31982R1532



Official Journal L 174 , 21/06/1982 P. 0012 - 0012
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0237
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 15 P. 0237


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1532/82

tal-25 ta' Mejju 1982

dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 5/81 tal-Kumitat Konġunt bejn l-KEE u n-Norveġja li jemenda l-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-imsemmi pajjiż

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Komunità Ekonomika Ewropea iffirmat Ftehim mar-Renju tan-Norveġja [1] fl-14 ta' Mejju 1973 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1973;

Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 12a tal-Ftehim t'hawn fuq, il-Kumitat Konġunt adotta d-Deċiżjoni Nru 5/81 li temenda l-Protokolli 1 u 2;

Billi din id-Deċiżjoni għandha tingħata effett fil-Komunità,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta' l-applikar ta' dan il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, id-Deċiżjoni Nru 5/81 tal-Kumitat Konġunt għandha tapplika fil-Komunità.

It-test ta' din id-Deċiżjoni huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jkun ġie ppubblikat fil Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 1982.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Mejju 1982.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Tindemans

[1] ĠU L 171, tas-27.6.1973, p. 2.

--------------------------------------------------