31987R4001



Official Journal L 377 , 31/12/1987 P. 0044 - 0044
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0217
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0217


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4001/87

tat-23 ta’ Diċembru 1987

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2783/75 li jistabbilixxi miżuri speċjali għall-ovalbumin u l-lactalbumin

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u fuq it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3985/87 [2], u b’mod partikolari Artikolu 15 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 1988, nomenklatura magħquda ta’ oġġetti bażata fuq Sistema Armonizzata li sejra tilħaq il-ħtiġiet kemm tat-Tariffa Doganali Komuni u tan-nomenklatura ta’ l-oġġetti għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità;

Billi, bħala konsegwenza, huwa meħtieġ li jkunu espressi d-deskrizzjonijiet ta’ l-oġġetti u n-numri tat-testaturi tat-tariffi li jidhru fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 [3], skond it-termini tan-nomenklatura magħquda; billi dawn l-adattazzjonijiet ma jeħtiġux xi emenda ta’ sustanza,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2783/75 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 1

Fil-kummerċ bejn Komunità u pajjiżi terzi, id-dazji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu applikati għall-prodotti li ġejjin:

Kodici NM | Deskrizzjoni |

3502 | Albumina, albuminati derivattivi oħra ta' l-albumina: |

ex350210 | – Albumina tal-bajd: |

| – – Oħrajn(ħlief dawk li mhux tajbin, jew li jingħamlu mhux tajbin għal-konsum uman): |

35021091 | – – – Imnixxfa (per eżempju f'folji, skali bċejjeċ, trab) |

35021099 | – – – Oħrajn: |

ex350290 | – Oħrajn: |

| – – Albumina, barra minn albumina tal-bajd: |

| – – – Oħrajn(ħlief dawk li mhux tajbin, jew li jingħamlu mhux tajbin għal-konsum uman): |

| – – – – Albumin tal-ħalib (lactalbumin): |

35029051 | – – – – – Imnixxfa (per eżempju f'folji, skali bċejjeċ, trab) |

35029059 | – – – – – Oħrajn" |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1988.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 376, tal-31.12.1987, p. 1.

[3] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 104.

--------------------------------------------------