31991L0338



Official Journal L 186 , 12/07/1991 P. 0059 - 0063
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0198
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0198


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-18 ta’ Ġunju 1991

li temenda għall-10 darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

(91/338/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1];

F’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi għandhom jiġu adottati miżuri biex jistabbilixxu progressivament is-suq intern fuq perjodu ta’ żmien li jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern jikkomprendi area mingħajr fruntieri interni li fiha huwa żgurat il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital;

Billi r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 1988 [4] tistieden lill-Kummissjoni sabiex issegwi mingħajr dewmien l-iżvilupp tal-miżuri speċifiċi għal programm Komunitarju ta’ azzjoni li jikkumbatti t-tniġġiż ta’ l-ambjent mill-kadmju; billi għandha tiġi wkoll protetta s-saħħa tal-bniedem u għalhekk għandha tiġi implimentata strateġija ġenerali li tirrestrinġi b’mod partikolari l-użu tal-kadmju u li tistimula r-riċerka fis-sostituti tiegħu;

Billi qegħdin isiru avvanzi fit-tagħrif u fit-teknika rigward is-sostituti; billi għalhekk huwa aħjar li tiġi stmata mill-ġdid u sistematikament is-sitwazzjoni fid-dawl tar-riżultati ta’ l-istudji xjentifiċi u tekniċi pprovduti fir-riżoluzzjoni msemmija;

Billi l-klorur tal-polivinil (il-PVC) ma jistax jiġi kkulurit bl-użu ta’ koloranti bbażati fuq il-kadmju; billi, għal ċerti applikazzjonijiet partikolari, l-użu ta’ stabbilizzatur ibbażat fuq il-kadmju għadu meħtieġ fl-istat korrenti tat-teknoloġija;

Billi r-restrizzjonijiet li diġà ġew adottati minn ċerti Stati Membri dwar l-użu u l-marketing tas-sustanzi msemmija hawn fuq jew tal-preparazzjonijiet li jkun fihom dawn is-sustanzi jaffettwaw direttament l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern; billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġu approssimati il-liġijiet ta’ l-Istati Membri f’dan il-qasam u li jiġi emendat, kif jixraq, l-Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/678/KEE [6],

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE huwa hawnhekk emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva. Madankollu, id-dispożizzjonijiet il-ġodda m’għandhomx japplikaw għall-prodotti li fihom il-kadmju li huma diġà koperti b’leġislazzjoni Komunitarja oħra.

L-Artikolu 2

Minħabba l-iżvilupp fit-tagħrif u tat-teknika rigward is-sostituti inqas perikolużi mill-kadmju u l-komposti tiegħu, il-Kummissjoni għandha, f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, terġa’ tistma s-sitwazzjoni għall-ewwel darba fi żmien tliet snin mid-data riferita fl-Artikoli 3(1) u sussegwentement f’intervalli regolari taż-żmien skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 2a tad-Direttiva 76/769/KEE.

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mil-31 ta’ Diċembru 1992. Għandhom jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

2. Meta L-Istat Membri jadottaw il-miżuri riferiti fil-paragrafu 1, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkazjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-18 ta’ Ġunju 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Wohlfart

[1] ĠU C 8, ta’ l-1.1.1990, p. 8 u l-emenda kkomunikata fis-26 ta’ Novembru 1990.

[2] ĠU C 260, tal-15.10.1990, p. 92 u ĠU C 129, tal-20.5.1991.

[3] ĠU C 112, tas-7.5.1990, p. 1.

[4] ĠU C 30, ta’ l-4.2.1988, p. 1.

[5] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201.

[6] ĠU L 398, tat-30.12.1989, p. 24.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Is-sustanzi li ġejjin huma miżjuda ma’ l-Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE:

"24.Il-Kadmju (Nru tas-SAK 7440-43-9) u l-komposti tiegħu | 1.1Ma jistgħux jintużaw biex jagħtu l-kulur lil prodotti lesti ffabbrikati mis-sustanzi u l-preparazzjonijiet elenkati hawn taħt. |

—il-klorur tal-polivinil (PVC) | [3904 10] [3904 21] [3904 22] | |

—il-poli-uretan (PUR) | [3909 50] |

—il-polietilene ta’ densità baxxa (ld PE), bl-eċċezzjoni tal-polietilene ta’ densità baxxa wżat fil-fabbrikazzjoni tal-masterbatch kkulurit | [3901 10] |

—l-aċetat taċ-ċellulosi (CA) | [3912 11] [3912 12] |

—il-butirat aċetat taċ ċellulosi (CAB) | [3912 11] [3912 12] |

—ir-reżini epossidi | [3907 30] |

F’kull każ, ikun xi jkun l-użu jew il-għan aħħari maħsub tagħhom, il-prodotti lesti jew il-komponenti tal-prodotti ffabbrikati mis-sustanzi u l-preparazzjonijiet elenkati hawn fuq, mogħtija l-kulur bil-kadmju, ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq jekk il-kontenut tagħhom tal-kadmju (espress bħala metall Cd) jaqbeż iż-0,01 % fil-massa tal-materjal plastiku. |

1.2.It-Taqsima 1.1. tapplika wkoll mill-31 ta’ Diċembru 1995 għal: |

(a)il-prodotti lesti ffabbrikati mis-sustanzi u l-preparazzjonijiet li ġejjin: |

—ir-reżini tal-melamin - formaldeid (MF) | [3909 20] | |

—ir-reżini ta’ l-urea - formaldeid (UF) | [3909 10] |

—il-poliesteri mhux saturati (UP) | [3907 91] |

—it-tereftalat tal-polietileni (PET) | [3907 60] |

—it-tereflalat tal-polibutilene (PBT) | |

—il-polistirene trasparenti/għall-użu ġenerali | [3903 11] [3903 19] |

—il-metilmetakrilat akrilonitril (AMMA) | |

—il-polietilene immaljat salib (VPE) | |

—il-polistirene ta’ impatt qawwi | |

—il-polipropilene (PP) | [3902-10] |

(b)tipi ta’ żebgħa | [3208] [3209] |

Madankollu, jekk it-tipi taż-żebgħa jkollhom kontenut għoli taż-żingu, il-konċentrazzjoni residwa tal-kadmju trid tkun baxxa kemm jista’ jkun u, fil-każi kollha, ma tridx taqbeż iż-0,1 % fil-massa. |

1.3Madankollu, it-Taqsimiet 1.1. u 1.2. ma japplikawx għall-prodotti li jridu jingħataw il-kulur għal raġunijiet ta’ salvagward. |

2.1.Ma jistgħux jintużaw biex jistabbilizzaw il-prodotti lesti elenkati hawn taħt iffabbrikati mill-polimeri jew il-kopolimeri tal-klorur tal-vinil: |

—il-materjali ta’ l-imballaġġ (il-boroż, il-kontenituri, il-fliexken, il-għotjien) | [3923 29 10] [3920 41] [3920 42] | |

—il-provvisti għall-uffiċċji jew l-iskejjel | [3926 10] |

—it-tagħmir għall-għamara, il-bini tal-vetturi tal-passiġġieri, jew bħal dawn | [3926 30] |

—l-oġġetti tal-lbies u l-aċċessorji tal-ħwejjeġ tal-lbies (inklużi l-ingwanti) | [3926 20] |

—il-għata ta’ l-art u tal-ħitan | [3918 10] |

—id-drappijiet tat-tessut mimlija, miksija, mgħottija jew illaminati | [5903 10] |

—l-imitazzjoni tal-ġild | [4202] |

—id-diski tal-grammofonu | [8524 10] |

—it-tubi, il-kanen u l-oġġetti tat-twaħħil tagħhom | [3917 23] |

—swing doors | |

—il-vetturi għat-trasport bit-triq (fuq ġewwa, fuq barra u minn taħt) | |

—il-kisi ta’ folji ta’ l-azzar użati fil-kostruzzjoni jew fl-industrija | |

—l-insulazzjoni għall-fili ta’ l-elettriku | |

F’kull każ, ikun xi jkun l-użu jew il-għan aħħari maħsub tagħhom, huwa pprojbit it-tqegħid fis-suq tal-prodotti lesti msemmija hawn fuq jew il-komponenti tal-prodotti lesti ffabbrikati mill-polimeri jew mill-kopolimeri tal-klorur tal-vinil, stabbilizzati b’sustanzi li jkun fihom il-kadmju, jekk il-kontenut tagħhom tal-kadmju (espress bħala metall Cd) jaqbeż iż-0,01 % fil-massa tal-polimeru. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 1994. |

2.2.Madankollu, it-Taqsima 2.1 ma tapplikax għall-propdotti lesti li jużaw stabbilizzaturi bbażati fuq il-kadmju għal raġunijiet ta’ sigurtà. |

3.Fit-tifsira ta’ din id-Direttiva, "banju tal-kadmju" tfisser kull depożitu jew kisi bil-metall tal-kadmju ta’ wiċċ tal-metall. |

3.1.Ma jistgħux jintużaw għall-ibbanjar bil-kadmju il-prodotti metalliċi jew komponenti tal-prodotti wżati fis-setturi/l-applikazzjonijiet elenkati hawn taħt. |

(a)it-tagħmir u l-makkinarju għal: |

—il-produzzjoni ta’ l-ikel | [8210] | |

[8417 20] |

[8419 81] |

[8421 11] |

[8421 22] |

[8422] |

[8435] [8437] [8438] |

[8476 11] |

—l-agrikoltura | [8419 31] |

[8424 81] |

[8432] [8433] |

[8434] [8436] |

—it-tkessiħ u l-iffriżar | [8418] |

—l-istampar u l-legatura | [8440] |

[8442] |

[8443] |

(b)it-tagħmir u l-makkinarju għall-produzzjoni ta’: |

—l-oġġetti tad-dar | [7321] | |

[8421 12] |

[8450] |

[8509] |

[8516] |

—il-għamara | [8465] [8466] |

[9401] [9402] |

[9403] [9404] |

—t-tagħmir sanitarju | [7324] |

—l-impjanti tas-sħana ċċentralizzata u l-impjanti ta’ l-arja kkondizzjonata | [7322] |

[8403] [8404] |

[8415] |

F’kull każ, ikun xi jkun l-użu jew il-għan aħħari tagħhom, it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bbanjati bil-kadmju jew il-komponenti ta’ dawn il-prodotti wżati fis-setturi/applikazzjonijiet elenkati fil-(a) u fil-(b) ta’ hawn fuq u għall-prodotti ffabbrikati fis-setturi elenkati fil-(b) ta’ hawn fuq huma pprojbiti. |

3.2.Id-dispożizzjonijiet riferiti fit-Taqsima 3.1 huma wkoll applikabbli mit-30 ta’ Ġunju 1995 għall-prodotti bbanjati bil-kadmju jew il-komponenti ta’ dawn il-prodotti meta wżati fis-setturi/applikazzjonijiet elenkati fil-(a) u fil-(b) ta’ hawn taħt u għall-prodotti ffabbrikati fis-setturi elenkati fil-(b) ta’ hawn taħt: |

(ċ)it-tagħmir u l-makkinarju għall-produzzjoni ta’: |

—il-karti u l-kartun | [8419 32] | |

[8439] |

[8441] |

—it-tessuti u l-ħwejjeġ tal-lbies | [8444] |

[8445] [8447] |

[8448] [8449] [8451] |

[8452] |

(d)it-tagħmir u l-makkinarju għall-produzzjoni ta’: |

—it-tagħmir industrijali tat-tqandil u l-makkinarju | [8425] [8426] [8427] | |

[8428] |

[8429] |

[8430] |

[8431] |

—il-vetturi tat-triq u agrikoli | [il-kapitolu 87] |

—it-trenijiet | [il-kapitolu 86] |

—il-bastimenti | [il-kapitolu 89] |

3.3.Madankollu, it-Taqsimiet 3.1 u 3.2. ma japplikawx għal:il-prodotti u l-komponenti tal-prodotti wżati fis-setturi ta’ l-aeronatwika, aerospazjali, il-minjieri, xogħol ’il barra mix-xtut u nukleari li l-applikazzjonijiet tagħhom jeħtieġu standards għolja ta’ sigurtà u fil-mezzi ta’ sigurtà fil-vetturi tat-triq u agrikoli, fit-trenijiet u fuq il-bastimenti,il-kuntatti ta’ l-elettriku f’kull settur ta’ l-użu, minħabba l-affidabilità meħtieġa mill-apparat li fihom ikunu stallati. |

--------------------------------------------------