31990L0335



Official Journal L 162 , 28/06/1990 P. 0037 - 0037
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0012
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0012


Direttiva tal-kummissjoni

tas-7 ta’ Ġunju 1990

li temenda għar-raba’ darba l-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE li jipprojbixxi t-tpoġġija fuq is-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi

(90/335/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE ta’ l-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tpoġġija fuq is-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 89/365/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi l-iżvilupp ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku joħloq il-bżonn li jsiru ċerti emendi għall-Anness għad-Direttiva 79/117/KEE;

Billi jidher ta’ min wieħed jixtieq li jitħassru ċertu numru ta’ derogi temporanji mill-projbizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva billi issa huma disponibbli tipi ta’ kura anqas perikolużi;

Billi l-Istati Membri kollha infurmaw lill-Kummissjoni li m’għandhomx ħsieb li jew li m’għadx għandhom ħsieb li jagħmlu użu minn dawn id-derogi;

Billi l-miżuri li hemm provduti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness għad-Direttiva 79/117/KEE huwa permezz ta’ din id-Direttiva emendat kif ġej:

1. Fil-Parti A, "Il-komposti tal-Merkurju":

(a) taħt l-oġġett 4, "Il-komposti tal-merkurju Alkil", it-test fil-kolonna 2 huwa mħassar;

(b) taħt l-oġġett 5, "Il-komposti tal-merkurju Alkoksialkil u aril", it-test fil-kolonna 2 huwa sostitwit permezz ta’:"Ċereali għat-trattament taż-żerriegħa".

2. Fil-parti B, "Il-komposti ta’ l-organokloru persistenti":

(a) taħt l-oġġett 1, "L-aldrin", it-test fil-kolonna 2 huwa mħassar;

(b) taħt l-oġġett 5, "L-endrin", it-test fil-kolonna 2 huwa mħassar.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1991, iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet meħtieġa sabiex iħarsu din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni immedjatemnt.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta’ Ġunju 1990.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 33, tat-8.2.1979, pġ. 36.

[2] ĠU L 159, ta’ l-10.6.1989, pġ. 58.

--------------------------------------------------