31984L0647



Official Journal L 335 , 22/12/1984 P. 0072 - 0073
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0104
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 3 P. 0225
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0104
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 3 P. 0225


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta' Diċembru 1984

dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq

(84/647/KEE)

IL-KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kommissjoni,

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [1],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi, minn perspettiva makroekonomika, l-użu ta' vetturi mikrija jippermetti, f'ċerti sitwazzjonijiet, allokazzjoni ottima tar-riżorsi billi jillimita l-ħela fl-użu tal-fatturi tal-produzzjoni;

Billi, minn perspettiva mikroekonomika, din il-possibilità ġġib element ta' flessibilità fl-organizzazzjoni tat-trasport, u għalhekk iżżid il-produttività ta' l-impriżi interessati;

Billi trid tiġi emendata l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1962 dwar li jiġu stabiliti regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq bejn l-Istati Membri [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 82/50/KEE [4],

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

- "vettura" tfisser vettura tal-mutur, trailer, semi-trailer, jew tagħqida ta' vetturi maħsuba biss għat-trasport ta' merkanzija,

- "vettura mikrija" tfisser kull vettura li, għal rimunerazzjoni u għal perjodu stabbilit taż-żmien, titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' l-impriża li tidħol għat-trasport ta' merkanzija bit-triq, għall-kiri jew bi ħlas jew għal rasha fuq il-bażi ta' kuntratt magħmul ma' l-impriża li tagħmel il-vetturi disponibbli.

L-Artikolu 2

Kull Stat Membru għandu jħalli l-użu fit-territorju tiegħu, għall-għanijiet tat-traffiku bejn l-Istati Membri, tal-vetturi mikrija mill-impriżi stabiliti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor sakemm:

1. il-vettura tkun irreġistrata jew tinħareġ fiċ-ċirkolazzjoni skond il-liġijiet fl-Istat Membru ta' l-aħħar;

2. il-kuntratt ikollu x'jaqsam biss mal-kiri tal-vettura mingħajr sewwieq u ma tkunx akkumpanjata b'kuntratt tas-servizz konkluż mill-istess impriża li jkopri l-personal tas-sewqan jew li jakkumpanjaw;

3. il-vettura mikrija tkun biss għad-dispożizzjoni ta' l-impriża li tużaha matul il-perjodu taż-żmien tal-kuntratt tal-kiri;

4. il-vettura mikrija tkun misjuqa mill-personal ta' l-impriża li tkunu tużaha;

5. il-prova tal-konformità mal-kondizzjonijiet ta' hawn fuq tiġi pprovduta mid-dokumenti li ġejjin, li jridu jkunu abbord il-vettura:

(a) il-kuntratt tal-kiri, jew estratt attestat minn dan il-kuntratt li jindikaw l-isem tal-kerrej, l-isem ta' min jikri, id-data u t-tul taż-żmien tal-kuntratt u l-identità tal-vettura;

(b) fejn is-sewwieq ma jkunx il-persuna li tikri l-vettura, il-kuntratt tax-xogħol tas-sewwieq jew estratt attestat minn dan il-kuntratt li jagħtu b'mod partikulari l-isem ta' min iħaddem, l-isem ta' l-impjegat u d-data u t-tul taż-żmien tal-kuntratt tax-xogħol jew karta riċenti tal-paga.

Jekk ikun meħtieġ, id-dokumenti riferiti fil-(a) u l-(b) jistgħu jinbidlu b'dokument ekwivalenti maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru.

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-impriżi tagħhom jistgħu jużaw, għat-trasport ta' merkanzija bit-triq, fuq l-istess kondizzjonijiet tal-vetturi possessi minnhom, il-vetturi mikrija rreġistrati jew imdaħħla fiċ-ċirkolazzjoni skond il-liġijiet fil-pajjiżi tagħhom, sakemm dawn l-impriżi jwettqu l-kondizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 2.

2. L-Istati Membri jistgħu jeskludu t-trasport bil-vetturi f'isimhom stess mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

L-Artikolu 4

1. Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa r-regolamenti ta' Stat Membru li jistabbilixxi kondizzjonijiet inqas restrittivi dwar l-użu tal-vetturi mikrija minn dawk speċifikati fl-Artikoli 2 u 3.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa r-regolamenti ta' Stat Membru li jistabbilixxi perjodu minimu taż-żmien tal-kiri għall-użu tal-vetturi mikrija mill-impriżi tiegħu.

L-Artikolu 5

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2 u 3, din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tar-regoli li jirrigwardaw:

- l-organizzazzjoni tas-suq tat-trasport ta' merkanzija bit-triq bħala kiri jew bi ħlas u f'isimhom stess u għal aċċess partikolari għas-suq u, b'mod partikolari, rigward ir-restrizzjonijiet fuq il-kwoti dwar il-kapaċitajiet tat-toroq,

- il-prezzijiet u l-kondizzjonijiet għat-trasport ta' merkanzija bit-triq,

- kif jinbnew il-prezzijiet tal-kiri,

- l-importazzjoni tal-vetturi,

- il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għall-attività jew il-mestier ta' min jikri lil ħaddieħor il-vetturi tat-triq.

L-Artikolu 6

"(d) il-vetturi li jġorru merkanzija jridu jkunu jappartjienu għall-impriża jew ikunu nxtraw minnha b'kondizzjonijiet differiti jew mikrija sakemm fil-każ ta' l-aħħar jilħqu l-kondizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 84/647/EEC dwar l-użu tal-vetturi mikrija mingħajr sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq [5]."

L-Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1986 u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

L-Artikolu 8

Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1989 il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina l-Artikoli 3(2) u 4 (2) ta' hawn fuq il-bażi ta' rapport mill-Kommissjoni akkumpanjat bi proposti, jekk xieraq.

L-Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1984.

Għall-Kommissjoni

Il-President

J. Bruton

[1] ĠU C 10, tas-16.1.1984, p. 91.

[2] ĠU C 35, tad-9.2.1984, p. 19.

[3] ĠU 70, tas-6.8.1962, p. 2005/62.

[4] ĠU L 27, ta' l-4.2.1982, p. 22.

[5] ĠU L 335, tat-22.12.1984, p. 72.

--------------------------------------------------