Official Journal L 127 , 17/05/1983 P. 0020 - 0020
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0106
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 27 P. 0189
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0106
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 27 P. 0189
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 1983 li tikkonċerna l-istabbilimenti fir-Repubblika tat-Turkija li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam frisk (83/234/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi tal-ispezzjoni ta’ saħħa u veterinarji fuq l-importazzjoni ta’ annimali tal-fart u majjali u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 83/91/KEE [2], u partikolarment Artikoli 4(1) u 18 (1) (a) u (b) miġjuba fih, Billi stabbilimenti f’pajjiżi terzi ma jistgħux jiġu awtorizzati biex jesportaw laħam frisk lill-Komunita sakemm ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ġenerali u speċjali preskritti fid-Direttiva 72/462/KEE; Billi t-Turkija bagħtet, skond Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, lista ta’ stabbilimenti awtorizzati biex jesportaw lill-Komunità; Billi spezzjonijiet fuq il-post Komunitarji wrew li l-każ ta’ dawn l-istabbilimenti jrid jiġi eżaminat mill-ġdid fuq il-bażi ta’ tagħrif addizzjonali li jirrigwardja l-livelli ta’ iġjene u l-abilità tagħhom li jadattaw malajr għar-regoli tal-Komunità; Billi, sadattant u sabiex tiġi evitata xi interruzzjoni ta’ xejriet eżistenti ta’ kummerċ, dawn l-istabbilimenti jistgħu jiġu awtorizzati temporanjament biex ikomplu l-esportazzjonijiet tagħhom ta’ laħam frisk lil dawk l-Istati Membri li huma preparati li jaċċettawhom; Billi jkun għalhekk meħtieġ li jiġi eżaminat mill-ġdid u, jekk ikun meħtieġ, tiġi emendata din id-Deċiżjoni fid-dawl ta’ miżuri meħuda għal dan il-għan u ta’ titjibiet magħmula; Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni ta’ laħam frisk li jiġi minn stabbilimenti fit-Turkija. 2. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jawtorizzaw, sat-30 ta’ Novembru 1983, importazzjonijiet ta’ laħam frisk li jiġi minn stabbilimenti li ġew uffiċjalment proposti mill-awtoritajiet Torok, mill-14 ta’ Marzu 1983 skond Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, kemm-il darba tkun ittieħdet deċiżjoni l-kontra, skond Artikolu 4(1) tad-Direttiva msemmija fuq, qabel l-1 ta’ Diċembru 1983. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-lista ta’ dawn l-istabbilimenti lill-Istati Membri. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Mejju 1983. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta u jekk ikun meħtieġ emendata qabel l-1 ta’ Ottubru 1983. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ April 1983. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. [2] ĠU L 59, tal-5.3.1983, p. 34. --------------------------------------------------