-ispeċi msemmija fil-punt 1 tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 lil biċċeriji jinżammu taħt sorveljanza veterinarja; (b) jiġi ggarantit li: (i) fil-biċċeriji approvati skond l-Artikolu 6, mill-anqas veterinarju uffiċjali wieħed ikun preżenti matul l-ispezzjoni post mortem; (ii) fl-impjanti tat-tqattigħ approvati skond l-Artikolu 6, membru mill-grupp ta’ ispezzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ikun preżenti mill-anqas darba kuljum meta jkun qiegħed isir xogħol fuq il-laħam, sabiex tiġi vverifikata l-iġene ġenerali ta’ l-impjant u r-reġistru ta’ laħam frisk li jidħol u joħroġ minnhom; (iii) f’imħażen tal-friża, membru mill-grupp ta’ spezzjoni msemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 huwa regolarment preżenti. 2. Il-veterinarju uffiċjali jista’ jiġi assistit mill-awżiljarji mqiegħda taħt l-awtorità u r-responsabbiltà tiegħu fit-twettieq ta’ l-operazzjonijiet li ġejjin: (a) jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet fil-punt 3 (a) ta’ l-Anness III, jiġbru l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi stmat l-istatus tas-saħħa tal-merħla ta’ oriġini, skond il-Kapitolu VI ta’ l-Anness I, li l-veterinarju uffiċjali għandu juża biex jagħmel id-dijanjosi tiegħu; (b) jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet fil-punt 3 (b) ta’ l-Anness III: (i) il-kontroll li l-kondizzjonijiet ta’ iġene previsti fil-Kapitoli I, V, VII u X ta’ l-Anness I u l-Anness II, u l-kondizzjonijiet previsti fil-punt 47 ta’ Anness I jiġu sodisfatti; (ii) li jiġi stabbilit li l-każijiet imsemmija fil-punt 53 tal-Kapitolu IX ta’ l-Anness I ma jkunux preżenti fl-ispezzjoni post mortem; (ii) it-twettieq ta’ l-ispezzjoni prevista f’(a) u (b) tat-tieni paragrafu tal-punt 47 tal- Kapitolu VIII ta’ l-Anness I, u speċjalment l-istima ta’ kwalità tal-karkassi u t-trufijiet, sakemm il-veterinarju uffiċjali jkun attwalment jista’ jissorvelja x-xogħol ta’ l-awżiljarji fuq il-post; (iv) is-sorveljanza ta’ l-immarkar tas-saħħa previst fil-punt 67 tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness I; (v) it-twettieq tal-kontroll tas-saħħa fuq laħam imqatta’ u maħżun; (vi) il-monitoraġġ fuq vetturi jew kontenituri tat-trasport u l-kondizzjonijiet ta’ tagħbija previsti fil-Kapitolu XV ta’ l-Anness I. Persuni li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-Anness III biss jistgħu jinħatru bħala awżiljarji wara test organizzat mill-awtorità ċentrali kompetenti ta’ l-Istat Membru jew mill-awtorità maħtura minn dik l-awtorità ċentrali. Sabiex jipprovdu l-assistenza msemmija hawn fuq, l-awżiljarji għandhom jiffurmaw parti minn grupp ta’ spezzjoni taħt is-sorveljanza u r-responsabbilità tal-veterinarju uffiċjali. Dawn għandhom ikunu indipendenti mill-istabbiliment ikkonċernat. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandha tiddetermina l-kompożizzjoni tal-grupp ta’ ispezzjoni għal kull stabbiliment b’tali mod li l-veterinarju uffiċjali jkun jista’ jagħmel sorveljanza ta’ l-operazzjonijiet ta’ hawn fuq. Regoli dettaljati li jirregolaw l-assistenza msemmija f’dan l-Artikolu għandhom, sa fejn hu neċessarju, jiġu determinati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21. 3. L-awtorità kompetenti tista’ tippermetti li l-impjegati ta’ l-intrapriża li jkunu rċevew taħriġ speċjali mill-veterinarju uffiċjali, li l-kriterji ġenerali tiegħu għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21 qabel l-1 ta’ Ottubru 1993, li jwettqu l-operazzjonijiet previsti f’(a) u (b) tat-tieni paragrafu tal-punt 47 tal-Kapitolu VIII ta’ l-Anness I taħt is-sorveljanza diretta tal-veterinarju uffiċjali. Artikolu 9 L-Istati Membri għandhom jafdaw f’idejn servizz jew korp ċentrali x-xogħol tal-ġbir u l-użu tar-riżultati ta’ qabel il-qatla u l-ispezzjonijiet post mortem imwettqa mill-veterinarju uffiċjali u li jirrigwardaw id-dijanjosi ta’ mard trasmessibli lill-bniedem. Meta din il-marda tkun djanjostikata, ir-riżultati tal-każ speċifiku għandhom jiġu kkomunikati malajr kemm jista' jkun lill-awtoritajiet veterinarji kompetenti responsabbli għas-sorveljanza tal-merħla li minnha l-annimali jkunu oriġinaw. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar ċertu mard, partikolarment meta jkun hemm djanjosi ta' mard trasmessibbli lill-bniedem. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, taddotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, partikolarment f’dak li jirrigwarda: - ir-regolarità li biha l-informazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni, - it-tip ta’ informazzjoni, - il-mard li tapplika għalih il-ġabra ta' l-informazzjoni, - il-proċeduri għal ġbir u l-użu ta’ l-informazzjoni. Artikolu 10 1. Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, sa fejn ikun neċessarju għall-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva u b’kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jagħmlu verifiki fuq il-post. Biex jagħmlu dan, jistgħu jivverifikaw billi jikkontrollaw perċentwali rappreżentattiv ta’ stabbilimenti jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu qed jikkontrollaw li l-istabbilimenti approvati jkunu konformi ma' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membru bir-riżultati tal-verifiki mwettqa. Stat Membru li fit-territorju tiegħu tkun qiegħda tiġi mwettqa verifika għandu jagħti lill-esperti l-assistenza kollha li huma jeħtieġu għat-twettieq tad-dmirijiet tagħhom. Id-disposizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21. Wara li tikseb l-opinjoni ta’ l-Istati Membri fil-Kumitat Veterinarju Permanenti, il-Kummissjoni għandha tfassal rakkomandazzjoni li tikkonċerna r-regoli li għandhom jiġu segwiti fit-twettieq tal-verifiki previsti f’dan il-paragrafu. 2. Qabel l-1 ta’ Jannar 1995 il-Kunsill għandu jirrevedi dan l-Artikolu fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni, li jista' jkun akkumpanjat bi proposti. Artikolu 11 Stati Membri jistgħu, b'deroga mill-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 3 (I) (A) (a), jawtorizzaw l-isturdament, l-iżvenar u t-tnittif ta' għasafar maħsuba għall-produzzjoni ta’ ‘foie gras’ fir-razzet ta’ tħaxxin, sakemm dawn l-operazzjonijiet jitwettqu f’kamra separata li tissodisfa l-ħtiġiet tal- Kapitolu II (14) (b) ta’ l-Anness I, u li, skond il-Kapitolu XV ta’ Anness I, il-karkassi mhux evixxerati jkunu ttrasportati immedjatament lejn impjant approvat tat-tqattigħ li jkun mgħammar b’kamra speċjali kif definit taħt (ii) fit-tieni subinċiż tal-punt 15 (b), tal-Kapitolu III ta’ l-Anness I, meta l-karkassi għandhom jiġu evizzerati fi żmien 24 siegħa taħt is-sorveljanza tal-veterinarju uffiċjali. Artikolu 12 1. Stati Membri jistgħu jawtorizaw l-użu tal-proċess ta’ tkessiħ ta’ laħam frisk tat-tjur b’immersjoni f’ilma jekk titwettaq skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 42 u 43 tal- Kapitolu VII ta’ l-Anness I. Laħam frisk imkessaħ ottenut skond dan il-proċess jista' jitqiegħed fis-suq jew imkessaħ jew iffriżat. 2. Stati Membri li fihom dan il-proċess huwa użat għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra malajr kemm jista' jkun possibbli u fi kwalunkwe każ qabel l-1 ta’ Jannar 1994. 3. Stati Membri ma jistgħu joġġezzjonaw għall-introduzzjoni fit-territorju tagħhom ta’ laħam frisk tat-tjur li jkun imkessaħ skond il-punti 42 u 43 tal-Kapitolu VII ta’ l-Anness I meta l-użu ta’ dan il-proċess ta’ tkessieħ huwa indikat fid-dokument li jakkumpanja msemmi fl-Artikolu 3 (1) (a) (i), sakemm: (a) jew il-laħam ikun ġie ffriżat wara tkessieħ mingħajr dewmien mhux dovut; (b) jew it-tkessiħ ta’ laħam tat-tjur ikunu prodott taħt l-istess kondizzjonijiet fit-territorju tagħhom. Artikolu 13 Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 89/662/KEE [12] għandhom japplikaw partikolarment għal verifiki ta' l-oriġini, għall-organizzazzjoni ta' u l-insegwiment tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, u għall-miżuri protettivi li għandhom jiġu mplementati. KAPITOLU III Disposizzjonijiet applikabbli għal importazzjonijiet fil-Komunità Artikolu 14 A. Il-kondizzjonijiet applikabbli għat-tqegħid fis-suq ta’ laħam frisk tat-tjur importat minn pajjiżi terzi għandhom jiġu kkunsidrati, skond il-proċeduri previsti fl-Artikolu 21, bħala mill-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti għat-tqegħid fis-suq ta’ laħam frisk tat-tjur ottenut skond l-Artikoli 3 sa 6 u 8 sa 13. B. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni uniformi ta’ A, il-paragrafi li ġejjin għandhom japplikaww. 1. Sabiex ikun importat fil-Komunità l-laħam frisk tat-tjur għandu: (a) jiġi minn pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi elenkati sond l-Artikolu 9 (1) u (2) tad-Direttiva 91/494/KEE u jissodisfa l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva; (b) jkun ġej minn stabbilimenti li għalihom l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tkun ipprovdiet lill-Kummissjoni b’garanziji li dawk l-istabbilimenti jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva; (ċ) jkun akkumpanjat biċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 91/494/KEE issuplimentat b’dikjarazzjoni għall-effett li l-laħam jissodisfa l-ħtiġiet tal-Kapitolu II u kull kondizzjoni addizzjonali, jew joffri l-garanziji ekwivalenti għal dawk imsemmija f’2 (b) ta’ dan il-paragrafu. Jekk neċessarju, il-kontenut ta’ din id-dikjarazzjoni għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21. 2. Dan li ġej għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21: (a) lista Komunitarja ta' stabbilimenti li jissodisfaw il-ħtiġiet f’(b). Fl-istennija tal-kompilazzjoni ta' dik il-lista, Stati Membri huma awtorizzati li jżommu l-kontrolli previsti fl-Artikolu 11 (2) tad-Direttiva 90/675/KEE u ċ-ċertifikat nazzjonali tas-saħħa meħtieġ għal stabbilimenti li kienu s-suġġett ta’ approvazzjoni nazzjonali; (b) il-kondizzjonijiet speċifiċi u l-garanziji ekwivalenti li jirrelataw mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, barra minn dawk li jippermettu li l-laħam ikun eskluż mill-konsum uman skond l-Artikolu 3 (I) (A) (d) u dawk stabbiliti fil-Kapitolu VI, fil-punti 42 u 43 tal-Kapitolu VII u fil-Kapitolu VIII ta’ l-Anness I. Dawn il-kondizzjonijiet u garanziji ma jistgħux ikunu inqas stretti minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 6 u 8 sa 13. 3. Esperti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki fuq il-post biex jivverifikaw jekk: (a) il-garanzija mogħtija mill-pajjiż terz fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tistax tiġi kkunsidrata ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità; (b) il-kondizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 jiġu sodisfatti. L-esperti mill-Istati Membri responsabbli għal dawn il-verifiki għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, li taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri. Dawn il-verifiki għandhom isiru f’isem il-Komunità, li għandha terfa l-ispiża ta’ xi nefqa f’dan ir-rigward. Il-frekwenza ta’ u l-proċedura għal dawn il-verifiki għandhom jiġu determinati taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21. 4. Sa kemm isseħħ l-organizzazzjoni tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 3, regoli nazzjonali applikabbli għall-ispezzjoni f’pajjiżi terzi għandhom jibqgħu japplikaw, soġġett għal notifika, permezz tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, dwar kull nuqqas ta’ konformità mar-regoli ta’ iġene li jinstabu matul dawn l-ispezzjonijiet. Artikolu 15 Il-lista prevista fl-Artikolu 14 (B) (2) tista' tinkludi biss pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi: (a) li minnhom l-importazzjoni ma tkunx projbita skond l-Artikoli 9 sa 12 tad-Direttiva 91/494/KEE; (b) li, in vista tal-leġislazzjoni tagħhom u l-organizzazzjoni tas-servizzi veterinarji tagħhom u tas-servizzi tagħhom ta’ spezzjoni, il-poteri ta’ dawn is-servizzi u s-sorveljajnza li huma soġġetti għaliha, ikunu ġew rikonoxxuti skond l-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva 72/462/KEE [13] jew l-Artikolu 9 (2) tad-Direttiva 91/494/KEE, bħala kapaċi li jiggarantixxu l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tagħhom fis-seħħ; jew (ċ) is-servizzi veterinarji li jkunu jistgħu jiggarantixxu li l-ħtiġiet tas-saħħa jkunu mill-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-Kapitolu II jkun hemm konformità magħhom. Artikolu 16 1. Stati Membri għandhom jassiguraw li laħam frisk tat-tjur ikun importat fil-Komunità biss jekk: - ikollu miegħu ċertifikat previst fl-Artikolu 14 (B) (1) (ċ), - ikun issodisfa l-verifiki meħtieġa bid-Direttiva 90/675/KEE. 2. Fl-istennija ta' l-istabbiliment ta' regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan il-kapitolu: - ir-regoli nazzjonali applikabbli għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li għalihom dawn il-ħtiġiet ma ġewx adottati fil-livell Komunitarju għandhom jibqgħu applikabbli, sakemm ma jkunux aktar favorevoli minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 14 (B) (2) (b), - importazzjonijiet m'għandhomx iseħħu taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 (2) tad-Direttiva 90/675/KEE. Artikolu 17 Il-prinċipji u r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 90/675/KEE għandhom japplikaw, b’referenza partikolari għall-organizzazzjoni ta’ u l-insegwiment tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u tal-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom jiġu implimentati. Sakemm isseħħ l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 8 (3) tad-Direttiva 90/675/KEE, importazzjonijiet għandhom iseħħu skond l-Artikolu 11 (2) ta’ dik id-Direttiva. KAPITOLU IV Disposizzjonijiet Finali Artikolu 18 1. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Annessi m’għandhomx japplikaw għal stabbilimenti li jinsabu fuq ċerti gżejjer tar-Republika Ellenika meta l-produzzjoni ta’ dawn l-istabbilimenti hija esklussivament riżervata għall-konsum lokali. 2. L-arranġamenti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 21. Skond l-istess proċedura jista’ jiġi deċiż li jiġu emendati d-disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu bl-iskop ta’ l-estenzjoni progressiva ta’ l-istandards Komunitarji lejn l-istabbilimenti kollha li jinsabu fil-gżejjer imsemmija f’dak il-paragrafu. Artikolu 19 L-Annessi għandhom jiġu emendati mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, partikolarment biex jaddattahom għall-progress teknoloġiku u xjentifiku. Artikolu 20 Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, dan li ġej jista’ jiġi adottat: - kondizzjonijiet speċjali għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti fis-swieq bl-ingrossa, - regoli għall-immarkar ta’ prodotti minn ċentru ta’ tkebbib mill-ġdid u proċeduri ta’ sorveljanza li jippermettu li l-istabbiliment ta’ l-oriġini tal-materja prima jiġi ntraċċat. Artikolu 21 1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-materji għandhom mingħajr dewmien jiġu riferuti lill-Kumitat Veterinarju Permanenti (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE [14] mill-President tiegħu, jew bl-inizjattiva tiegħu proprja jew fuq talba ta’ Stat Membru. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f’terminu li l-president jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta tal-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom jiġu ppeżati bil-mod stabbilit f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota. 3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba u timplementahom immedjatament jekk dawn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat. (b) Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, bla ebda dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta li tirrigwarda l-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. Jekk, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ riferiment lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx għadu aġixxa, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti ħlief meta l-Kunsill ikun ċaħad il-miżuri msemmija b’maġġoranza sempliċi. Artikolu 22 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. [1] ĠU Nru L 26, 31. 1. 1977, p. 88. Id-Direttiva aġġornata bid-Direttiva 92/5/KEE (ĠU Nru L 57, 2. 3. 1992, p. 1), u l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/45/KEE (ĠU Nru L 268, 14. 9. 1992, p. 35). [2] ĠU Nru L 373, 31.12.1990, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU Nru L 268, 24.9.1991, p. 56). [3] ĠU Nru L 121, 29.7.1964, p. 2012/64. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/497/KEE (ĠU Nru L 268, 24.9.1991, p. 69). [4] ĠU Nru L 268, 24. 9. 1991, p. 41. [5] ĠU Nru L 268, 14. 9. 1992, p. 35. [6] Id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tikkonċerna miżuri għall-protezzjoni kontra żoonosi u aġenti żoonotiċi speċifikati f’annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali sabiex ikun hemm prevenzjoni ta’ infezzjonijiet u intossikazzjonijiet imxerrda mill-ikel (ara l-paġna 38 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali). [7] ĠU Nru L 221, 7. 8. 1986, p. 43. [8] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għall-istabbiliment tal-limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali (ĠU Nru L 224, 18. 8. 1990, p. 1). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 675/92 (ĠU Nru L 73, 19. 3. 1992, p. 8). [9] ĠU Nru L 268, 24. 9. 1991, p. 35. [10] ĠU Nru L 222, 7. 8. 1981, p. 32. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 85/358/KEE (ĠU Nru L 191, 23. 7. 1985, p. 46). [11] ĠU Nru L 70, 16. 3. 1988, p. 16. [12] ĠU Nru L 395, 30. 12. 19989, p. 13. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/654/KEE (ĠU Nru L 353, 17. 12. 1990, p. 48). [13] ĠU Nru L 302, 31. 12. 1972, p. 28. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/688/KEE (ĠU Nru L 377, 31. 12. 1991, p. 18). [14] ĠU Nru L 255, 18. 10. 1968, p. 23. -------------------------------------------------- ANNESS I KAPITOLU I KONDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ STABBILIMENTI L-Istabbilimenti għandu jkollhom mill-anqas: 1. fi kmamar fejn ikun prodott, maħdum jew maħżun il-laħam frisk u f’żoni u kurituri li minnu jiġi ttrasportat il-laħam frisk: (a) art waterproof li tkun faċli biex tinħasel u tiġi disinfettata, li ma ssewwiesx u li tkun imqiegħda b’tali mod hekk li tiffaċilita t-tisfija ta’ ilma; l-ilma għandu jkun iggwidat lejn drenaġġi mgħammra bi gradilji u sifuni biex jiġu pprevenuti l-irwejjaħ. Madankollu: - fil-każ ta’ kmamar imsemmija fil-punt 14 (e) tal-Kapitolu II, il-punt 15 (a) tal-Kapitolu III u l-punt 16 (a) tal-Kapitolu IV, l-iggwidar ta’ l-ilma lejn drenaġġi mgħammra bi gradilji u sifuni mhuwiex meħtieġ u, fil-każ ta’ postijiet imsemmija fil-punt 16 (a), apparat li bih l-ilma jkun jista’ jitneħħa b’faċilità huwa suffiċjenti, - fil-każ ta’ kmamar imsemmija fil-punt 17 (a) tal-Kapitolu IV li jaħżnu biss laħam imkebbeb jew f’pakketti u f’żoni u kurituri li minnhom jiġi ttrasportat il-laħam frisk, art waterproof u kontra s-susa hija suffiċjenti; (b) ħitan lixxi, ta’ resistenza, impermeabbli, b’kulur ċar, b’żebgħa li tinħasel sa għoli ta’ mill-anqas żewġ metri; fi kmamar tat-tkessieħ jew refriġerazzjoni u f’imħażen il-ħitan għandhom ikunu miksija sa mill-anqas l-għoli tal-ħażna. Fejn il-ħitan jingħaqad ma’ l-art għandu jkun ġej fit-tond jew imħejji b’mod simili ħlief fil-kmamar imsemmija fil-punt 17 (a) tal-Kapitolu IV. Madankollu, l-użu ta’ ħitan ta’ l-injam fil-kmamar imsemmija fil-punt 17 tal-Kapitolu IV ma jikkostitwixxi bażi għat-tneħħija ta’ l-approvazzjoni sakemm ikunu nbnew qabel l-1 ta’ Jannar 1994; (ċ) gwarniċi ta’ bibien u twieqi minn materjal ta’ resistenza, mhux korrożiv u, jekk ta’ l-injam, b’kisja lixxa u impermeabbli fuq is-superfiċi kollha; (d) materjali ta’ insulazzjoni li ma jsewsux u mingħajr riħa; (e) ventilazzjoni adegwata u estrazzjoni tajba tal-fwar; (f) dawl naturali jew artifiċjali adegwat li ma jiddistorċix il-kuluri; (g) saqaf nadif u faċli li jitnaddaf; fin-nuqqas ta’ dan, saqaf miksi b’superfiċi interjuri li jissodisfa dawn il-kondizzjonijiet; 2. (a) viċin kemm jista’ jkun tal-postazzjonijiet tax-xogħol, numru suffiċjenti ta’ faċilitajiet għat-tindif u d-disinfettar ta’ l-idejn u għat-tindif ta’ għodod b’ilma jaħraq. Il-vitijiet m’għandhomx ikunu operati bl-idejn jew bid-dirgħajn. Għall-ħasil ta’ l-idejn, dawn il-faċilitajiet għandu jkollhom ilma ġieri jaħraq u kiesaħ jew ilma imħallat minn qabel għal temperatura addattata, prodotti ta’ tindif u disinfettar u mezzi iġeniċi għat-tnixxif ta’ l-idejn; (b) faċilitajiet għad-disinfettar ta’ għodda, b’fornitura ta’ ilma f’mhux anqas minn 82 °C; 3. arranġamenti approprjati għal protezzjoni kontra nsetti u annimali li jixtarru; 4) (a) strumenti u tagħmir tax-xogħol bħlama huwa tagħmir awtomatiku għal xogħol fuq il-laħam, imwejjed tat-tqattigħ, imwejjed tat-tqattigħ b’uċuħ li jinqalgħu, kontenituri, ċineg għat-trasport u srieraq, magħmula minn materjal li jirreżisti l-korrużjoni u li ma jkunx probabbli li jħammeġ il-laħam u faċli biex jitnaddaf u jiġi disinfettat. Uċuħ li jiġu f’kuntatt, jew li jkun hemm il-possibbiltà li jiġu f’kuntatt mal-laħam, inklużi saldaturi u minċotti għandhom jinżammu lixxi. L-użu ta’ l-injam huwa pprojbit ħlief fi kmamar fejn l-uniku laħam frisk li jkun maħżun ikun laħam frisk tat-tjur ippakkjat iġenikament; (b) armar li jirresisti l-korrużjoni u tagħmir li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-iġene: - għat-trattament tal-laħam, - għall-ħażna tal-kontenituri tal-laħam, hekk li la l-laħam u anqas il-kontenituri ma jiġu f’kuntatt dirett ma’ l-art jew il-ħitan; (ċ) għal faċilitajiet, inklużi dawk iż-żoni attrezzati u mgħammra kif xieraq biex jirċievu jew iqassmu, għall-immaneġġar iġeniku u l-protezzjoni tal-laħam waqt it-tagħbija u l-ħatt; (d) kontenituri speċjali li minnhom ma jgħaddix l-ilma u li mhumiex korrużivi, b’għotjien u egħluq sabiex ma jħallux lil persuni mhux awtorizzati li jneħħu xi affarijiet minnhom, biex jinżamm laħam mhux intiż għall-konsum uman, jew kamra li tissakkar għal dan il-laħam jekk il-kwantitajiet ikunu kbar biżżejjed biex dan ikun neċessarju jekk il-laħam ma jitneħħiex jew jiġi distrutt fit-tmiem ta’ kull jum tax-xogħol; meta dan il-laħam jitneħħa minn conduits, dawn għandhom ikunu mibnija u nstallati sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ kontaminazzjoni tal-laħam frisk tat-tjur; (e) kmamar għall-ħażna iġenika ta’ materjali għal tkebbib u ppakkjar meta dawn l-attivitajiet jitwettqu fl-istabbiliment; 5. tagħmir ta’ refriġerazzjoni biex tinżamm it-temperatura interna tal-laħam fil-livelli meħtieġa b’din id-Direttiva. Dan it-tagħmir għandu jinkludi sistema għat-tisfija ta’ l-ilma tal-kondensazzjoni mingħajr possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-laħam frisk tat-tjur; 6. forniment adegwat ta’ pressa ta’ ilma tajjeb għax-xorb fis-sens tad-Direttiva 80/778/KEE [1]. Kanen ta’ ilma mhux tajjeb għax-xorb għandhom ikunu distinti b’mod ċar minn dawk użati għall-ilma tax-xorb; 7. fornitura adegwata ta’ ilma jaħraq tajjeb għax-xorb fis-sens tad-Direttiva 80/778/KEE; 8. sistema ta’ rimi ta’ skart likwidu u solidu li tissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-iġene; 9. kamra li tissakkar mgħammra kif meħtieġ għall-użu esklussiv tas-servizz veterinarju, jew faċilitajiet addattati fil-każ ta’ mħażen imsemmija fil-Kapitolu IV u ta’ ċentri ta’ tkebbib mill-ġdid; 10. faċilitajiet li jippermettu l-ispezzjonijiet veterinarji previsti f’din id-Direttiva biex jitwettqu b’effiċjenza f’kull waqt; 11. numru adegwat ta’ kmarar għat-tbiddil tal-ħwejjeġ, b’ħitan u artijiet lixxi, waterproof u li jinħaslu, b’mejjilli għall-ħasil, doċoċ u WC bil-flushing, mgħammra hekk li jipproteġu l-partijiet nodfa tal-bini mill-kontaminazzjoni. Id-WC m’għandhomx ikunu jinfetħu direttament fuq il-kmamar tax-xogħol. Id-doċoċ mhumiex neċessarji fi mħażen tal-kesħa li jirċievu u jittrasportaw bil-baħar biss laħam frisk li jkun imkebbeb iġenikament. Il-mejjilli tal-ħasil għandu jkollhom ilma ġieri jaħraq u kiesaħ jew ilma mħallat minn qabel għal temperatura xierqa, materjali għat-tindif u d-disinfettar ta’ l-idejn u mezz iġeniku għat-tnixxif ta’ l-idejn. Il-vitijiet tal-mejjilli tal-ħasil m’għandhomx ikunu operati bl-idejn jew bid-dirgħajn. Għandu jkun hemm numru suffiċjenti ta’ dawn il-mejjilli tal-ħasil ħdejn id-WC; 12. post adegwat u faċilitajiet adegwati għat-tindif u disinfettar ta’ mezzi tat-trasport tal-laħam ħlief fil-każ ta’ mħażen tal-kesħa li jirċievu u jittrasportaw bil-baħar laħam frisk iġenikament ippakkjat biss. Il-Biċċeriji għandu jkollom post separat u faċilitajiet separati għat-tindif u d-disinfettar ta’ mezzi tat-trasport u kannestri użati għat-tjur għall-qatla. Madankollu, dawn il-postijiet u faċilitajiet mhumiex obbligatorji jekk jeżistu disposizzjonijiet li jeħtieġu li mezzi tat-trasport jew kannestri jitnaddfu u jiġu disinfettati f’faċilitajiet awtorizzati uffiċjalment; 13. kamra jew post sigur għall-ħażna ta’ deterġenti, disinfettanti u sustanzi simili. KAPITOLU II KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ BIĊĊERIJI TAT-TJUR 14. B’żieda mal-ħtiġiet ġenerali, il-biċċeriji għandu jkollhom mill-anqas: (a) kamra jew spazju mgħotti li huwa kbir biżżejjed u faċli biex jitnaddaf u jiġi disinfettat għall-ispezzjoni ta’ qabel il-qatla prevista fit-tieni paragrafu tal-punt 28 tal-Kapitolu VI u biex takkomoda l-għasafar imsemmija fil-punt 1 tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva; (b) kamra tal-biċċerija kbira biżżejjed fejn it-tjur ikunu storduti u żvinati minn naħa l-waħda, u mnittfa u mismuta minn naħa l-oħra, li għandhom jitwettqu f’postijiet separati. Kull komunikazzjoni bejn il-kamra tal-qatla u l-kamra jew l-ispazju msemmi f’(a) barra mill-fetħa dejqa li minnha tjur biss għall-qatla jista’ jgħaddi għandu jkollha bieb li jingħalaq awtomatikament; (ċ) kamra ta’ evixxerazzjoni u preparazzjoni li tkun kbira biżżejjed biex titwettaq l-evixxerazzjoni f’post suffiċjentement ’il bogħod minn postazzjonijiet oħrajn tax-xogħol, jew separata minnhom b’paraventu, hekk li tiġi pprevenuta l-kontaminazzjoni. Kull komunikazzjoni bejn il-kamra ta’ l-evixxerazzjoni u tal-preparazzjoni u l-kamra tal-qatla barra mill-fetħa dejqa li minnha jgħaddu biss tjur għall-qatla għandu jkollha bieb li jingħalaq awtomatikament; (d) jekk neċessarju, kamra ta’ l-espedizzjoni; (e) kamra waħda jew iktar kbar biżżejjed għat-tkessiħ jew ir-refriġerazzjoni, b’faċilità li tissakkar, għal laħam tat-tjur frisk li jkun inżamm; (f) kamra jew spazju għall-ġbir ta’ rix sakemm dawn ma jkunux ittratati bħala skart; (g) mejjilli tal-ħasil separati u WC separati għall-personal li jittrattaw għasafar ħajjin. KAPITOLU III KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ IMPJANTI TAT-TQATTIGĦ 15. Barra mill-ħtiġiet ġenerali, impjanti tat-tqattigħ għandu jkollhom mill-anqas: (a) kmamar kbar biż-żejjed għat-tkessiħ jew ir-refriġerazzjoni għall-preservazzjoni tal-laħam; (b) - kamra għat-tqattigħ, it-tneħħija ta’ l-għadam u tkebbib, - sakemm din l-operazzjoni tkun imwettqa fl-impjant tat-tqattigħ: (i) kamra għall-evixxerazzjoni ta’ wiżż u papri imkabbra għall-produzzjoni ta’ ‘foie gras’, li jkunu ġew storditi, żvinati u mnittfa fl-irziezet tas-simna; (ii) kamra għall-evixxerazzjoni ta’ tjur imsemmija fil-punt 49 tal-Kapitolu VIII; (ċ) kamra għall-ippakkjar, meta dawn l-operazzjonijiet jitwettqu fl-impjant tat-tqattigħ, sakemm il-kondizzjonijiet previsti fil-punt 74 tal-Kapitolu XIV jiġu sodisfatti. KAPITOLU IV KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ MĦAŻEN TAL-KESĦA 16. B’żieda mal-ħtiġiet ġenerali, imħażen li fihom il-laħam frisk ikun maħżun skond l-ewwel inċiż tal-punt 69 tal-Kapitolu XIII għandu jkollhom mill-anqas: (a) kmamar kbar biżżejjed għat-tkessiħ u r-refriġerazzjoni, li jkunu faċli li jitnaddfu u li fihom il-laħam frisk jista’ jkun maħżun fit-temperatura prevista fl-ewwel inċiż tal-punt 69; (b) termometru li jirreġistra jew teletermometru li jirreġistra fi jew għal kull żona ta’ ħażna. 17. B’żieda mal-ħtiġiet ġenerali, imħażen li fihom il-laħam frisk tat-tjur ikun maħżun skond it-tieni inċiż tal-punt 69 tal-Kapitolu XIII għandu jkollhom mill-anqas: (a) kmamar kbar biżżejjed għat-tkessiħ u r-refriġerazzjoni, li jkunu faċli li jitnaddfu u li fihom laħam frisk tat-tjur jista’ jinħażen fit-temperatura prevista fit-tieni inċiż tal-punt 69; (b) termometru li jirreġistra jew teletermometru li jirreġistra fi jew għal kull żona ta’ ħażna. KAPITOLU V L-IĠENE TA’ L-IMPJEGATI, IL-POST U TAGĦMIR FL-ISTABBILIMENTI 18. Indafa assoluta għandha tkun meħtieġa mill-impjegati, il-post u t-tagħmir. (a) Impjegati li jbabsu laħam frisk espost jew imkebbeb jew li jaħdmu fi kmamar u żoni li fihom dan il-laħam ikun ittrattat, ippakkjat jew ittrasportat għandhom partikolarment jilbsu lbies nadif u faċli li jitnaddaf tar-ras, żraben u ħwejjeġ ta' kulur ċar tax-xogħol jew ħwejjeġ oħra protettivi. Impjegati involuti fix-xogħol fuq jew li jittrattaw laħam frisk għandhom jilbsu ħwejjeġ indaf fil-bidu ta’ kull jum tax-xogħol jew għandhom iġeddu dawn il-ħwejjeġ matul il-jum kif neċessarju u għandhom jaħslu u jiddisinfettaw idejhom diversi drabi matul il-jum utli u kull darba li jerġa’ jibda x-xogħol. Persuni li jkunu ġew f’kuntatt ma’ għasafar morda jew laħam infettat għandhom immedjatament wara jaħslu idejhom u dirgħajhom b’attenzjoni b’ilma jaħraq u mbagħad jiddisinfettawhom. It-Tipjip huwa pprojbit fil-kmamar tax-xogħol u fi mħażen u f’żoni oħra u kurituri li minnhom hu ttrasportat laħam frisk. (b) L-ebda annimal ma jista’ jidħol fl-istabbiliment ħlief, fil-każi ta’ biċċeriji, annimali għall-qatla. Annimali li jixtarru, insetti u ħlejjaq simili għandhom jiġu meqruda sistematikament. (ċ) Tagħmir u strumenti użati għat-trattament ta’ tjur ħajjin u għal xogħol fuq laħam frisk tat-tjur għandhom jinżammu nodfa u fi stat tajjeb ta’ tiswija. Dawn għandhom jitnaddfu b’attenzjoni u jiġu disinfettati diversi drabi matul il-jum utli, fit-tmiem tal-jum utli u qabel ma jerġgħu jintużaw jekk ikunu tħammġu. (d) Kannestri għall-kunsinna tat-tjur għandhom ikunu magħmula minn materjal mhux korrożiv, ikunu faċli li jitnaddfu u li jkunu ddisinfettati. Għandhom jitnaddfu u jkunu disinfettati kull darba li dawn ikunu żvujtati. 19. Il-Kmamar, l-istrumenti u t-tagħmir tax-xogħol m’għandhomx jintużaw għal skopijiet barra x-xogħol fuq laħam frisk tat-tjur, laħam frisk jew laħam tal-kaċċa awtorizzat skond id-Direttivi 91/495/KEE u 92/45/KEE jew preparati tal-laħam jew prodotti sakemm dawn ma jitnaddfux jew jiġu disinfettati qabel jintużaw. Din ir-restrizzjoni m’għandhiex tapplika għal tagħmir tat-trasport użat fuq il-post imsemmi fil-punt 17 (a), meta jiġi ppakkjat il-laħam. 20. Laħam tat-tjur u kontenituri għalih m’għandhomx jiġu f’kuntatt dirett ma' l-art. 21. Ilma tajjeb għax-xorb għandu jintuża għall-iskopijiet kollha; madankollu, ilma mhux tajjeb għax-xorb jista' jintuża għall-produzzjoni ta’ fwar, tifi tan-nar, tagħmir ta' tkessiħ u refriġerazzjoni u t-tneħħija ta' rix ta' skart fil-biċċerija sakemm il-pajpijiet installati għal dan l-iskop jipprekludi l-użu ta' dan l-ilma għal skopijiet oħra u ma jippreżentaw ebda perikolu ta' kontaminazzjoni ta' laħam frisk. Kanen ta' l-ilma mhux tajjeb għax-xorb għandhom ikunu distinti minn dawk użati għal ilma tax-xorb. 22. - Rix u prodotti sekondarji oħra tal-qatla li mhumiex tajbin għall-konsum uman għandhom jitneħħew immedjatament. - It-tixrid ta’ serratura jew xi sustanzi oħra simili fuq l-art tal-kamra tax-xogħol u l-kmamar tal-ħażna ta’ laħam frisk tat-tjur huwa pprojbit. 23. Deterġenti, disinfettanti u sustanzi simili għandhom jintużaw b’tali mod li strumenti, tagħmir tax-xogħol u laħam frisk ma jkunux affetwati ħażin. L-użu tagħhom għandu jkun segwit bit-tlaħliħ tajjeb ta’ dawk l-istrumenti u tagħmir tax-xogħol b’ilma tajjeb għax-xorb. 24. Persuni li aktarx jikkontaminaw il-laħam huma pprojbiti milli jaħdmuh jew jittrattawh. Meta maħtura għall-impieg, kull persuna li tkun qed taħdem fuq jew tittratta laħam frisk għandha tkun meħtieġa tipprova, permezz ta’ ċertifikat mediku, li ma jkun hemm ebda impediment mediku għal dan l-impjieg. Is-sorveljanza medika ta’ din il-persuna għandha tkun irregolata bil-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat KAPITOLU VI ISPEZZJONI TAS-SAĦĦA TA’ QABEL IL-QATLA 25. (a) Il-veterinarju uffiċjali tal-biċċerija jista' jawtorizza l-qatla ta’ kunsinna ta’ tjur minn azjenda biss, mingħajr preġudizzju għaċ-ċertifikat muri fil-Mudell 5 ta’ l-Anness IV tad-Direttiva 90/539/KEE, meta: (i) it-tjur intiż għal qatla jkollu miegħu attestazzjoni tas-saħħa kif prevista fl-Anness IV; jew, (ii) 72 siegħa qabel il-wasla tat-tjur fil-biċċerija hu kien fil-pussess ta' dokument li għandu jiġi determinat mill-awtorità kompetenti, li jikkontjeni: - informazzjoni relevanti aġġornata fir-rigward tal-merħla ta' oriġini, partikolarment dettalji meħuda mir-reġistri ta' l-azjenda msemmija f’27 (a) li jkopru t-tip ta’ tjur li għandhom jinqatlu, - prova li l-azjenda ta’ l-oriġini hi taħt is-sorveljanza ta’ veterinarju uffiċjali. Din l-informazzjoni għandha tiġi stmata mill-veterinarju uffiċjali qabel ma jiġi deċiż liema miżuri għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ tjur ġejjin mill-azjenda kkonċernata, partikolarment it-tip ta’ spezzjoni ta’ qabel il-qatla. (b) Meta l-kondizzjonijiet previsti f’(a) ma jiġux sodisfatti, il-veterinarju uffiċjali tal-biċċerija jista' jew jipposponi l-qatla jew – meta jkun hemm ħtieġa ta' konformità mar-regoli ta’ assistenza - jawtorizza l-qatla billi qabel ikunu twettqu t-testijiet previsti taħt 27 (b), u għandu jkun hemm veterinarju uffiċjali biex jispezzjona l-azjenda ta' l-oriġini tat-tjur ikkonċernat bil-ħsieb li tiġi ottenuta din l-informazzjoni. Kull spiża assoċjata ma' l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu għandha tintalab mill-bidwi skond ir-regoli li għandhom jiġu deċiżi mill-awtorità kompetenti. (ċ) Madankollu, fil-każ ta’ bdiewa bi produzzjoni annwali ta’ mhux aktar minn 20000 tajra domestika, 15000 papra, 10000 dundjan, 10000 wiżża jew kwantità ekwivalenti ta’ l-ispeċi l-oħra ta’ tjur imsemmija fil-punt 1 tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2, l-ispezzjoni ta’ qabel il-qatla imsemmija f’27 (b) tista' titwettaq fil-biċċerija. F’dak il-każ il-bidwi għandu jipprovdi dikjarazzjoni għall-effett li l-produzzjoni annwali tiegħu ma tkunx teċċedi l-imsemmija figuri. (d) Il-bidwi għandu jżomm għal mill-anqas minimu ta' sentejn ir-reġistri msemmija fil-punt 27 (a) għal sottomissjoni lill-awtorità kompetenti fuq talba. 26. Is-sid, il-persuna awtorizzata li tiddisponi mit-tjur jew ir-rappreżentant tagħhom għandhom jiffaċilitaw l-operazzjonijiet ta’ spezzjoni ta’ qabel il-qatla u partikolarment jassistu lill-veterinarju uffiċjali fit-trattamenti meqjusa neċessarji. Il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq l-ispezzjoni ta’ qabel il-qatla skond ir-regoli professjonali, f’dawl adegwat. 27. Spezzjoni ta’ qabel il-qatla fir-razzet ta’ oriġini msemmi fil-punt 25 għandha tinkludi: (a) il-verifika tar-reġistri tal-bidwi, li għandhom jinkludu mill-anqas dan li ġej, jiddependi mit-tip ta’ tjur: - il-jum tal-wasla ta’ l-għasafar, - il-fonti ta’ l-għasafar, - in-numru ta’ għasafar, - l-imġieba attwali tar-razez partikolari (e.ż. żieda fil-piż), - il-mortalità, - il-fornituri ta’ l-għalf, - it-tip, il-perjodu ta’ użu u perjodi ta’ rtirar ta’ adittivi ta' l-għalf, - il-konsum ta’ għalf u ilma, - l-eżami u d-dijanjożi tal-veterinarju attendenti, flimkien ma' kwalunkwe riżultati tal-laboratorju, - it-tip ta’ prodott mediċinali, bid-dati ta’ l-amministrazzjoni u t-tneħħija, mogħtija lill-għasafar, - id-data u t-tip ta’ xi vaċċini mogħtija, - iż-żieda fil-piż matul il-perjodu tas-simna, - ir-riżultati ta’ xi spezzjonijiet uffiċjali preċedenti dwar is-saħħa ta’ l-għasafar mill-istess merħla, - in-numru ta’ għasafar mibgħuta għall-qatla, - id-data mistennija tal-qatla; (b) l-eżami addizzjonali meħtieġ biex tiġi stabbilita dijanjożi meta l-għasafar: (i) ikunu qed isofru minn marda li tista' tkun trasmessa lil bnedmin jew lil annimali jew ikunu qed iġibu rwieħhom fuq bażi individwali jew kollettiva, b’tali mod li jiġi indikat li din il-marda tista' sseħħ; (ii) juru disturb fl-imġieba ġenerali jew sinjali ta’ mard li jista' jagħmel il-laħam mhux tajjeb għall-konsum uman; (ċ) li jittieħdu kampjuni regolarment ta' ilma u għalf bl-iskop li tiġi kkontrollata konformità mal-perjodi ta' rtirar; (d) ir-riżultati ta’ testijiet ta’ aġenti żoonotiċi mwettqa skond id-Direttiva 92/117/KEE. 28. Fil-biċċerija, il-veterinarju uffiċjali għandu jassigura li t-tjur jiġu identifikati, jivverifika l-konformità mal-Kapitolu II tad-Direttiva 91/628/KEE [2] u b’mod partikolari jivverifika jekk it-tjur ikunux soffrew xi deni matul it-trasport. Madankollu, fil-każ ta’ dubju li jikkonċerna l-identità ta’ kunsinna ta’ tjur u meta t-tjur ikun meħtieġ jgħaddi minn spezzjoni tas-saħħa ta’ qabel il-qatla fil-biċċerija skond il-punt 25 (ċ), il-veterinarju uffiċjali għandu jeżamina kull kannestru jekk it-tjur juru s-sintomi msemmija fil-punt 27 (b). 29. Meta t-tjur ma jkunx inqatel fi żmien tlett ijiem mill-eżami tagħhom u l-ħruġ ta’ l-attestazzjoni tas-saħħa prevista fil-punt 25 (a) (i): - meta t-tjur ma jkunx ħalla l-azjenda ta’ oriġini, attestazzjoni ġdida tas-saħħa għandha tinħareġ, - jew, wara li jiġu stmati r-raġunijiet għad-dewmien, il-veterinarju uffiċjali tal-biċċerija għandu jawtorizza l-qatla jekk ma jkun hemm l-ebda raġuni tas-saħħa sabiex dan ikun prevenut, jekk meħtieġ wara aktar kontroll fuq it-tjur. 30. Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet tad-Direttiva 91/494/KEE, il-qatla għall-iskop tal-konsum uman għandha tkun ipprojbita jekk is-sintomi kliniċi tal-mard li ġej ikunu ġew stabbiliti: (a) ornithosis; (b) salmonellosis. Il-veterinarju uffiċjali jista', fuq talba tal-proprjetarju tat-tjur jew tar-rappreżentant tiegħu, jawtorizza l-qatla fit-tmiem tal-proċess normali tal-qatla sakemm jittieħdu prekawzjonijiet biex iżommu għal minimu r-riskju ta' bakterja li tinxtered u sabiex jitnaddfu u jiġu disinfettati l-faċilitajiet wara l-qatla, bil-laħam li jirriżulta mill-qatla li tkun qed tiġi trattata bħallikieku kien laħam dikjarat mhux tajjeb għall-konsum uman. 31. Il-veterinarju uffiċjali għandu: (a) jipprojbixxi l-qatla meta jkollu prova li l-laħam mill-annimali kkonċernati ma kienx ikun tajjeb għal konsum uman; (b) jipposponi l-qatla meta l-perjodu ta’ rtirar għal residwi ma jkunx ġie rispettat; (ċ) jassigura, fir-rigward ta’ tjur klinikament b’saħħithom minn merħla għall-qatla obbligatorja taħt programm għall-kontroll ta’ mard infettiv, li t-tjur ikunu maqtula fit-tmiem tal-jum jew taħt tali kondizzjonijiet li kull kontaminazzjoni ta’ tjur oħra tkun evitata. Stati Membri jistgħu jiddisponu minn dan il-laħam fit-territorji tagħhom skond ir-regoli nazzjonali tagħhom. 32. Il-veterinarju uffiċjali għandu immedjatament jinnotifika lill-awtorità kompetenti b’kull projbizzjoni ta' qatla, u jagħti raġunijiet, u proviżorjament iqiegħed it-tjur affettwati b’dik il-projbizzjoni tal-qatla f’post sigur. KAPITOLU VII ĦTIĠIET TA’ IĠENE GĦALL-QATLA U GĦAT-TRATTAMENT TA’ LAĦAM FRISK 33. Tjur ħajjin biss jistgħu jinġiebu fil-post tal-qatla. Malli dawn jinġiebu f’dak il-post, l-għasafar għandhom jinqatlu immedjatament wara li jiġu storditi, ħlief fil-każ ta’ qatla skont rit reliġjuż. 34. L-iżvinar għandu jiġi kompletat u jitwettaq b’tali mod li d-demm ma jkunx jista’ joħloq kontaminazzjoni barra mill-post tal-qatla. 35. It-tjur maqtula għandhom jitnittfu immedjatament u kompletament. 36. L-evixxerazzjoni għandha titwettaq immedjatament fil-każ ta’ evixxerazzjoni totali jew fiż-żmien tal-perjodu stabbilit fil-punt 49 tal-Kapitolu VIII fil-każ ta’ evixxerazzjoni parzjali jew diferita. Tjur maqtula għandhom jinfetħu b’tali mod li l-kavitajiet u l-vixxera relevanti kollha jistgħu jiġu spezzjonati. Għal dan l-iskop il-vixxri li għandhom jiġu spezzjonati jistgħu jew jinqalgħu jew inkella jibqgħu imwaħħla mal-karkassa bil-konnessjonijiet naturali tagħhom. Jekk maqlugħa, dawn għandhom ikunu identifikabbli bħala li jappartjenu għal karkassa partikolari. Madankollu, papri u wiżż imkabbra u maqtula għall-produzzjoni ta ‘foie gras’ jistgħu jiġu evixxerati fi żmien 24 siegħa, sakemm karkassi mhux evixxerati jitnaqqsu malajr kemm jista’ jkun u mbagħad jinżammu fit-temperatura stabbilita fl-ewwel inċiż tal-punt 69 tal-Kapitolu XIII, u ttrasportati skond ir-regoli ta’ iġene. 37. Wara l-ispezzjoni, il-vixxri li jkunu tneħħew għandhom jiġu separati immedjatament mill-karkassa, u l-partijiet mhux tajbin għall-konsum uman imneħħija mill-ewwel. Il-vixxri jew partijiet tal-vixxri li jibqgħu fil-karkassa għandhom, bl-eċċezzjoni tal-kliewi, jitneħħew kompletament jekk possibbli, taħt kondizzjonijiet soddisfaċenti ta’ iġene. 38. Huwa pprojbit li jitnaddaf il-laħam tat-tjur billi jintmesaħ b’ċarruta jew li timtela l-karkassa b’xi ħaġa oħra apparti minn interjuri li jittieklu jew interjuri ta’ l-għonq minn tjur maqtula fil-biċċerija. 39. Huwa pprojbit li titqatta’ l-karkassa jew li l-laħam tat-tjur jitneħħa jew jiġi trattat qabel ma tkun kompletata l-ispezzjoni. Il-veterinarju uffiċjali jista’ jippreskrivi kull trattament ieħor meħtieġ mill-ispezzjoni. 40. Laħam miżmum, minn naħa l-waħda, u laħam iddikjarat mhux tajjeb għal konsum uman skond il-punt 53 tal-Kapitolu IX jew mhux permess għall-konsum uman skond il-punt 54 tal-Kapitolu IX, minn naħa l-oħra, u rix u skart għandhom jitneħħew malajr kemm jista’ jkun possibbli lejn kmamar, faċilitajiet jew kontenituri previsti fil-punt 4 (d) tal-Kapitolu I u l-punt 14 (e) u (f) tal-Kapitolu II u għandhom jiġu trattati sabiex il-kontaminazzjoni tinżamm għal minimu. 41. Wara l-ispezzjoni u l-evixxerazzjoni, laħam frisk tat-tjur għandu jitnaddaf immedjatament u jitkessaħ skond il-ħtiġiet ta’ iġene sabiex tiġi assigurata konformità mat-temperatura stabbilita fil-Kapitolu XIII malajr kemm jista’ jkun. 42. Laħam tat-tjur li għandu jkun soġġett għal proċess ta’ tkessiħ b’immersjoni skond il-proċess deskritt fil-punt 43 għandu, immedjatament wara l-evixxerazzjoni, jinħasel sewwa bit-tbexxix u jiġi immers mingħajr dewmien. It-tbexxix għandu jitwettaq permezz ta’ tagħmir li jaħsel kemm is-superfiċi intern kif ukoll dak estern tal-karkassi b’mod effiċjenti. Għal karkassi li jiżnu: - mhux aktar minn 2,5 kg, mill-anqas 1,5 litri ta’ ilma għandhom jintużaw għal kull karkassa, - bejn 2,5 kg u 5 kg, mill-anqas 2,5 litri ta’ ilma għandhom jintużaw għal kull karkassa, - 5 kg jew aktar, mill-anqas 3,5 litri ta’ ilma għandhom jintużaw għal kull karkassa. 43. Il-proċess ta’ tkessiħ b’immersjoni għandu jissodisfa l-ħtiġiet li ġejjin: (a) il-karkassi għandhom jgħaddu minn tank ta’ l-ilma wieħed jew aktar jew ta’ silġ u ilma, li l-kontenut tagħhom ikun kontinwament imġedded. Is-sistema biss, li permezz tagħha l-karkassi jitħaddmu kontinwament b’mezz mekkaniku permezz ta’ kontro kurrent ta’ l-ilma, hija aċċettabli; (b) it-temperatura ta’ l-ilma fit-tank jew tankijiet imkejla fil-punti tad-dħul u l-ħruġ tal-karkassi m’għandhiex tkun ta’ aktar minn + 16 °C u + 4 °C rispettivament; (ċ) għandu jitwettaq b’tali mod li t-temperatura speċifikata fl-ewwel inċiż tal-punt 69 tal-Kapitolu XIII tintlaħaq fl-aqsar żmien possibbli; (d) it-tnixxija minima ta’ ilma tul il-proċess kollu ta’ tkessiħ imsemmi f’(a) għandha tkun: - 2,5 litri għal kull karkassa li tiżen 2,5 kg jew anqas, - 4 litri għal kull karkassa li tiżen bejn 2,5 kg u 5 kg. - 6 litri għal kull karkassa li tiżen 5 kg jew aktar. Jekk ikun hemm diversi tankijiet, id-dħul ta’ ilma frisk u l-ħruġ ta’ ilma użat f’kull tank għandu jkun regolat b’tali mod hekk li progressivament inaqqas id-direzzjoni ta’ moviment tal-karkassi, u l-ilma frisk ikun maqsum bejn it-tankijiet b’tali mod li l-passaġġ ta’ ilma mit-tank ta’ l-aħħar ma jkunx anqas minn: - 1 litru għal kull karkassa li tiżen 2,5 kg jew anqas, - 1,5 litri għal kull karkassa li tiżen bejn 2,5 kg u 5 kg. - 2 litri għal kull karkassa li tiżen 5 kg jew aktar. L-ilma użat biex l-ewwel jimtlew it-tankijiet m’għandux ikun inkluż fil-kalkolu ta’ dawn il-kwantitajiet; (e) il-karkassi m’għandhomx jibqgħu fl-ewwel parti ta’ l-apparat jew fl-ewwel tank għal aktar minn nofs siegħa jew fil-kumplament ta’ l-apparat jew tat-tank(ijiet) l-oħra għal aktar milli strettament neċessarju. Il-prekawzjonijiet kollha neċessarji għandhom jittieħdu sabiex jiġi assigurat li, fil-każ ta’ interruzjonijiet tal-proċess ikun hemm konformità mal-ħin transitu stabbilit fl-ewwel subparagrafu. Kull meta l-apparat jieqaf, il-veterinarju uffiċjali għandu jissodifa lilu nnifsu qabel ma jerġa’ jitħaddem li l-karkassi xorta jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u li huma tajbin għal konsum uman jew, jekk dan ma jkunx il-każ, jassigura li dawn ikunu ttrasportati malajr kemm jista’ jkun possibbli lejn il-post previst fil-punt 4 (d) tal-Kapitolu 1; (f) kull biċċa tagħmir għandha tkun kompletament żvujtata, imnaddfa u ddisinfettata kull meta dan ikun neċessarju fl-aħħar tal-perjodu tax-xogħol u mill-anqas darba kuljum; (g) tagħmir kalibrat ta’ kontroll għandu jippermetti sorveljanza adegwata u kontinwa tal-kejl u r-reġistrazzjoni ta’: - il-konsum ta’ ilma matul il-ħasil bit-tbexiex qabel l-immersjoni, - it-temperatura ta’ l-ilma fit-tank jew tankijiet fil-punti tad-dħul u l-ħruġ tal-karkassi, - il-konsum ta’ l-ilma matul l-immersjoni, - in-numru ta’ karkassi f’kull wieħed mill-firxiet ta’ piż elenkati f’(d) u fil-punt 42; (h) ir-riżultati tal-kontrolli varji mwettqa mill-produttur għandhom jinżammu u jiġu sottomessi fuq talba lill-veterinarji uffiċjali; (i) il-funzjonament korrett ta’ l-impjant tat-tkessiħ u l-effett tiegħu fuq il-livell ta’ iġene għandu jiġi vvalutat - fl-istennija ta’ l-adozzjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva, ta’ metodi mikrobijoloġiċi Komunitarji - b’metodi mikrobijoloġiċi xjentifiċi rikonoxxuti mill-Istati Membri, il-kontaminazzjoni tal-karkassi bil-bakterja totali u enterobacteriacea li tkun ipparagunata qabel u wara l-immersjoni. Dan il-paragun għandu jitwettaq meta l-impjant jintuża għall-ewwel darba u wara dak, perjodikament, u fi kwalunkwe każ kull darba li xi alterazzjoni ssir lill-impjant. Il-funzjonament tal-partijiet varji għandu jkun irregolat hekk li jassigura standard sodisfaċenti ta’ iġene. 44. Sakemm tkun kompletata l-ispezzjoni, m’għandux ikun possibbli għal karkassi u interjuri li ma jkunux spezzjonati li jiġu f’kuntatt ma’ karkassi u interjuri diġà spezzjonati, u t-tneħħija, t-tqattigħ jew aktar trattament tal-karkassa jkun ipprojbit. 45. M’għandux ikun possibbli għal laħam miżmum jew iddikjarat mhux tajjeb għall-konsum uman jew prodotti sekondarji mhux tajbin għall-ikel li jiġu f’kuntatt ma’ laħam iddikjarat tajjeb għall-konsum uman, u dak ta’ qabel għandu jitqiegħed malajr kemm jista’ jkun fi kmamar jew kontenituri speċjali li jinstabu u huma stabbiliti b’tali mod li tiġi evitata kull kontaminazzjoni ta’ laħam frisk ieħor. 46. Il-ġbid u l-irbit, it-tqandil, aktar trattament u t-trasport ta’ laħam, inklużi l-interjuri, għandhom isiru billi jiġu sodisfatti l-ħtiġiet kollha ta’ iġene. Meta dan il-laħam huwa ppakkjat, għandu jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 14 (d) tal-Kapitolu II u tal-Kapitolu XIV. Laħam ippakkjat jew imkebbeb għandu jinħażen f’kamra separata minn laħam frisk li jkun espost. KAPITOLU VIII SPEZZJONIJIET TAS-SAĦĦA POST MORTEM 47. It-tjur għandhom ikunu spezzjonati immedjatament wara l-qatla taħt dawl tajjeb. Bħala parti minn din l-ispezzjoni: (a) il-partijiet li ġejjin: (i) il-wiċċ tal-ġisem ta’ l-għasfur, eskluża r-ras u s-saqajn ħlief meta dawk ikunu intiżi għal konsum uman; (ii) il-vixxera; u (iii) il-kavitajiet tal-ġisem, għandhom ikunu soġġetti għal spezzjoni viżwali u, meta neċessarju, palpazzjoni u inċiżjoni; (b) għandha wkoll tingħata attenzjoni lil: (i) anomaliji ta’ konsistenza, kulur u riħa, fil-karkassi; (ii) anomaliji maġġuri li jirriżultaw mill-operazzjonijiet ta’ qtil; (iii) il-funzjonament xieraq tat-tagħmir tal-qatla. Il-veterinarju uffiċjali għandu fi kwalunkwe każ: (a) jissoġġetta għal ispezzjoni dettaljata kampjun saltwarju ta’ l-għasafar miċħuda fl-ispezzjoni tas-saħħa post mortem, li l-laħam tagħhom ġie ddikjarat mhux tajjeb għal konsum uman skond il-punt 53 tal-Kapitolu IX; (b) jeżamina kampjun saltwarju ta’ 300 għasfur meħuda mill-kunsinna sħiħa li jkun ġie spezzjonat post mortem, għal ispezzjoni tal-vixxera u l-kavitajiet tal-ġisem; (ċ) iwettaq spezzjoni speċjali post mortem tal-laħam tat-tjur jekk ikun hemm indikazzjonijiet oħra li l-laħam minn dawk it-tjur jista’ ma jkunx tajjeb għal konsum uman. Il-proprjetarju jew il-persuna awtorizzata biex tiddisponi mit-tjur għandhom jikkooperaw sal-limiti meħtieġa biex titwettaq l-ispezzjoni post mortem. Għandhom jagħmlu t-tjur u l-laħam tat-tjur disponibbli f’kondizzjoni addattata għal ispezzjoni. Għandhom jipprovdu assistenza addizzjonali adegwata fuq it-talba ta’ l-ispettur. Jekk il-persuna awtorizzata biex tiddisponi mit-tjur ma tissodisfax l-obbligi ta’ kooperazzjoni tagħha, l-ispezzjoni għandha tkun sospiża sakemm dawn jikkooperaw sal-limiti meħtieġa għall-ispezzjoni. 48. Fil-każ ta’ tjur parzjalment evixxerati ('effilé') li l-intestini tagħhom kienu tneħħew immedjatament, il-vixxera u l-kavitajiet tal-ġisem ta’ mill-anqas 5 % tat-tjur maqtula minn kull kunsinna għandhom jiġu spezzjonati wara l-evixxerazzjoni. Jekk matul din l-ispezzjoni jinstabu anomaliji f’numru ta’ għasafar, allura l-għasafar kollha fil-kunsinna għandhom jiġu spezzjonati skond il-punt 47. 49. Fil-kaz ta’ tjur imħejja tat-tip ‘New York’: (a) l-ispezzjoni tas-saħħa post mortem skond il-punt 47 għandha sseħħ mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-qatla, u tul dan il-perjodu dawn għandhom jinħażnu f’temperatura li ma teċċedix +4 °C; (b) fit-tmiem ta’ dan il-perjodu l-aktar tard, għandhom jiġu evixxerati fil-biċċerija fejn il-qatla kienet twettqet jew f’impjant approvat ieħor tat-tqattiħ li jissodisfa l-ħtiġiet addizzjonali taħt (ii) fit-tieni inċiż tal-punt 15 (b) tal-Kapitolu III u f’dan l-aħħar każ, ikunu akkumpanjati b’attestazzjoni tas-saħħa murija fl-Anness V; (ċ) il-laħam tat-tjur m’għandux iġib il-marka tas-saħħa msemmija fil-Kapitolu XII qabel ma tkun twettqet l-evixxerazzjoni msemmija fil-punt (b). 50. Meta jittieħdu kampjuni għall-eżami għal residwi dan għandu jitwettaq b’kontrolli fuq il-post u fi kwalunkwe każ meta jkun hemm suspett ġustifikat. Fil-każ ta’ eżami għal residwi billi jittieħdu kampjuni, l-eżami għandu jitwettaq għar-residwi msemmija fil-Grupp A III u fil-Grupp B I (a) u (ċ) u II (a) ta’ l-Anness I tad-Direttiva 86/469/KEE [3]. L-obbligu li jsir l-eżami għal residwi ta’ sustanzi b’azzjoni farmakoloġika imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4 (1) ta’ din id-Direttiva m’għandux japplika għal tjur minn azjendi taħt kontroll veterinarju uffiċjali meta l-eżami għal dawk ir-residwi jitwettaq fl-azjendi ta’ oriġini. 51. Meta jkun suspettat mard abbażi ta’ l-ispezzjoni ta’ qabel il-qatla jew post mortem, il-veterinarju uffiċjali jista’ jitlob li jitwettqu t-testijiet rekwiżiti f’laboratorju jekk huwa jikkonsidrahom neċessarji sabiex tiġi sostanzjata d-djanjożi tiegħu jew sabiex jinstabu sostanzi b’azzjoni farmakoloġika li x’aktarx ikunu preżenti fil-każ tal-kondizzjoni patoloġika osservata. Fil-każ ta’ dubju, il-veterinarju uffiċjali jista’ jwettaq il-qtugħ u l-ispezzjonijiet l-oħra tal-partijiet relevanti tat-tjur neċessarji sabiex tintlaħaq dijanjożi definittiva. Meta l-veterinarju uffiċjali jsib li r-regoli ta’ l-iġene stabbiliti f’din id-Direttiva jkunu qed jinkisru b’mod ċar jew li spezzjoni adegwata tas-saħħa tkun qed tiġi mfixkla, hu għandu jkollu l-poter li jieħu azzjoni f’dak li jirrigwarda l-użu ta’ tagħmir jew tal-post u li jieħu kull miżura meħtieġa, sa u inkluż tnaqqis fir-rata ta’ produzzjoni jew interruzzjoni tal-proċess ta’ produzzjoni. 52. Ir-riżultati ta’ spezzjonijiet ta’ qabel il-qatla u post mortem għandhom jiġu rreġistrati mill-veterinarju uffiċjali u, meta mard li jittieħed ikun djanjostikat, ikkomunikati lill-awtorità veterinarja kompetenti responsabbli għas-sorveljanza ta’ l-azjenda li minnha l-annimali oriġinaw, kif ukoll lis-sid ta’ l-azjenda ta’ oriġini jew ir-rappreżentant tiegħu, li għandu jieħu kont ta’ u jżomm din l-informazzjoni u jissottomettiha lill-veterinarju uffiċjali li jwettaq l-ispezzjoni ante mortem tul il-perjodu sussegwenti tal-produzzjoni. KAPITOLU IX DEĊIŻJONI TAL-VETERINARJU UFFIĊJALI WAQT L-ISPEZZJONI POST MORTEM 53. (a) Il-laħam tat-tjur għandu jiġi ddikjarat kompletament mhux tajjeb għall-konsum uman meta l-ispezzjoni post mortem tiżvela uħud minn dawn li ġejjin: - mard infettiv ġeneralizzat u lokalizzazzjoni kronika f’organi ta’ mikroorganismi patoġeniċi trasmissibli lill-umani, - mycosis sistematika u leżjonijiet lokali f’organi ssuspettati li kienu kkawżati minn aġenti patoġeniċi trasmissibli lill-umani jew it-tossiċi tagħhom, - parasitiżmu subkutaneju jew muskolari estensiv u parasitiżmu sistematiku. - avvelenament, - cachexia, - riħa, kulur jew togħma anormali, - tumuri malignant jew multipli, - tħammiġ ġenerali jew kontaminazzjoni, - leżjonijiet maġġuri u ecchymosis, - leżjonijiet mekkaniċi estensivi, inklużi dawk dovuti għal tismit estensiv, - svinar insuffiċjenti, - residwi ta’ sustanzi li jeċċedu l-istandards jew ir-residwi awtorizzati ta’ sustanzi pprojbiti, - ascites. (b) Partijiet ta’ annimal maqtul li juru leżjonijiet lokalizzati jew kontaminazzjonijiet li ma jaffetwawx is-saħħa tal-bqija tal-laħam għandhom ikunu ddikjarati mhux tajbin għall-konsum uman. 54. Ir-ras separata mill-karkassa bl-eċċezzjoni ta’ l-ilsien, il-mitra, l-għalla u l-karunkuli u dawn il-vixxri li ġejjin, huma esklużi mill-użu għall-konsum uman: it-trachea, il-pulmuni separati mill-karkassa skond il-punt 37 tal-Kapitolu VII, l-oesophagus, il-mitra, l-intestini u l-bużżieqa ta’ l-awrina. KAPITOLU X DISPOSIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW LAĦAM INTIŻ GĦAL TQATTIGĦ 55. Il-karkassa għandha titqatta’ f’biċċiet u l-għadam imneħħi biss fil-kmamar tat-tqattigħ approvati. 56. L-operatur ta’ l-impjant, il-proprjetarju jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jiffaċilitaw operazzjonijiet għas-sorveljanza ta’ l-impjant, b’mod partikolari kwalunkwe tqandil li huwa kkunsidrat neċessarju, u għandu jqiegħed il-faċilitajiet neċessarji għad-disposizzjoni tas-servizz ta’ sorveljanza. Partikolarment, għandu jkun jista’, fuq talba, jinforma mill-veterinarju uffiċjali responsabbli għas-sorveljanza tal-fonti tal-laħam miġjub fl-impjant tat-tqattigħ tiegħu u l-oriġini ta’ l-annimali maqtula. 57. Mingħajr preġudizzju għall-punt 19 tal-Kapitolu V, laħam li ma jissodisfax il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 3 (1) (B) (1) ta’ din id-Direttiva ma jistax jitqiegħed fi mpjanti tat-tqattigħ approvati sakemm ma jitqigħedx f’żoni speċjali ta’ ħażna; għandu jitqatta’ f’postijiet oħra jew f’ħinijiet oħra minn dawk ta’ laħam li ma jissodisfax dawk il-ħtiġiet. Il-veterinarju uffiċjali għandu fil-ħinijiet kollha jkollu aċċess għall-kmamar tal-ħażna u l-kmamar tax-xogħol kollha sabiex jissodisfa lilu nnifsu li d-disposizzjonijiet preċedenti huma rigorożament osservati. 58. Laħam frisk intiż għat-tqattigħ għandu, malli jiddaħħal, jitqiegħed fil-kamra tat-tqattigħ u, sa kemm jitqatta’, fil-kamra prevista fil-punt 15 (a) tal-Kapitolu III. Madankollu, minkejja l-punt 41 tal-Kapitolu VII, laħam jista’ jiġi ttrasportat direttament mill-kamra tal-qatla lejn il-kamra tat-tqattigħ. F’dawn il-każijiet il-kamra tal-qatla u l-kamra tat-tqattigħ għandhom ikunu suffiċjentement fil-qrib ta’ xulxin u llokalizzati fl-istess grupp ta’ bini, ladarba l-laħam li għandu jitqatta’ għandu jiġi trasferit f’operazzjoni waħda minn kamra għall-oħra permezz ta’ estenzjoni tas-sistema mekkanika mill-kamra ta’ tqandil mill-kamra tal-qatla, u t-tqattigħ għandu jsir immedjatament. Mallu t-tqattigħ u l-ippakkjar preskritt ikun imwettaq, il-laħam għandu jiġi ttrasportat lejn il-kamra tat-tkessiħ prevista fil-punt 15 (a) tal-Kapitolu III. 59. Il-Laħam għandu jinġieb fil-kmamar imsemmija fil-punt 15 (b) tal-Kapitolu III kif meħtieġ. Malli t-tqattigħ u, meta approprjat, l-ippakkjar jitwettqu, il-laħam għandu jiġi ttrasportat lejn il-kamra tat-tkessiħ prevista fil-punt 15 (a). 60. Ħlief fil-każ ta’ laħam imqatta’ waqt li jkun għadu sħun, it-tqattigħ jista’ jseħħ biss jekk il-laħam ikun laħaq temperatura li ma teċċedix + 4 °C. 61. Tindif ta’ laħam frisk b’imsieħ b’ċarruta huwa pprojbit. 62. Frak ta’ l-għadam u clots tad-demm għandhom jitneħħew. Laħam miksub minn tqattigħ u mhux maħsub għal konsum uman għandu jinġabar f’kontenituri jew kmamar imsemmija fil-punt 4 (d) tal-Kapitolu I hekk kif maqtugħ. KAPITOLU XI MONITORAĠĠ TAS-SAĦĦA TA’ LAĦAM MAQTUGĦ U LAĦAM MAĦŻUN 63. Impjanti approvati tat-tqattigħ, ċentri approvati għat-tkebbib mill-ġdid u mħażen tal-kesħa approvati għandhom ikunu sorveljati minn membri ta’ grupp ta’ spezzjoni msemmi fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 8 (2) ta’ din id-Direttiva. 64. Is-sorveljanza prevista fil-punt 63 għandha tinkludi d-dmirjiet li ġejjin: - sorveljanza tad-dħul u l-ħruġ tal-laħam frisk, - spezzjoni tas-saħħa ta’ laħam frisk miżmum fl-istabbiliment, - sorveljanza ta’ l-indafa tal-bini, il-faċilitajiet u l-istrumenti previsti fil-Kapitolu V, u ta’ l-iġene ta’ l-impjegati, inklużi l-ħwejjeġ tagħhom, - kull sorveljanza oħra li l-veterinarju uffiċjali jikkunsidra neċessarja biex tkun assigurata konformità ma’ din id-Direttiva. KAPITOLU XII IMMARKAR TAS-SAĦĦA 65. Immarkar tas-saħħa għandu jitwettaq taħt is-sorveljanza tal-veterinarju uffiċjali. Għal dan l-iskop, dan ta’ l-aħħar għandu jissorvelja: (a) l-immarkar tas-saħħa tal-laħam; (b) it-tikketti u l-materjal tat-tkebbib meta mmarkat kif previst f’dan il-Kapitolu. 66. Il-marka tas-saħħa għandha tinkludi: (a) għal laħam imgeżwer f’unitajiet individwali jew għal pakketti żgħar, - fuq il-parti ta’ fuq, l-inizjali tal-pajjiż tal-kunsinna f’ittri kapitali (jiġifieri wieħed minn dawn li ġejjin): B, DK, D, EL, E, F, IRL, I, L, NL, P, UK, - fin-nofs, in-numru ta’ l-approvazzjoni tal-veterinarju ta’ l-istabbiliment jew, meta approprjat, il-post tat-tqattigħ jew iċ-ċentru tat-tkebbib mill-ġdid, - fuq il-parti t’isfel, wieħed minn dawn is-settijiet ta’ inizjali: CEE, EOEF, EWG, EOK, KEE, jew EEG. L-ittri u l-figuri għandhom ikunu 0,2 ċentimetri għoljin; (b) għal pakketti kbar, marka ovali ta’ mill-anqas 6,5 cm wiesgħa b’4,5 cm għoli, inkluża l-informazzjoni elenkata taħt (a). L-ittri għandhom ikunu mill-anqas 0,8 cm għoljin u l-figuri mill-anqas 1 cm għoljin. Il-marka tas-saħħa tista’, barra minn hekk, tinkludi indikazzjoni li tippermetti lill-veterinarju li jkun wettaq l-ispezzjoni tas-saħħa tal-laħam li jiġi identifikat. Il-materjal użat għall-immarkar għandu jissodisfa l-ħtiġiet kollha ta’ l-iġene u l-informazzjoni msemmija f’(a) għandha tidher fuq din il-marka f’forma perfettament leġibbli. 67. (a) Il-marka tas-saħħa msemmija fil-punt 66 (a) għandha tkun magħmula: - fuq jew viżibbilment taħt tgeżwir jew ippakjar ieħor ta’ karkassi ppakkjati individwalment, - fuq karkassi li mhumiex ippakkjati individwalment bit-twaħħil ta’ siġill jew tikketta, li tkun tista’ tintuża darba biss, - fuq jew viżibbilment taħt tgeżwir jew ippakkjar ieħor ta’ partijiet ta’ karkassi jew interjuri mkebba fi kwantitajiet żgħar. (b) Il-marka tas-saħħa msemmija fil-punt 66 (b) għandha ssir fuq pakketti kbar li jkun fihom karkassi, partijiet ta’ karkassi jew interjuri mmarkati skond (a). (ċ) Meta l-marka tas-saħħa tkun tidher fuq it-tgeżwir jew l-ippakkjar: - din għandha tkun applikata b’tali mod hekk li tkun distrutta meta t-tgeżwir jew l-ippakkjar jinfetaħ, jew - it-tgeżwir jew l-ippakkjar għandhom ikunu ssiġilati b’tali mod li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw wara li jinfetħu. 68. Il-marka tas-saħħa ta’ karkassi, partijiet ta’ karkassi jew interjuri kif previst fil-punt 67 (a) m’għandiex tkun neċessarja fil-każijiet li ġejjin: 1. Kunsinni ta’ karkassi, inklużi dawk li kellhom partijiet imneħħija skond il-punt 53 (b) tal-Kapitolu IX, għandhom jintbagħtu minn biċċerija approvata lejn post approvat tat-tqattigħ hemmhekk soġġett għal dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) l-ippakkjar il-kbir li jkun fih laħam frisk tat-tjur għandu jġib, fuq is-superfiċi estern tiegħu, il-marka tas-saħħa skond it-tielet inċiż tal-punt 67 (a) u mal-punt 67 (ċ); (b) l-uffiċċju ta’ l-espedizzjoni għandu jżomm reġistru ta’ l-ammont, it-tip u d-destinazzjoni ta’ kunsinni mibgħuta skond din id-Direttiva; (ċ) il-post tat-tqattigħ tar-riċevitur għandu jżomm reġistru ta’ l-ammont, it-tip u l-oriġini tal-kunsinni riċevuti skond din id-Direttiva; (d) il-marka tas-saħħa fuq il-pakketti kbar għandha tinqered meta l-pakkett il-kbir ikun miftuħ fil-bini tat-tqattigħ taħt is-sorveljanza tal-veterinarju uffiċjali; (e) id-destinazzjoni u l-użu intiż tal-kunsinna għandhom jiġu indikati b’mod ċar fuq il-wiċċ estern tal-pakkett il-kbir skond dan il-punt u l-Anness VII. 2. Kunsinni ta’ karkassi, inklużi dawk li kellhom partijiet imneħħija skond il-punt 53 (b) tal-Kapitolu IX, partijiet ta’ karkassi u l-interjuri li ġejjin: qlub, fwied u ħawsli, għandhom jintbagħtu minn biċċerija approvata, post tat-tqattigħ jew ċentru ta’ tkebbib mill-ġdid lejn stabbiliment tal-laħam jew ta’ prodotti tal-laħam għal trattament soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) l-ippakjar il-kbir li jkun fih laħam frisk tat-tjur għandu jkollu, fuq il-wiċċ estern tiegħu, il-marka tas-saħħa skond it-tielet inċiż tal-punt 67 (a) u mal-punt 67 (ċ); (b) l-uffiċċju ta’ l-espedizzjoni għandu jżomm reġistru ta’ l-ammont, it-tip u d-destinazzjoni ta’ kunsinni mibgħuta skond din id-Direttiva; (ċ) l-istabbiliment riċevitur tal-laħam u tal-prodotti tal-laħam għandu jżomm reġistru ta’ l-ammont, it-tip u l-oriġini ta’ kunsinni riċevuti skond din id-Direttiva; (d) meta laħam frisk tat-tjur ikun intiż għal użu fi prodotti tal-laħam għal kummerċ intra-Komunitarju, il-marka tas-saħħa tal-pakketti l-kbar għandha tinqered meta l-pakkett il-kbir jinfetaħ fi stabbiliment taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti; (e) id-destinazzjoni u l-użu intiż tal-kunsinna għandu jkun indikat ċar fuq il-wiċċ estern tal-pakkett il-kbir bi skond dan il-punt u ma’ l-Anness VII. 3. Kunsinni ta’ karkassi, inklużi dawk li kellhom partijiet minnhom imneħħija skond il-punt 53 (b) tal-Kapitolu IX, għandhom jintbagħtu minn biċċerija approvata, ċentru tat-tkebbib mill-ġdid jew post ta’ tqattigħ lejn ristoranti, canteens u istituzzjonijiet għal fornitura diretta lill-utent finali wara trattament bis-sħana, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) l-ippakkjar li jkun fih laħam frisk tat-tjur għandu jkollu, fuq il-wiċċ estern tiegħu, il-marka tas-saħħa skond it-tielet inċiż tal-punt 67 (a) u tal-punt 67 (ċ); (b) l-uffiċċju ta’ l-espedizzjoni għandu jżomm reġistru ta’ l-ammont, it-tip u d-destinazzjoni tal-kunsinni mibgħuta skond din id-Direttiva; (ċ) il-ħanut reċipjent għandu jżomm reġistru ta’ l-ammont, it-tip u l-oriġini ta’ kunsinni riċevuti skond din id-Direttiva; (d) il-ħwienet għandhom ikunu suġġetti għal kontroll mill-awtorità kompetenti, li għandha tingħata aċċess għar-reġistri miżmuma; (e) id-destinazzjoni u l-użu intiż tal-kunsinna għandu jiġi indikat b’mod ċar fuq il-wiċċ estern tal-pakkett il-kbir skond dan il-punt u ma’ l-Anness VII. KAPITOLU XIII ĦAŻNA 69. - Wara t-tkessiħ previst fil-punt 41, laħam frisk tat-tjur għandu jinżamm f’temperatura li fl-ebda waqt ma tista’ taqbeż + 4 °C. - Laħam tat-tjur iffriżat għandu jinżamm f’temperatura li fl-ebda waqt qatt ma tista’ teċċedi - 12 °C. - Laħam frisk tat-tjur ippakkjat m’għandux jinħażen fl-istess kamra bħal laħam frisk mhux ippakkjat. KAPITOLU XIV IT-TKEBBIB U L-IPPAKKJAR TA’ LAĦAM FRISK 70. (a) L-ippakkjar (per eżempju kaxxi ta’ l-ippakkjar, kaxxi tal-kartun) għandu jissodisfa r-regoli kollha ta’ iġene, u partikolarment: - m’għandux jaltera l-karatteristiċi organolettiċi tal-laħam, - m’għandux ikun jista’ jittrasmetti lil-laħam sustanzi ta’ ħsara għas-saħħa umana, - għandu jkun b’saħħtu biżżejjed biex jassigura protezzjoni effettiva tal-laħam matul it-trasportazzjoni u t-tqandil; (b) l-ippakkjar m’għandux jerġa’ jiġi użat għal laħam sakemm dan ma jkunx magħmul minn materjali li jirreżistu l-korrużjoni li huma faċli biex jitnaddfu u li preċedentement ġew imnaddfa u disinfettati. 71. Meta qatgħat ta’ laħam frisk jew interjuri huma mkebba, din l-operazzjoni għandha titwettaq immedjatament wara t-tqattigħ u skond il-ħtiġiet ta’ l-iġene. It-tkebbib għandu jkun trasparenti u mingħajr kulur jew, fil-każ ta’ tkebbib trasparenti ikkulurit, iddisinjat b’tali mod hekk li jħalli li l-laħam jew l-interjuri parzjalment viżibbli. Għandu wkoll jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-ewwel u t-tieni inċiżi tal-punt 70 (a); ma jistax jerġa’ jintuża għat-tkebbib ta’ laħam. Partijiet ta’ tjur jew interjuri separati mill-karkassa għandhom dejjem jitkebbu b’kopertura protettiva soda u ssiġillata sewwa li tissodisfa l-kriterji li ġejjin. 72. Laħam imkebbeb għandu jkun ippakkjat. 73. Madanakollu, meta t-tkebbib jissodisfa l-kondizzjonijiet protettivi kollha ta’ l-ippakkjar dan ma jeħtieġx li jkun trasparenti u mingħajr kulur u t-tqegħid f’kontenitur ieħor mhuwiex neċessarju sakemm il-kondizzjonijiet l-oħra tal-punt 70 jiġu sodisfatti. 74. Operazzjonijiet ta’ tqattigħ, it-tneħħija ta’ l-għadam, it-tkebbib u l-ippakkjar jistgħu jsiru fl-istess kamra jekk l-ippakkjar ikun tat-tip li jista’ jerġa’ jintuża’ kif deskritt fil-punt 70 (b) jew soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) il-kamra għandha tkun kbira biżżejjed u hekk irranġata li l-iġene ta’ l-operazzjonijiet tkun assigurata; (b) l-ippakkjar u t-tkebbib għandhom jingħalqu f’kopertura protettiva ssiġillata immedjatament wara l-fabbrikazzjoni; din il-kopertura għandha tkun protetta minn ħsara waqt it-trasport lejn l-istabbiliment u maħżuna taħt kondizzjonijiet iġeniċi f’kamra separata fl-istabbiliment; (ċ) il-kmamar għall-ħażna tal-materjal ta’ l-ippakkjar għandhom ikunu liberi minn trab u insetti u ġrieden u ma jkollhom l-ebda konnessjoni ma’ l-arja ma’ kmamar li jkun fihom sustanzi li jistgħu jikkontaminaw il-laħam frisk. L-ippakkjar m’għandux jinħażen fl-art; (d) l-ippakkjar għandu jinbena taħt kondizzjonijiet iġeniċi qabel ma jinġieb fil-kamra; (e) l-ippakkjar għandu jkun iġenikament miġjub fil-kamra u użat mingħajr dewmien. M’għandux jiġi mqandel mill-personal li jittratta laħam frisk; (f) immedjatament wara l-ippakkjar, il-laħam għandu jitqiegħed fil-kamra tal-ħażna provduta. 75. L-ippakjar imsemmi f’dan il-Kapitolu jista’ jkun fih biss laħam frisk imqatta’ tat-tjur. KAPITOLU XV TRASPORT 76. Laħam frisk għandu jiġi ttrasportat f’mezzi ta’ trasport provduti b’sistema ermetika ta’ għeluq jew, fil-każ ta’ laħam frisk importat skond id-Direttiva 90/675/KEE jew laħam frisk li jkun fi transitu tul it-territorju ta’ pajjiż terz, f’mezzi ssiġillati tat-trasport, iddiżinjati u mgħammra b’tali mod li t-temperaturi speċifikati fil-Kapitolu XIII jinżammu tul it-trasportazzjoni. 77. Mezzi tat-trasport intiżi għat-trasport ta’ dan il-laħam għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin: (a) l-uċuħ interni tagħhom għandhom ikunu lixxi u faċli li jitnaddfu u jiġu disinfettati; (b) għandhom ikunu pprovduti b’apparat effiċjenti għall-protezzjoni tal-laħam kontra insetti u trab u m’għandux jgħaddi ilma minnhom. 78. Mezzi tat-trasport intiżi għat-trasport ta’ laħam ma jistgħu fl-ebda każ jintużaw għat-trasport ta’ annimali ħajjin jew xi prodotti li aktarx jaffettwaw jew jikkontaminaw il-laħam. 79. L-ebda prodott ieħor li aktar jaffettwa l-iġene tal-laħam tat-tjur jew li jkun jista’ jikkontaminah ma jista’ jkun ittrasportat fl-istess waqt mal-laħam fl-istess mezzi tat-trasport. Laħam ippakkjat għandu jkun ittrasportat f’mezzi separati tat-trasport minn laħam li ma jkunx ippakkjat sa kemm, fl-istess mezzi tat-trasport, separazzjoni fiżika adegwata tkun ipprovduta hekk li tipproteġi l-laħam mhux ippakjat. 80. Laħam frisk tat-tjur ma jistax ikun ittrasportat f’vettura jew container li mhuwiex nadif u li ma ġiex disinfettat. 81. L-operatur ta’ l-impjant, il-proprjetarju jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jassiguraw li l-vetturi tat-trasport u l-kondizzjonijiet tat-tagħbija jkunu tali li jippermettu li l-ħtiġiet ta’ l-iġene ta’ dan il-Kapitolu jiġu sodisfatti. Membru tal-grupp ta’ l-ispezzjoni previst fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 8 (2) ta’ din id-Direttiva għandu jivverifika li jkun hemm konformità ma din id-disposizzjoni. [1] ĠU Nru L 229, 30. 8. 1980, p. 11. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU Nru L 377, 31. 12. 1991, p. 48). [2] ĠU Nru L 340, 11. 12. 1991, p. 17. [3] ĠU Nru L 275, 26. 9. 1986, p. 36. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 89/187/KEE (ĠU Nru L 66, 10. 3. 1989, p. 37). -------------------------------------------------- ANNESS II KAPITOLU I KONDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ STABBILIMENTI TA’ KAPAĊITÀ BAXXA Stabbilimenti ta’ kapaċità baxxa għandu jkollhom mill-anqas: 1. fi kmamar fejn il-laħam frisk ikun prodott u maħdum: (a) art li minnha ma jgħaddix ilma li tkun faċli biex tinħasel u tiġi disinfettata, li ma ssewwisx u stabbilita b’tali mod hekk li tiffaċilita t-tisfija ta’ ilma; l-ilma għandu jkun iggwidat lejn drenaġġi mgħammra bi gradilji u sifuni biex jiġu pprevenuti l-irwejjaħ; (b) ħitan lixxi, resistenti, impermeabbli, b’kisi ċar, li jinħasel sa għoli ta’ mill-anqas żewġ metri. Madanakollu, l-użu ta’ ħitan ta’ l-injam fil-kmamar imsemmija fil-punt 16 tal-Kapitolu IV ta’ l-Anness I ma jikkostitwux bażi għall-irtirar ta’ l-approvazzjoni sakemm dawn inbnew qabel l-1 ta’ Jannar 1994; (ċ) bibien faċli li jitnaddfu, ta’ materjal li ma jsewwisx u mingħajr riħa. Meta l-laħam jinħażen fl-istabbiliment ikkonċernat, dak l-istabbiliment għandu jkollu post ta’ ħażna li jissodisfa l-ħtiġiet imsemmija qabel; (d) materjali ta’ insulazzjoni li ma jsewsux u mingħajr riħa; (e) ventilazzjoni adegwata u jekk neċessarju estrazzjoni tajba tal-fwar; (f) dawl naturali jew artifiċjali adegwat li ma jidistorċix il-kuluri; 2. (a) viċin kemm jista’ jkun tal-postazzjonijiet tax-xogħol, numru suffiċjenti ta’ faċilitajiet għat-tindif u d-disinfettar ta’ l-idejn u għat-tindif ta’ l-għodod b’ilma jaħraq. Għall-ħasil ta’ l-idejn, dawn il-faċilitajiet għandu jkollhom ilma ġieri jaħraq u kiesaħ jew ilma mħallat minn qabel f’temperatura addattata, prodotti ta’ tindif u disinfettar u mezzi iġeniċi għat-tnixxif ta’ l-idejn; (b) faċilitajiet fuq il-post jew fi kmamar biswit għad-disinfettar ta’ għodod, b’ilma sħun fornut f’mhux anqas minn 82 °C; 3. arranġamenti approprjati għall-protezzjoni kontra insetti u ġrieden; 4. (a) strumenti u tagħmir tax-xogħol bħalma huma mwejjed tat-tqattigħ, imwejjed tat-tqattigħ b’uċuħ li jinqalgħu, containers, ċineġ li jittrasportaw u srieraq, magħmula minn materjal li jirreżisti l-korrużjoni, li x’aktarx ma jtebbax il-laħam, u faċli li jiġi disinfettat. L-użu ta’ l-injam huwa pprojbit; (b) armar u tagħmir li jirreżistu l-korrużjoni u li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-iġene għal: - immaneġġjar tal-laħam, - ħażna tal-kontenituri tal-laħam, hekk li la l-laħam u anqas il-kontenituri ma jiġu f’kuntatt dirett ma’ l-art jew il-ħitan; (ċ) kontenituri speċjali li minnhom ma jgħaddix l-ilma u li jirreżistu l-korrużjoni, b’għotjien u għeluq li jipprevjenu lil persuni mhux awtorizzati li jneħħu xi affarijiet minnhom, għaż-żamma tal-laħam li ma jkunx intiż għall-konsum uman; dan il-laħam għandu jitneħħa jew jiġi distrutt fit-tmiem ta’ kull jum utli; 5. tagħmir ta’ refriġerazzjoni biex tinżamm it-temperatura interna tal-laħam fil-livelli meħtieġa b’din id-Direttiva. Dan it-tagħmir għandu jinkludi sistema ta’ drenaġġ konnessa ma’ katusi ta’ ilma ta’ skart li ma jippreżenta l-ebda riskju ta’ kontaminazzjoni tal-laħam; 6. fornitura adegwata bi pressa ta’ ilma tajjeb għax-xorb fis-sens tad-Direttiva 80/778/KEE. Madankollu, ilma mhux tajjeb għax-xorb huwa awtorizzat f’każijiet eċċezzjonali għall-produzzjoni ta’ fwar, tifi tan-nar u tkessiħ ta’ apparat tar-refriġerazzjoni, sakemm il-katusi installati għal dan l-iskop jipprekludu l-użu ta’ dan l-ilma għal skopijiet oħta u ma jippreżentaw l-ebda riskju ta’ kontaminazzjoni ta’ laħam frisk. Kanen ta’ ilma mhux tajjeb għax-xorb għandhom ikunu distinti b’mod ċar minn dawk użati għall-ilma tax-xorb; 7. fornitura adegwata ta’ ilma jaħraq għax-xorb fis-sens tad-Direttiva 80/778/KEE; 8. sistema għar-rimi iġeniku ta’ ilma ta’ skart; 9. mill-anqas mejjilla waħda tal-ħasil u lavatory bi flushing. Dan ta’ l-aħħar m’għandux jiftaħ direttament għal fuq il-kmamar tax-xogħol. Il-mejjilli tal-ħasil għandu jkollhom ilma ġieri jaħraq u kiesaħ jew ilma imħallat minn qabel f’temperatura addattata, materjali iġeniċi għat-tindif u d-disinfettar ta’ l-idejn u mezzi iġeniċi għat-tnixxif ta’ l-idejn. Il-mejjilla tal-ħasil għandha tkun viċin il-lavatories. KAPITOLU II KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ BIĊĊERIJI TA’ KAPAĊITÀ BAXXA 10. Barra mill-ħtiġiet ġenerali, biċċeriji ta’ kapaċità baxxa għandu jkollhom mill-anqas: (a) kamra tal-biċċerija kbira biżżejjed fejn it-tjur ikunu storduti u żvinati minn naħa l-waħda, u mnittfa u mismuta minn naħa l-oħra, li għandhom jitwettqu f’postijiet separati; (b) fil-kamra tal-qtil, ħitan li jistgħu jinħaslu sa għoli ta’ mill-anqas żewġ metri jew sas-saqaf; (ċ) kamra ta’ evixxerazzjoni u preparazzjoni li tkun kbira biżżejjed biex l-evixxerazzjoni titwettaq f’post suffiċjentement ’il bogħod minn postazzjonijiet oħrajn tax-xogħol, jew separata minnhom b’paraventu, sabiex tkun ipprevenuta l-kontaminazzjoni; (d) kamra ta’ refriġerazzjoni ta’ kapaċità biżżejjed fir-rigward tad-daqs u t-tip ta’ annimali maqtula, bi, fi kwalunkwe każ, sezzjoni separata li tissakkar ta’ daqs minimu rriservata għall-osservazzjoni tal-karkassi li jkunu qed jiġu analizzati. Derogi minn din il-ħtieġa jistgħu jingħataw mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta’ każ b’każ meta l-laħam jitneħħa immedjatament minn dawn il-biċċeriji għal kunsinna f’impjanti tat-tqattigħ jew ħwienet tal-laħam fil-viċinanza immedjata tal-biċċerija, sakemm dik it-trasportazzjoni ma ddumx aktar minn siegħa waħda. 11. Annimali miġjuba fil-kamra tal-qtil għandhom ikunu immedjatament maqtula wara li jiġu storduti, ħlief fil-każ ta’ qatla skond rit reliġjuż. 12. Annimali morda jew issuspettati m’għandhomx jinqatlu fl-istabbiliment ikkonċernat ħlief meta tingħata deroga mill-awtorità kompetenti. Meta tingħata deroga, il-qatla għandha ssir taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti u għandhom jittieħdu passi biex tiġi pprevenuta l-kontaminazzjoni; il-post għandu jitnaddaf b’mod speċjali u jiġi disinfettat taħt sorveljanza uffiċjali qabel ma jerġa’ jintuża. -------------------------------------------------- ANNESS III KWALIFIKI PROFESSJONALI TA’ AWŻILJARJI 1. Biss kandidati li jagħtu xhieda li: (a) segwew kors teoretiku, inklużi demostrazzjonijiet f’laboratorju, awtorizzati mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri fis-suġġetti msemmija fil-punt 3 (a); (b) irċevew taħriġ prattiku taħt is-sorveljanza ta’ veterinarju uffiċjali għandhom ikunu eliġibbli għat-test imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8 (2) ta’ din id-Direttiva. It-taħriġ prattiku għandu jseħħ fil-biċċeriji, impjanti tat-tqattigħ, imħażen tal-kesħa u postijiet ta’ spezzjoni għal laħam frisk jew, ispezzjoni ta’ qabel il-qatla, f’azjenda. 2. Madankollu, awżiljarji li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-Anness III tad-Direttiva 64/433/KEE jistgħu isegwu kors ta’ taħriġ fejn il-parti teoretika titnaqqas għal erba’ ġimgħat. 3. It-test imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8 (2) ta’ din id-Direttiva għandu jikkonsisti f’parti teoretika u parti prattika u għandu jkopri s-suġġetti li ġejjin: (a) għall-ispezzjoni ta’ azjendi: (i) parti teoretika: - familjarità ma’ l-industrija tat-tjur - organizzazzjoni, sinifikat ekonomiku, metodi ta’ produzzjoni, kummerċ internazzjonali, eċċ., - anatomija u patoloġija ta’ tjur, - tagħrif bażiku dwar mard - virus, bakterja, parassiti, eċċ., - monitoraġġ għal mard u l-użu ta’ prodotti/vaċċini mediċinali u testijiet għal residwi, - ispezzjoni iġenika u tas-saħħa, - assistenza fir-razzett, tul it-trasport u fil-biċċerija, - kontrolli ambjentali - fil-bini, fl-irziezet u in ġenerali, - regoli nazzjonali u internazzjonali, - attitudni tal-konsumatur u kontroll tal-kwalità; (ii) il-parti prattika: - żjajjar lejn irziezet ta’ tipi differenti u metodi differenti tat-tkabbir, - żjajjar lejn stabbilimenti ta’ produzzjoni, - it-tagħbija u l-ħatt ta’ mezzi ta’ trasport, - żjajjar lejn laboratorji - kontrolli veterinarji, - dokumentazzjoni, - esperjenza prattika; (b) għal spezzjoni f’biċċeriji: (i) parti teoretika: - tagħrif bażiku dwar anatomija u fiżjoloġija ta’ annimali maqtula, - tagħrif bażiku ta’ patoloġija ta’ annimali maqtula, - tagħrif bażiku ta’ anatomija patoloġika ta’ annimali maqtula, - tagħrif bażiku ta’ iġene u partikolarment iġene ndustrijali, tal-qatla, l-iġene tat-tqattigħ u l-ħażna u l-iġene tax-xogħol, - tagħrif metodi u proċedura għal qatla, ispezzjoni, preparazzjoni, tkebbib, ippakkjar u trasport ta’ laħam frisk, - tagħrif tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw it-twettiq tax-xogħol tagħhom, - proċeduri biex jittieħdu l-kampjuni; (ii) il-parti prattika: - l-ispezzjoni u l-istima ta’ annimali maqtula, - id-determinazzjoni ta’ speċi ta’ annimali permezz ta’ eżami ta’ partijiet tipiċi ta’ l-annimal, - determinazzjoni ta’ numru ta’ partijiet ta’ annimali maqtula li fihom ikun seħħ kambjament, u kummenti dwar dawn, - ispezzjoni post mortem f’biċċerija, - kontroll ta’ l-iġene, - kampjuni meħuda. -------------------------------------------------- ANNESS IV +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS V +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS VI +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS VII +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------