31990R3071



Official Journal L 295 , 26/10/1990 P. 0004 - 0004
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0106
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0106


IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3071/90

tat-22 ta' Ottubru 1990

li jerġa' jemenda Artikoli 6 u 17 tal-Protokoll li jirrigwarda l-kunċett ta' prodotti li joriġinaw' u l-metodi tal-kooperazzjoni amministrattiva għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Lebaniża

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Lebaniża ([1]) kien iffirmat fit-3 ta' Mejju 1977 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1978;

Billi Artikolu 6 tal-Protokoll li jirrigwarda d-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw' u l-metodi tal-kooperazzjoni amministrattiva ([2]) mehmuża mal-Ftehim imsemmi (minn issa l quddiem imsejjaħ il-Protokoll'), kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/81 ([3]) tal-Kunsill ta' Koperazzjoni, jipprovdi illi, fil-każ ta' bidla awtomatika fid-data bażi li tapplika għall-ammonti espressi fl-ecu, il-Komunità tista' ddaħħal ammonti riveduti meta meħtieġ;

Billi l-valur ekwivalenti ta' l-ecu f'ċerti muniti korrenti nazzjonali fl-1 ta' Ottubru 1988 kien inqas mill-valur korrispondenti fl-1 ta' Ottubru 1986; billi l-bidla awtomatika fid-data bażi, fil-każ tal-konverżjoni fil-muniti korrenti nazzjonali interessati, ikollha l-effett li tnaqqas il-limiti li jippermettu l-preżentazzjoni ta' xhieda dokumentarja ssimplifikata; billi, għalbiex jiġi evitat dan l-effett, huwa meħtieġ li jiżdiedu l-limiti espressi fl-ecu;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Protokoll huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Fit-tieni subparagrafu ta' Artikolu 6(1), iċ-ċifra ECU 2 590' għandha tiġi mibdula biċ-ċifra ECU 2 820';

2. F'Artikolu 17(2), iċ-ċifra ECU 180' għandha tiġi mibdula biċ-ċifra ECU 200" u ċ-ċifra ECU 515' biċ-ċifra ECU 565'.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1990.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-22 ta' Ottubru 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DE MICHELIS

Proofread by Stephen Zammit

[1] ĠU L 267, tas-27.9.1978, p. 2.

[2] ĠU L 266, tas-27.9.1978, p. 24.

[3] ĠU L 357, tat-12.12.1981, p. 4.