Official Journal L 334 , 29/11/1983 P. 0021 - 0021
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 1983 li temenda d-Direttiva 83/201/KEE li tistabbilixxi l-eċċezzjonijiet għad-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE għal ċerti prodotti li jkollhom ikel ieħor u persentaġġ żgħir biss ta’ laħam jew prodott tal-laħam (83/577/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 77/99/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi prodotti tal-laħam [1], u partikolarment l-Artikolu 8 tagħha, Billi l-Kummissjoni, bid-Direttiva 83/201/KEE [2] stabbiliet ċerti eċċezzjonijiet għad-Direttiva 77/99/KEE għal ċerti prodotti li jkollhom ikel ieħor u persentaġġ żgħir biss ta’ laħam jew prodott tal-laħam; Billi jidher li huwa neċessarju li l-Istati Membri jagħtu żmien supplimentari għat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 83/201/KEE fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom; Billi l-miżuri provduti f'din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 83/201/KEE, “l-1 ta' Jannar 1984” hija mibdula “bl-1 ta' Ġunju 1984”. L-Artikolu 2 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Novembru 1983. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p 85. [2] ĠU L 112, tat-28.4.1983, p 28. --------------------------------------------------