31990L0377



Official Journal L 185 , 17/07/1990 P. 0016 - 0024
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0236
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0236


Direttiva tal-kunsill

tad-29 ta' Ġunju 1990

li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u ta' l-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali

(90/377/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 213 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi trasparenza fil-prezzijiet ta' l-enerġija, sa l-estent li ssaħħaħ il-kondizzjonijiet li jassiguraw li l-kompetizzjoni fis-suq komuni ma tkunx imfixxkla, hija essenzali għall-kisba u għall-ħidma mingħajr skossi tas-suq intern ta' l-enerġija;

Billi t-trasparenza tista' tgħin sabiex titneħħa diskriminazzjoni kontra utenti, billi tiżdiedilhom il-liberta' li jagħżlu bejn sorsi ta' enerġija differenti u bejn fornituri differenti;

Billi, fil-preżent, il-grad ta' trasparenza jvarja minn sorsi ta' l-enerġija u minn pajjiż jew reġjun Komunitarju u ieħor, b' mod li tpoġġi f'dubju l-kisba ta' suq intern ta' l-enerġija;

Billi, b'dana kollu, il-prezz imħallas mill-industrija fil-Komunità għall-enerġija li hija tuża huwa wieħed mill-fatturi li jinfluwenzaw il-kompetittitività u għandu għalhekk jibqa' kunfidenzali;

Billi s-sistema ta' konsumaturi normali użata mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (SOEC) fil-pubblikazzjonijiet ta' prezzijiet tiegħu, u s-sistema ta' prezzijiet tas-suq li għandha tkun introdotta għall-utenti industrijali ewlenin ta' l-elettriku għandha tassigura li t-trasparenza ma tkunx ta' xkiel għall-kunfidenzalità;

Billi huwa meħtieġ li l-medda tal-kategoriji ta' konsumaturi wżati mill-SOEC sal-limiti li l-konsumaturi jibqgħu rappresentattivi;

Billi b'dan il-mod it-trasparenza fil-prezz ta' l-utenti finali tista tkun milħuqha mingħajr ma tipperikola l-ħtieġa tal-konfidenzalità tal-kuntratti; billi sabiex tkun rispettata l-kunfidenzalità jeħtieġ li jkun hemm mill-anqas tlett konsumaturi f'kategorija partikolari ta' konsum sabiex il-prezz ikun ippublikat;

Billi din l-informazzjoni li tirrigwarda l-gass u l-elettriku ikkunsmat mill-industrija għal l-utenti finali ta' l-enerġija, għandha tippermetti li jsiru wkoll paraguni ma' sorsi oħrajn ta' l-enerġija (żejt, faħam, sorsi ta' enerġija fossili u rinovabbli) u konsumaturi oħrajn;

Billi impriżi li jissupplixxu l-gass u l-elettriku kif ukoll konsumaturi industrijali tal-gass u ta' l-elettriku jibqgħu, indipendentement mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, bla ħsara għar-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat, u billi konsegwentement il-Kummissjoni tista' teħtieġ il-komunikazzjoni tal-prezzijiet u l-kondizzjonijiet tal-bejgħ;

Billi t-tgħarif dwar is-sistema tal-prezzijiet fis-seħħ tifforma parti mit-trasparenza tal-prezzijiet;

Billi t-tgħarif dwar l-analiżi sistematika tal-konsumaturi skond il-kategorija u skond l-ishma tas-suq rispettivi tagħhom tifforma wkoll parti mit-trasparenza tal-prezzijiet;

Billi l-komunikazzjoni lill-SOEC tal-prezzijiet u kondizzjonijiet ta'l-bejgħ lill-konsumaturi u s-sistemi ta' prezzijiet fis-seħħ, kif ukoll l-analiżi sistematika tal-konsumaturi skond il-kategorija ta'l-konsum għandha tinforma b'mod suffiċċjenti lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista' tiddeċiedi, skond il-ħtieġa, dwar l-azzjoni jew il-proposti xierqa fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq intern ta' l-enerġija;

Billi d-dettalji fornuti lill-SOEC ikunu aktar affidabbli jekk l-impriżi innifishom jikkumpilaw dawn id-dettalji;

Billi l-familjarità mat-tassazzjoni u l-imposti para-fiskali eżistenti f'kull Stat Membru hija importanti sabiex tassigura t-trasparenza fil-prezzijiet;

Billi għandu jkun possibbli li tkun verifikata l-affidabbilitaà ta' l-informazzjoni mogħtija lill-SOEC;

Billi l-kisba tat-trasparenza tippresupponi l-pubblikazzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta' prezzijiet u ta' sistemi tal-prezzijiet fost l-akbar firxa possibbli ta' konsumaturi;

Billi għall-implimentazzjoni tat-trasparenza fil-prezzijiet ta' l-enerġija, s-sistema għandha tkun ibbażata fuq l-esperjenza u fuq metodi pruvati, żviluppati u applikati mill-SOEC fir-rigward tal-ipproċessar, il-verifika u l-pubblikazzjoni tad-dettalji;

Billi, bil-prospett tal-kisba tas-suq intern ta' l-enerġija, is-sistema tat-trasparenza fil-prezzijiet għandha ssir operazzjonali kemm jista' jkun malajr possibbli;

Billi l-implimentazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva tista' sseħħ biss fl-Istati Membri kollha meta s-suq tal-gass naturali, partikolarment fir-rigward ta' l-infrastruttura, jkun laħaq livell suffiċċjenti ta' żvilupp,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw li impriżi li jissupplixxu l-gass jew l-elettriku lill-utenti finali industrijali, kif definiti fl-Annessi I u II, jikkomunikaw lill-SOEC skond il-forma ipprovduta fl-Artikolu 3:

1. il-prezzijiet u l-kondizzjonijeit tal-bejgħ tal-gass u ta' l-elettriku lill-utenti finali industrijali;

2. is-sistemi tal-prezzijiet fis-seħħ;

3. l-analiżi sistematika ta' konsumaturi u l-volumi korrispondenti skond il-kategorija tal-konsum sabiex jassiguraw li l-kategoriji jkunu rappresentattivi fuq livell nazzjonali.

Artikolu 2

1. L-impriżi referuti fl-Artikolu 1 għandhom jikkumpilaw id-dettalji li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 1(1) u (2), fl-1 ta' Jannar u fl-1 ta' Lulju ta' kull sena. Dawn id-dettalji, mħejjija b' mod konformi mad-dispożizzjonijiet referuti fl-Artikolu 3, għandhom jintbagħtu lill-SOEC u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fi żmien xahrejn.

2. Fuq il-bażi tad-dettalji referuti fil-paragrafu 1, il-SOEC għandha tippubblika kull Mejju u kull Novembru, f'forma xierqa, il-prezzijiet tal-gass u ta' l-elettriku għal utenti industrijali fl-Istati Membri u s-sistemi ta' prezzijiet użati għal dawk il-finijiet.

3. L-informazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1(3) għandha tintbagħat kull sentejn lill-SOEC u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-ewwel komunikazzjoni għandha tikkonċerna s-sitwazzjoni prevalenti fl-1 ta' Jannar 1991. Din l-informazzjoni m'għandhiex tkun ippubblikata.

Artikolu 3

Id-dispożizzjonijiet implimentattivi li jirrigwardaw il-forma, il-kontenut u l-karatteristiċi l-oħrajn kollha ta' l-informazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1 huma stabbiliti fl-Annessi I u II.

Artikolu 4

Il-SOEC m'għandhiex tiżvela d-dettalji mgħotija lilha bis-saħħa ta' l-Artikolu 1 li jistgħu, skond ix-xorta tagħhom, jkunu soġġetti għal kunfidenzalità kummerċjali. Tali dettalji statistiċi kunfidenzali li jkunu trasmessi lill-SOEC għandhom ikunu aċċessibbli biss għall-uffiċjali tal-SOEC u jistgħu jintużaw biss għal skopijiet statistiċi.

Din id-dispożizzjoni m'għandhiex, b'dana kollu, tfixkel il-pubblikazzjoni tad-dettalji ta' din ix-xorta f'forma aggregata li ma tippermettix l-identifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali individwali.

Artikolu 5

Meta l-SOEC tinnota li hemm anomaliji jew inkonsistenzi li huma statistikament sinifikanti fid-dettalji trasmessi permezz ta' din id-Direttiva, hija tista' titlob lill-korpi nazzjonali sabiex iħalluha twettaq spezzjoni tad-dettalji xierqa disaggregati kif ukoll il-metodi ta'l-kalkolazzjoni jew ta' l-evalwazzjoni li fuqhom huma ibbażati d-dettalji aggregati, sabiex tkun tista' tevalwa, jew anki temenda, kull informazzjoni meqjusa bħala irregolari.

Artikolu 6

Meta xieraq, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-bidliet meħtieġa fl-Annessi ta' din id-Direttiva skond il-problemi speċifiċi identifikati. Dawn il-bidliet jistgħu, b'dana kollu, ikopru biss il-karatteristiċi tekniċi ta' l-Annessi u ma jistgħux ikunu ta' tip li jbiddlu l-istruttura ġenerali tas-sistema.

Artikolu 7

Fil-każ ta' xi tibdiliet fl-Annessi, kif referuti fl-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn kumitat konsultattiv kompost minn rappresentanti tal-Istati Membri u presedut minn rappresentant tal-Kummissjoni.

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippreżenta lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fil-limitu ta' żmien li l-president jista' jistipula skond l-urġenza tal-każ, jekk meħtieġ billi jittieħed vot.

L-opinjoni għandha tkun irreġistrata fil-minuti; apparti dan kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jsaqsi li tkun irreġistrata l-pożizzjoni tiegħu fil-minuti.

Il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar attenzjoni għall-opinjoni mogħtija mill-kumitat. Hija għandha tinforma lill-kumitat dwar il-manjiera ta' kif ingħatat attenzjoni għall-opinjoni tiegħu.

Artikolu 8

Darba fis-sena, il-Kummissjoni għandha tippresenta rapport sommarju dwar il-ħidma ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew,lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 1991. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Fil-każ tal-gass naturali, id-Direttiva m'għandhiex tkun implimentata fi Stat Membru qabel ħames snin wara l-introduzzjoni ta' dik il-forma ta' enerġija fis-suq f'dak il-każ. Id-data ta' l-introduzzjoni ta' dak is-sors ta' l-enerġija fis-suq nazzjonali għandha tkun irrapportata espliċitament lill-Kummissjoni mill-Istat Membru ikkonċernat mingħajr dewmien.

Artikolu 10

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fil-Lussemburgu, fid-29 ta' Ġunju 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Smith

[1] ĠU C 257, ta' l-10.10.1989, p. 7.

[2] ĠU C 149, tat-18.6.1990.

[3] ĠU C 75, tas-26.3.1990, p. 18.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-GASS

1. Żewġ tipi ta’ gass huma involuti:

(a) gass naturali;

(b) gass manufatturat [1].

2. Meta ż-żewġ tipi ta’ gass ikunu distribwiti fl-istess żona jew reġjun urban, id-dettalji dwar it-tnejn għandhom ikunu irapurati apparti minn meta l-konsum ikun anqas minn 10 % tal-konsum totali tal-gass naturali u tal-gass manufatturat fil-postijiet jew fir-reġjuni referuti fil-punt 11 ta’ hawn taħt.

3. Id-distribuzzjoni minn pajpijiet biss hija kkunsidrata.

4. Prezzijiet li għandhom ikunu irraportati huma l-prezzijiet imħallsa minn utenti finali.

5. L-użu huwa meqjus għall-utenti industriali kollha.

6. Esklużi mis-sistema huma konsumaturi li jużaw gass:

(a) għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku f’impjanti ta’ l-enerġijia pubblika;

(b) f’tipi ta’ l-użu li m’humiex ta’ enerġija (e.g. fl-industrija tal-kimika);

(ċ) aktar minn 4186000 GJ/sena (= 1631 GWh/sena).

7. Qa Qdmax Qhmax [2] tal-konsum tal-gass.

8. Karatteristiċi oħrajn li jista’ jkollhom sehem fl-iffissar tal-prezzijiet (e.g. il-frekwenza ta’ l-interruzzjonijiet) għandhom ikunu determinati f’kull każ, u dejjem għandha tkun adottata s-soluzzjoni li hija l-aktar frekwenti fil-prattika.

9. Il-prezzijiet għandhom jinkludu l-kiri ta’ l-arloġġ, it-tariffa fissa u r-rata tal-kommodità. Dawn m’għandhomx jinkludu t-tariffa inizzjali tal-istallazzjoni mħallsa mill-konsumatur.

10. Il-konsumaturi industrijali normali li ġejjin, bil-kodiċi I1 sa I5, ġew magħżula:

Konsum annwali | Modulazzjoni |

I1-1 418,60 GJ jew 116300, KWh | Ebda fattur ta’ tgħabija ma hu stipulat [3] |

I2-1 4186 GJ jew 1163000, KWh | 200 jum |

I3-1 41860 GJ jew 11,63 GWh) | 200 jum 1600 siegħa |

I3-2 41860, GJ jew 11,63 GWh | 250 jum 4000 siegħa |

I4-1 418600, GJ jew 116,3 GWh | 250 jum 4000 siegħa |

I4-2 418600, GJ jew 116,3 GWh | 330 jum 8000 siegħa |

I5-4 4186000, GJ jew 1163, GWh | 330 jum 8000 siegħa |

11. Il-prezzijiet li għandom ikunu irreġistrati f’dawn il-postijiet jew ir-reġjuni li ġejjin:

—il-Belġju: | Brussel, |

—id-Danimarka: | Copenhagen, |

—ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, | Hamburg, Hanover, Weser-Ems, Dortmund, Dusseldorf, Frankfurt am Main, Stuttgart, Munich, |

—Spanja: | Madrid, Barċellona, Valencia, it-Tramuntana u l-Lvant, |

—Franza: | Lille, Pariġi, Strasburg, Marsillja, Lyon, Toulouse, |

—l-Irlanda: | Dublin, |

—l-Italja: | Milan, Turin, Ġenova, Ruma, Napli, |

—il-Lussemburgu: | Il-Belt tal-Lussemburgu, |

—l-Olanda: | Rotterdam, |

—il-Portugall: | Lisbona, |

—ir-Renju Unit: | Londra, Leeds, Birmingam. |

12. Il-prezzijiet irreġistrati għandhom ikunu ibbażati fuq it-tariiffi, il-kondizzjonijiet u r-regoli fis-seħħ fil-bidu ta’ kull perjodu ta’ sitt xhur (Jannar u Lulju), inklużi kwalunkwe rifużjonijiet.

13. Jekk ikun hemm diversi tariffi possibbli, it-tariffa li hija l-iktar vantaġġjuża għall-konsumatur għandha tiġi kunsidrata, wara li jkunu eliminati t-tariffi li fil-prattika ma jintużawx jew li japplikaw biss għal numru negliġibbli ta’ utenti.

14. Meta jkun hemm biss kważi-tariffi, kuntratti speċjali jew prezzijiet liberament negozjati, il-prezz l-aktar komuni kif misjub (l-iktar rappresentattiv tal-kondizzjonijeit partikolari ta’ provvista) għandu jkun irreġistrat.

15. Il-prezzijiet għandhom ikunu espresi fil-munita nazzjonali skond l-unità fiżika tal-gass [4] L-unitaà ta’ l-enerġija wżata hija mkejjla fuq il-bażi tal-valur kalorrifiku gross (GCV), kif hi l-prattika fl-industrija tal-gass.

16. Iż-żewġ livelli tal-prezzijiet għandhom jinwerew [5]:

- bit-taxxi kollha esklużi,

- bit-taxxi kollha inklużi (apparti milli għal VAT li hi rifondibbli).

17. Ir-rati u l-metodu tal-kalkolazzjoni tat-taxxi, li għandhom jinkludu kull taxxa, kemm jekk nazzjonali, reġjonali jew lokali, imposta fuq bejgħ tal-gass lill-konsumatur, għandhom ikuoll ikunu irrapportati.

18. Spjegazzjoni hekk dettaljata skond ma jkun meħtieġ li tirrifletti s-sistema tal-prezzijiet b’kemm jista’ jkun reqqa għandha tkun annessa. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-bidliet introdotti wara s-sondaġġ preċedenti.

19. Fi Stati Membri fejn kumpanija tal-gass waħda tkopri l-bejgħ industrijali kollu għal dak il-pajjiż, l-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata minn dik il-kumpanija. Fl-Istati Membri l-oħrajn meta reġjun wieħed jew iżjed huma fornuti minn iktar minn kumpanija tal-gass waħda, l-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata minn organu statistiku indipendenti.

20. Fl-interessi tal-kunfidenzalità, id-dettalji li għandhom x’jaqsmu mal-prezzijiet għandhom ikunu ikkomunikati biss meta jkun hemm, fl-Istat Membru tar-reġjun ikkonċernat, ta’ mill-anqas tlett konsumaturi f’kull waħda mill-kategoriji referuti fil-paragrafu 10.

[1] "Gass manifatturat" tfisser enerġija akkwistata, manifatturata mill-faħam, prodotti tal-petroleum jew maqsumha, riformata jew imħallta ma gass naturali.L-iskop ta’ din id-Direttiva ma jestindix għall-gass likwifikat tal-petroleum (butanju, propanju), gass mill-ifran tal-faħam tal-kannol jem minn gass tal-ifran bi rjieħ qawwija.

[2] ot-teħid massimu ta’ kull siegħa.

[3] Jekk meħtieġ 115-200 jum.

[4] Meta l-metru kubu jkun użat, il-kontenut ta’ l-enerġija tiegħu għandha tkun definite fi GJ, kWh jew, sal-1999, f’termi.

[5] Meta l-prezz esklużi t-taxxi jkun akkwistat direttament minn tariffi jew kuntratti. Il-prezz eskluż mil-VAT rikoverabbli, jinkludi, meta pagabbli, it-taxxi speċifiċi l-oħrajn.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR L-ELETTRIKU

Id-dettalji dwar l-elettriku ikkomunikati bis-saħħa ta’ din id-Direttiva għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

I. Is-sondaġġ tal-"konsumatur tipiku ta’ referenza"’ (għal konsumaturi b’ talba massima sa 10 MW (netti)).

1. Is-sondaġġ eżtistenti tal-prezzijiet ta’ l-elettriku għall-konsumaturi tipiċi ta’ referenza fil-Komunità, magħmul mill-Kummissjoni, għandhu jkun estiż sabiex jinkludi żewġ katagoriji ta’ konsumatur industrijali ta’ referenza b’talba massima (netta) ta’ 10 MW, u għandu jkun inkorporat f’din id-Direttiva.

2. Il-prezzijiet ta’ l-elettriku fl-Istati Membri b’tariffa nazzjonali waħda għandhom ikunu mistħarrġa f’lokazzjoni waħda biss; fir-rigward tal-Istati Membri b’tariffi li jvarjaw f’partijiet differenti tal pajjiż, il-prezzijiet għandhom ikunu mistħarrġa permezz ta’ kampjun rappresentattiv tal-lokazzjonijiet, kif ġej:

—il-Belġju | il-pajjiż kollu fl-intier tiegħu, |

—ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, | Hamburg, Hanover, Dusseldorf, Frankfurt am Main, Stuttgart, Munich, Żona tal-Punent, Żona ta’ Nofsinhar, |

—id-Danimarka | il-pajjiż kollu fl-intier tiegħu, |

—Spanja | Madrid, |

—Franza | Lille, Pariġi, Marsillja, Lyon, Toulouse, Strasbourg, |

—il-Greċja | Ateni, |

—l-Irlanda | Dublin, |

—l-Italja | L-Italja tat-Tramuntana, l-Italja Ċentrali, l-Italja tan-Nofsinhar u l-gżejjer, - il-Lussemburgu il-pajjiż kollu fl-intier tiegħu, |

—l-Olanda | Rotterdam (GEB), L-Olanda tat-Tramuntana (PEN), il-Brabant tat-Tramuntana (PNEM), |

—il-Portugall | Lisbona, Ponta Delgada (reġjun awtonomu ta’ l-Ażores), |

—ir-Renju Unit | Londra, Glasgow, Leeds, Birmingam. |

3. Il-prezzijiet ta’ l-elettriku għandhom ikunu mistħarrġa għad-disa’ kategoriji li ġejjin ta’ konsumatur industrijali tipiku ta’ referenza:

Konsumatur ta’ referenza | Konsum annwali kWs | Talba massima kW | Utilizzazzjoni annwali bħala siegħat |

Ia | 30000 | 30 | 1000 |

Ib | 50000 | 50 | 1000 |

Ic | 160000 | 100 | 1600 |

Id | 1250000 | 500 | 2500 |

Ie | 2000000 | 500 | 4000 |

If | 10000000 | 2500 | 4000 |

Ig | 24000000 | 4000 | 6000 |

Ih | 50000000 | 10000 | 5000 |

Ii | 70000000 | 10000 | 7000 |

It-talba massima (netta) hija l-offtake massimu f’kull kwart tas-sena ta’ siegħat irreġistrati f’sena, espressi bħala kW. Il-prezz tal-provvista huwa ikkalkulat bħala cos φ = 0,90. Fil-każ ta’ tariffi ibbażati fuq talba ta’ kull nofs siegħa, it-talba massima tal-konsumatur ta’ referenza għandha tkun immultiplikata b’koeffiċjent ta’ 0,98. Fil-każ ta’ tariffi ibbażati fuq talba espressa bħala kVA, għandu jsir aġġustament billi tkun diviża t-talba massima tal-konsumatur ta’ referenza (netta) fi kW bil-koeffiċjent cos φ = 0,90.

4. Fil-każ ta’ tariffi ibbażati fuq kalkoli ta’ talba massima li tkunu aktar frekwenti minn darba fis-sena, il-ħlas relatat mal-kapaċità għandu jkun multiplikat bil-koeffiċjenti li ġejjin:

TABELLA TA’ KOEFFIĊJENTI TA’ KORREZZJONI TA’ L-ENERĠIJA

Utilizzazzjoni (siegħat) | Talba massima fix-xahar | Talba massima kull xahrejn | Talba massima kull kwart tas-sena | Medja tal-konsum massimu l-aktar għoli ta’ tlett xhur | Medja tal-konsum massimu l-aktar għoli ta’ xahrejn | Konsum massimu annwali |

1000 | 0,81 | 0,83 | 0,86 | 0,94 | 0,96 | 1,0 |

1600 | 0,83 | 0,85 | 0,88 | 0,95 | 0,97 | 1,0 |

2500 | 0,85 | 0,87 | 0,90 | 0,96 | 0,98 | 1,0 |

4000 | 0,90 | 0,91 | 0,95 | 0,98 | 0,99 | 1,0 |

5000 | 0,90 | 0,91 | 0,95 | 0,98 | 0,99 | 1,0 |

6000 | 0,96 | 0,97 | 0,98 | 0,99 | 0,995 | 1,0 |

7000 | 0,96 | 0,97 | 0,98 | 0,99 | 0,995 | 1,0 |

5. Fir-rigward ta’ tariffi bi tnaqqis għal perjodi meta jkun hemm anqas konsum ta’ l-elettriku, il-konsum "off-peak" li ġej għandu jkun preżunt fil-kalkolazzjoni tal-prezz medju għal kull kWs:

Konsumatur normali | Utilizzazzjoni annwali | Konsum annwali | 1000Konsum annwali (bħala kWs), imħallas skond rati tal-perjodi meta ikun hemm anqas konsum ta’ l-elettriku, skond it-tul medju ta’ kulljum tal-perjodi meta jkun hemm anqas konsum ta’ l-elettriku f’kull 24 siegħa |

siegħat | 1000 kW | s7 s | 8 s | 9 s | 10 s | 11 s | 12 s |

Ia | 1000 | 30 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Ib | 1000 | 50 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Ic | 1600 | 160 | 11 | 13 | 16 | 19 | 22 | 25 |

Id | 2500 | 1250 | 197 | 225 | 262 | 300 | 338 | 375 |

Ie | 4000 | 2000 | 438 | 500 | 580 | 660 | 740 | 820 |

If | 4000 | 10000 | 2190 | 2500 | 2900 | 3300 | 3700 | 4100 |

Ig | 6000 | 24000 | 7140 | 8160 | 9120 | 10080 | 11040 | 12000 |

Ih | 5000 | 50000 | 13100 | 15000 | 17000 | 19000 | 21000 | 23000 |

Ii | 7000 | 70000 | 23300 | 26600 | 29400 | 32200 | 35000 | 37800 |

Fir-rgiward tal-perjodi ta’ meta jkun hemm konsum anqas ta’ l-elettriku ta’ tul li jinsab bejn dawk li jidhru hawn fuq, il-konsum annwali ta’ kWs waqt perjodi meta jkun hemm konsum anqas ta’ l-elettriku għandu jkun ikkalkolat permezz ta’ estrapolazzjoni.

Għal perjodi oħrajn ta’ meta jkun hemm konsum anqas ta’ l-elettriku, per eżempju l-ġurnata kollha ta’ nhar ta’ Ħadd, nofs is-siegħat żejda biss għandhom jiġu meqjusa u għandha tinħadem medja ta’ dawn is-siegħat, mifruxa matul il-ġranet kollha tas-sena, u r-risultat għandu jkun miżjud mal-perjodu normali ta’ meta jkun hemm konsum anqas ta’ l-elettriku, qabel ma tintuża t-tabella ta’ hawn fuq.

6. Kull meta jkun possibbli, il-prezz rapportat għandu jkun ibbażat fuq tariffa tal-pubblikatur, applikabbli għall-kategorija tal-konsumatur f’dak il-każ. Jekk ikun hemm bosta tariffi possibbli, it-tariffa li hija l-aktar vantaġġjuża għall-konsumatur, wara li jiġu eliminati t-tariffi li fil-prattika ma jintużawx jew li japplikaw biss għal marġni ta’ numru negliġibbli ta’ utenti, għandha tkun applikata. Meta jkun hemm biss kważi-tariffi, kuntratti speċjali jew prezzijiet negozjati liberament, il-prezz l-aktar komuni (l-aktar rappresentattiv) għall-kondizzjonijiet partikolari tal-provvista għandu jkun irrapportat.

7. Meta l-elettriku għal kategorija partikolari ta’ konsumatur ta’ referenza jista’ jkun fornit b’varjetà ta’ vultaġġi, wieħed għandu jassumi l-vultaġġ li huwa l-aktar rappresentattiv għall-kategorija ta’ konsumatur ta’ referenza f’dak il-każ. Dan il-prinċipju għandu jkun applikat għal parametri l-oħrajn li mhumiex speċifikati f’din id-Direttiva.

8. Il-prezz kull-kWs għandu jkun kalkulat sabiex jinkludi l-ħlasijiet fissi kollha li huma pagabbli (e.g. kiri ta’ l-arloġġ, ħlasijiet fissi jew ħlasijiet skond il-kapaċità, eċċ.), kif ukoll il-ħlasijiet skond il-kWs ikkunsmat. Huwa għalhekk l-ammont totali pagabbli wara kull primjum jew rifużjoni, għat-tip tal-konsum f’dak il-każ, diviż bil-konsum totali. Ħlasijiet tal-konnessjoni inizzjali, b’dana kollu, m’għandhomx ikunu nklużi. Għalkemm l-informazzjoni għandha tkun produtta darbtejn fis-sena, il-kalkolazzjoni għandha tkun ibbażata fuq figuri ta’ konsum annwali, sabiex jiġu evitati varjazzjonijiet staġjonali.

9. Il-prezzijiet għandhom jingħataw skond il-munita nazzjonali għal kull kWs [1]:

- bit-taxxi kollha esklużi,

- bit-taxxi kollha inklużi (ħlief għal VAT li hi rifondibbli).

Ir-rati u l-metodu tal-kalkolazzjoni tat-taxxi, li għandhom jinkludu kull taxxa, kemm jekk nazzjonali, reġjonali jew lokali, imposta fuq bejgħ ta’ l-elettriku lill-konsumatur, għandhom ukoll ikunu irrapportati.

10. Għandha tingħata spjegazzjoni, dettaljata kif meħtieġ li tiddeskrivi s-sistema tal-prezzijiet u kif inhi applikata b’ kemm jista’ jkun reqqa. Għandu jkun hemm emfasi speċjali għal kull bidliet introdotti wara s-sondaġġ preċedenti.

11. Fl-Istati Membri meta kumpanija waħda tkopri l-bejgħ industrijali kollu għal dak il-pajjiż, l-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata minn dik il-kumpanija. Fl-Istati Membri l-oħrajn meta reġjun wieħed jew iżjed huma forniti minn aktar minn kumpanija waħda, l-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata minn organu statistiku indipendenti.

II. Is-sondaġġ tal-"prezz tal-immarkar" (għal konsumaturi b’aktar mit-talba massima ta’ 10 MW)

12. Sabiex ikunu mistħarrġa l-konsumaturi industrijali b’talba massima ‘l fuq minn 10 MW, għandha tkun introdotta sistema ġdida ibbażata fuq prezzijiet tal-immarkar, kif definiti hawn taħt.

13. Fl-Istati Membri kollha apparti milli għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju Unit, varjazzjonijiet fl-istruttura tal-ħlasijiet u tal-prezzijiet imposti fuq il-konsumaturi industrijali kbar matul il-pajjiż kollu huma relattivament żgħar, u l-prezzijiet tal-immarkar kif ukoll l-informazzjoni assoċċjata għandhom jinġabru u jkunu ippubblikati għall-Istat Membru kollu fl-intier tiegħu. B’dana kollu, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u fir-Renju Unit jista’ jkun hemm varjazzjonijiet ġeografiċi sinifikanti u għalhekk l-informazzjoni għal dawn iż-żewġ Stati Membri għandha tkun ikkomunikata u ippubblikata għal tlett żoni f’kull każ, skond kif ġej:

Stat Membru | Żoni |

- ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja: [2] | —Tramuntana/Ċentrali, |

—Punent, |

—Nofsinhar; |

ir-Renju Unit: | —L-Ingilterra u Wales, |

—l-Iskozja, |

—l-Irlanda ta’ Fuq. |

14. Prezzijiet tal-immarkar u l-informazzjoni assoċċjata għandhom ikunu irrapportati għal kull Stat Membru kif deskritt fil-paragrafu 13 għal tlett kategoriji ta’ konsuaturi industrijali kbar, i.e. dawk il-konsumaturi indutrijali b’talba massima fil-medda ta’:

- 25 MW, li tkopri konsumaturi b’talba massima (netta) ta’ bejn 17,5 u 37,5 MW,

- 50 MW, li tkopri konsumaturi b’talba massima (netta) ta’ bejn 37,5 u 62,5 MW, u

- 75 MW, li tkopri konsumaturi b’talba massima (netta) ta’ bejn 62,5 u 75 MW,

Dawn il-kategoriji jinkludu kwalunkwe konsumatur industrijali li jipproduċi wkoll parti mill-elettriku tiegħu stess, għalkemm l-informazzjoni li tirigwardja l-konsum ta’ l-elettriku tagħhom minn utilitajiet pubbliċi biss jeħtieġ li tkun irrapportata.

15. Il-prezz tal-immarkar għal kategorija ta’ MW partikolari (e.g. 25 MW) huwa l-prezz medju pagabbli għal kull kWs għall-konsumatur industrijali mistħajjel jew ta’ "prezz tal-immarkar" b’talba normali ta’ madwar 25 MW, imma qabel ma jsir kull tnaqqis għal "fatturi speċjali", li għandu jkun irrapportat separatament (ara l-paragrafu 16 ta’ hawn taħt). Il-karatteristiċi tat-talba ta’ dan il-konsumatur industrijali tal-"prezz tal-immarkar" għandhom ikunu kemm jista’ jkun rappresentattivi (għandhom ikunu injorati l-"fatturi speċjali") għall-konsumaturi industrijali kollha fil-kategorija f’dak il-każ.

Sabiex jinkiseb ċertu grad ta’ omoġenità, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-karatteristiċi ta’ talba għal konsumaturi tal-"prezz tal-immarkar" għal kull kategorija (i.e. 25 MW, 50 MW u 75 MW), li għandhom jintużaw mill-utilitajiet meta dan ikun xieraq. Jekk dawn il-karateristiċi ta’ talba ma jkunux xierqa, l-utilità tista’tiddefinixxi l-"prezz tal-immarkar" skond il-karatteristiċi ta’ talba tal-konsumatur, u dan għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Dawn il-karatteristiċi tat-talba ikkonċernati, per eżempju, il-fattur tat-tagħbija, (e.g. "7000 siegħa", meta 7000 huwa n-numru ta’ siegħat fir-rigward ta’ liem it-talba jkollha tibqa’ fuq livel massimu sabiex jintlaħaq il-konsum annwali), u d-distribuzzjoni tal-konsum skond il-kategoriji ta’ ħlas differenti skond il-ħin tal-ġurnata (e.g. perjodu meta jkun hemm konsum għoli, perjodu meta jkun hemm konsum off-peak, eċċ.).

16. Il-prezzijiet tal-immarkar għandhom ikunu ikkalkulati hekk li jinkludu l-ħlasijiet fissi kollha li huma pagabbli (e.g. kiri ta’ l-arloġġ, ħlasijiet fissi jew ħlasijiet skond il-kapaċità, eċċ.), kif ukoll il-ħlasijiet skond il-kWs ikkunsmati. Ħlasijiet ta’ konnessjoni inizzjali, b’dana kollu, m’għandhomx ikunu inklużi. Għalkemm l-informazzjoni għandha tingħata darbtejn fis-sena, għandhom jintużaw figuri ta’ konsum annwali sabiex jiġu evitati varjazzjonijiet staġjonali. Il-mod kif ikun kalkulat il-prezz tal-immarkar, inkluża l-involviment ta’ ħlasijiet fissi, għandu jkun spjegat.

17. Għal kull prezz tal-immarkar, għandha tkun deskritta l-medda ta’ "fatturi speċjali" li jistgħu jiġu applikati sabiex jitnaqqas il-prezz ta’ l-elettriku (e.g. klawsoli dwar interruzzjonijiet), u għandu jkun indikat l-ammont tat-tnaqqis (e.g. 6, 8, 10 %). Dawn il-fatturi speċjali għandhom ikunu rappresentattivi tal-fatturi li huma applikabbli għall-konsumaturi li huma forniti mill-utilità ta’ rapport fil-kategorija ta’ MW li tkun qiegħda tiġi mistħarrġa.

18. Fl-Istati Memri meta jkun hemm iżjed minn utilità ta’ l-elettriku waħda, kull waħda minn dawn l-utilitajiet għandha tipprovdi l-prezzijiet tal-immarkar u l-informazzjoni relatata (dwar il-karatteristiċi tat-talba tal-konsumatur mistħajjel (il-paragrafu 15), u dwar fatturi speċjali u tnaqqis fil-prezzijiet (il-paragrafu 17)), lill-organu statistiku indipendenti. Dawn l-organi għandhom imbagħad jgħaddu l-ogħla u l-irħas prezz tal-immarkar għall-Istat Membru (jew għal kull reġjun meta applikabbli) għal kull kategorija ta’ MW, flimkien ma’ l-informazzjoni relatata dwar dawk il-prezzijiet tal-immarkar, lill-amministrazzjoni nazzjonali u lill-SOEC. Fir-rigward tal-Istati Membri l-oħrajn, meta l-utilità nazzjonali waħda tkopri l-pajjiż sħiħ, l-informazzjoni għandha tkun irapportata direttament u simultanjament lill-amministrazzjoni nazzjonali u lill-SOEC.

19. Fl-interessi tal-kunfidenzalità, prezzijiet tal-immarkar u l-informazzjoni relatata għandhom jiġu rapportati mill-utilità nazzjonali jew mill-organu indipendenti statistiku skond kif xieraq (ara l-paragrafu 18 ta’ hawn fuq) biss meta jkun hemm ta’ mill-anqas tlett konsumaturi fil-kategorija MW addattata fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat.

20. Prezzijietli jimmarkaw għandhom jiġu espremuti kif indikat fil-paragrafu 9.

21. L-utilitajiet tal-provvista għandhom jipprovdu wkoll l-informazzjoni, darba kull sentejn, dwar in-numru tal-konsumaturi tagħhom f’kull kategorija ta’ MW (i.e. 17,5 sa 37,5 MW, 37,5 sa 62,5 MW u 62,5 sa 75,0 MW), u l-konsum totali ta’ dawn il-konsumaturi f’kull kategorija (bħala GWh). L-informazzjoni meħtieġa permezz tal-paragrafu 18 għandha tkun ikkomunikata jew permezz ta’ l-organu statistiku indipendenti, li għandu jiġbor informazzjoni għall-Istat Membru kollu, jew direttament u simultanjament lill-amministrazzjoni nazzjonali u lill-SOEC. L-informazzjoni meħtieġa permezz ta’ dan il-paragrafu għandha tkun ipprovduta fuq bażi kunfidenzali u m’għandhiex tkun ippubblikata.

[1] Il-prezz esklużi t-taxxi kollha huwa r-riżultat dirett ta’ l-applikazzjoni tat-tariffi jew il-kuntratti. Dan il-prezz jeskludi il-VAT rikoverabbli, imma jinkludi kwalunkwe taxi speċifiċi oħrajn.

--------------------------------------------------