31982R0620



Official Journal L 075 , 19/03/1982 P. 0001 - 0007
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 2 P. 0179
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 2 P. 0179


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 620/82

tas-16 ta' Marzu 1982

li jistabbilixxi, f'dak li għandhom x'jaqsmu bejniethom l-istituzzjonijiet Taljani u l-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri l-oħra, miżuri speċjali għar-radd lura ta' benefiċċji ta' assigurazzjoni għal mard u maternità b'benefiċċji oħra.

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikularment l-Artikolu 51 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, magħmula wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għal Ħaddiema Migranti,

Billi l-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 ta' l-14 ta' Ġunju, 1971, dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni mpjegati u għall-familji tagħhom li jmorru minn post għal ieħor fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2793/81 [2], jgħid li l-għoti tal-benefiċċji b'benefiċċji oħra mill-istituzzjoni ta' Stat Membru f'isem l-istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor għandhom jintraddu lura kollha meta jkun hemm prova li sar infieq tassew jew meta l-ħlasijiet ikunu saru f'daqqa;

Billi l-Artikoli 93, 94, 95 u 100 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2793/81, li jiffissa regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, juru l-metodu kif jinħadmu l-ammonti li għandhom jintraddu lura u biex dan ir-radd lura ikun jista' jsir;

Billi t-twaqqif ta' servizz nazzjonali tas-saħħa fl-Italja ġab miegħu it-tmiem ta' l-għaqdiet kollha li kienu jmexxu assigurazzjoni għal mard u maternità, u l-aktar dik ta' l-"Istituto nazionale per l'assicurazione contro le malattie" (Istitut ta' Assigurazzjoni Nazzjonali kontra l-Mard), minn hawn 'il quddiem magħruf bħala l-INAM, li kien il-korp ta' kollegament u l-istituzzjoni kompetenti skond it-tifsira tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72;

Billi dan it-tmiem ġab miegħu, min-naħa l-waħda, diffikultajiet kbar fl-istħarriġ ta' talbiet mibgħuta mill-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri l-oħra, u, min-naħa l-oħra, fix-xogħol biex jitħejjew it-talbiet ta' l-INAM dwar l-imsemmija istituzzjonijiet, bil-għan li jintraddu lura l-ħlasijiet imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolamentent (KEE) Nru 1408/71;

Billi jidher li jkun aħjar li tinstab soluzzjoni għal din il-kwistjoni b'metodu wieħed tal-Komunità li jkun japplika fl-istess waqt għat-talbiet kollha mill-INAM u għaliha, sabiex titħaffef s-sistemazzjoni finali kollha ta' dawn it-talbiet;

Billi dan il-metodu għandu kemm jista' jkun ma jitbegħidx mid-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija tar-Regolament (KEE) Nru 574/72, u għandu jkun hemm kriterji oħra fl-istħarriġ ta' talbiet u djun jew regoli speċjali biss fejn dawn ikunu tassew meħtieġa,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Permezz ta' deroga mid-dispożizzjonijiet ta' Titolu V tar-Regolament (KEE) Nru 574/72, ir-radd lura msemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 ta' benefiċċji ta' assigurazzjoni b'benefiċċji oħra għal mard u maternità mogħtija sal-31 ta' Diċembru, 1980, mill-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri f'isem l-INAM, u mill-INAM f'isem l-imsemmija istituzzjonijiet, li ma ntlaqtux wara li ntemmet l-INAM, għandu jkun stabbilit u miġjub fis-seħħ skond il-proċedura msemmija f'dan ir-Regolament.

F'dak li għandhom x'jaqsmu bejniethom il-Ġermanja u l-Italja, dan ir-Regolament m'għandux japplika għat-talbiet u djun tal-"Cassa mutua proviniciale di malattia di Bolzano".

L-Artikolu 2

L-ammonti li għandhom jintraddu lura skond l-Artikolu 93 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandhom ikunu stabbiliti kif ser jingħad:

1. is-somom li l-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri talbu mingħand l-INAM fit-30 ta' Settembru, 1981, għal benefiċċji ta' l-istess xorta mogħtija sal-31 ta' Diċembru, 1980, imsejsa fuq provi dokumentati għandhom jinġabru flimkien, meħud kont ta' dawk li kienu ġew miċħuda umbagħad milqugħa;

2. is-somom li l-istituzzjonijiet ikunu għadhom jistgħu jitolbu skond l-Artikolu 100 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72, iżda li dwarhom ma jkunx hemm prova dokumentata, partikularment għall-benefiċċji mogħtija fl-1980, għandhom ikunu stmati; dawn għandhom jiżdiedu mas-somom imsemmija f'punt 1 hawn fuq;

3. din l-istima għandha tkun il-massimu għal kull Stat Membru; jekk il-prova dokumentata mibgħuta għall-INAM lill-Ministeru tas-Saħħa Taljan sat-30 ta' April, 1982 — id-data tat-timbru tal-posta titqies bħala d-data ta' meta tkun intbagħtet — tkun taqbel ma' ammont li ma jaqbiżx dan il-massimu, dan l-ammont għandu jintradd lura; iżda, jekk il-massimu jinqabeż, l-ammont li għandu jintradd lura għandu jkun daqs dan il-massimu;

4. is-somom mitluba mill-INAM li kienu mibgħuta għat-talbiet għas-snin finanzjarji sa l-1976 għandhom jinġabru flimkien, meħud kont ta' dawk li kienu ġew miċħuda umbagħad milqugħa;

5. l-ammonti ta' talbiet ta' l-INAM għas-snin finanzjarji 1977 sa 1980 għandhom ikunu stabbiliti billi jkunu kkalkolati l-ammonti mħallsa lura lill-INAM għas-snin finanzjarji mill-1973 sa l-1976; iżda fil-każ tal-Ġermanja, l-ammont meħud għas-sena finanzjarja 1977 għandu jkun dak li jkun jaqbel ma' l-ammont imsejjes fuq il-prova dokumentata li l-Ministeru Taljan ikun għadda lill-korp ta' kollegament Ġermaniż.

L-Artikolu 3

L-ammonti li għandhom jintraddu lura skond l-Artikolu 94 u 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandhom ikunu stabbiliti kif ser jingħad:

1. is-somom sħaħ stabbiliti għall-benefiċċji mogħtija sa l-1979 għandhom jinġabru flimkien, meħud kont ta' dawk li kienu ġew miċħuda umbagħad milqugħa;

2. is-somom sħaħ għal benefiċċji mogħtija fl-1980 għandhom ikunu stmati skond l-għadd medju annwali ta' familji u l-għadd medju annwali ta' pensjonijiet milquta bl-Artikoli 94 u 95 rispettivament tar-Regolament (KEE) Nru 574/72; dawn l-għadd għandhom jinkisbu b'istħarriġ tat-tagħrif li hemm għas-snin 1977, 1978 u 1979;

3. f'dak li għandhom x'jaqsmu bejniethom il-Ġermanja u l-Italja, talbiet u djun u ż-żmien li fih kellha ssir sistemazzjoni għandhom jitqiesu skond l-Anness II.

L-Artikolu 4

1. L-ammonti tat-talbiet stabbiliti skond l-Artikoli minn 1 sa 3 għandhom jinġabru flimkien, għal kull Stat Membru, fil-munita ta' dak l-Istat, kif kienet fil-31ta' Diċembru 1981.

2. Għall-fini ta' att ta' tpaċija, l-ammonti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom umbagħad jinqalbu f'liri Taljani sabiex l-awtorità kompetenti Taljana tkun tista ssir taf bil-bilanċ li jkollha tħallas.

3. Il-bidla għandha ssir bir-rata tal-kambju uffiċjali tal-31 ta' Diċembru, 1981, stabbilita mill-Kummissjoni fil-qafas tas-sistema monetarja Ewropea.

L-Artikolu 5

1. Meħud kont tal-punt 3 ta' l-Artikolu 2, l-ammont paċut skond l-Artikolu 4 għandu jintwera fil-munita nazzjonali tal-pajjiż kreditur u għandu jitħallas lura f'dik il-munita.

2. Għall-bidla ta' muniti għall-fini li jsiru l-ħlasijiet lura skond il-paragrafu 3, ir-rata tal-kambju applikata għandha tkun dik valida fil-jum tal-ħlas.

3. Il-ħlasijiet lura dovuti għandhom isiru mill-korpi ta' kollegament kif ġej:

- fil-31 ta' Marzu 1982, 15 sa 20 % ta' l-ammont dovut,

- fit-30 ta' Ġunju 1982, 50 % tal-bilanċ li jkun għadu dovut,

- fil-31 ta' Diċembru 1982, il-bilanċ li jkun għadu ma tħallasx.

L-Artikolu 6

1. L-applikazzjoni ta' l-Artikoli minn 1 sa 5 għandha tikkostitwixxi sistemazzjoni tal-kontijiet. Din is-sistemazzjoni tal-kontijiet għandha wkoll tiġbor fiha l-ammonti msemmija fil-ftehim ta' rinunzja jew ftehim oħra li ġa saru jew li għad iridu jsiru.

2. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 100 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72, l-ebda talba għal ħlas lura dwar il-benefiċċji msemmija f'dan ir-Regolament ma tista' tintbagħat wara t-30 ta' April 1982.

3. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex dan ir-Regolament ikun applikat, partikolarment dwar dak li għandu x'jaqsam mal-passaġġ mill-bilanċ nazzjonali, stabbilit fuq il-livell tal-Komunità, għas-sistemazzjoni tal-kontijiet ta' l-istituzzjonijiet konċernati.

L-Artikolu 7

1. L-ammonti tat-talbiet għal kull Stat Membru stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli minn 2 sa 5 huma murija fl-Anness I.

2. Il-proċedura li l-istituzzjonijiet Ġermaniżi għandhom jimxu fuqha biex jistabbilixxu l-ammonti li għandhom iroddu lura u biex iqassmu l-ammonti li għandhom jitħallsu hija msemmija fl-Anness II.

L-Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Marzu, 1982.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Marzu 1982.

Għall-Kunsill

Il-President

P. de Keersmaeker

[1] ĠU L 149, tal-5.7.1971, p. 2.

[2] ĠU L 275, tad-29.9.1981, p. 1.

[3] ĠU L 74, tas-27.3.1972, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Dikjarazzjoni ta' pretensjonijiet minn u għall-INAM (Italja) dwar benefiċċji ta' l-istess xorta mogħtija sal-31 ta' Diċembru 1980 inkluż.

Sistemazzjoni ta' kontijiet kif kienu fil-31 ta' Diċembru 1981.

Ammonti stabbiliti skond l-Artikoli 2, 3 u 4.

I. L-ITALJA bħala debitur | II. L-ITALJA bħala kreditur |

A. Il-BELĠJU bħala kreditur | B. IL-BELĠJU bħala debitur |

L-Artikolu | L-Ammonti (Bfrs) | L-Ammonti (Lit) |

2, punti 1, 4 u 5 | 747427908 | 2381011627 |

2, punt 2 | 66190047 | — |

3, punt 1 | 483815 | 1011732004 |

3, punt 2 | 249407807 | 12123931379 |

4(1) (TOTAL) | 1063509577 | 15516675010 |

4(2) | (Lit) |

33208831000 | |

–15516675010 | 15516675010 |

17692155990 | — |

5(1) | 566589570 (Bfrs) | — |

Ċ. ID-DANIMARKA bħala kreditur | D. ID-DANIMARKA bħala debitur |

RINUNZJA

(Ftehim ta' rinunzja biex ikun iffirmat)

E. Il-ĠERMANJA bħala kreditur | F. Il-ĠERMANJA bħala debitur |

L-Artikolu | L-Ammonti (DEM) | L-Ammonti (Lit) |

2, punti 1, 4 u 5 | 43976412 | 27831565224 |

2, punt 2 | 6023588 | — |

3, punt 1 } [1] | . | . |

3, punt 2 | . | . |

4(1) (TOTAL) | (50000000) | (27831565224) |

4(2) | (Lit) |

| (27831565224) |

26664850000 | — (26664850000) |

— | (1166715224) |

5(1) | . | . |

G. FRANZA bħala kreditur | H. FRANZA bħala debitur |

L-Artikolu | L-Ammonti (FRF) | L-Ammonti (Lit) |

2, punti 1, 4 u 5 | 523004819 | 1299250076 |

2, punt 2 | 81593356 | 2754450000 |

3, punt 1 | 50330885 | 14988420084 |

3, punt 2 |

4(1) (TOTAL) | 654929060 | 19042120160 |

| –808895630 [2] |

4(2) | (Lit) |

137661503910 | 18233224530 |

–18233224530 |

119428279380 | — |

5(1) | 568183900 (FRF) | — |

I. L-IRLANDA bħala kreditur | J. L-IRLANDA bħala debitur |

RINUNZJA

(Ftehim ta' rinunzjatur għandu jiġi iffirmat)

K. Il-LUSSEMBURGU bħala kreditur | L. Il-LUSSEMBURGU bħala debitur |

L-Artikolu | L-Ammonti (Lfrs) | L-Ammonti (Lit) |

2, punti 1, 4 u 5 | 9057823 | 171081660 |

2, punt 2 | — |

3, punt 1 | 7707530 | 188287740 |

3, punt 2 | 431319035 |

4(1) (TOTAL) | 16765353 | 790688435 |

4(2) | (Lit) |

523509885 | 790688435 |

| –523509885 |

— | 267178550 |

4(1) | — | 267178550 |

M. L-OLANDA bħala kreditur | N. L-OLANDA bħala debitur |

L-Artikolu | L-Ammonti (Fl) | L-Ammonti (Lit) |

2, punti 1, 4 u 5 | 5150315 | 372447205 |

2, punt 2 | — |

3, punt 1 | 28862 | 238347410 |

3, punt 2 | 104909 | 261020350 |

4(1) (TOTAL) | 5284086 | 871814965 |

4(2) | (Lit) |

2567257330 | 871815965 |

–871815965 | |

1695441365 | — |

5(1) | 3489660 (Fl) | — |

O. IR-RENJU UNIT bhala kreditur | P. IR-RENJU UNIT bħala debitur |

L-Artikolu | L-Ammonti (£) | L-Ammonti (Lit) |

2, punti 1, 4 u 5 | 522197.66 | 801967351 |

2, punt 2 | — | — |

3, punt 1 | 810878.64 | 2222176221 |

3, punt 2 | 274467.41 | 804568514 |

4(1) (TOTAL) | 1607543,71 | 3828712086 |

4(2) | (Lit) |

| 3828712086 |

3698958077 | –3698958077 |

— | 129754000 |

5(1) | — | 129754000 |

ĠABRA FIL-QOSOR TA' L-OPERAZZJONIJIET TA' TPAĊIJA F'LIRE

I. L-ITALJA bħala debitur | II. L-ITALJA bħala kreditur |

IL-Kreditur | L-Ammonti (Lit) | Id-Debitur | L-Ammonti (Lit) |

Il-BELĠJU | 17692155990 | Il-ĠERMANJA | (1166715224) |

FRANZA | 119428279380 | IL-LUSSEMBURGU | 267178550 |

L-OLANDA | 1695441365 | IR-RENJU UNIT | 129754000 |

Total | 138815876735 | Total | (1563647774) |

L-Total I — Total II | | |

[1] L-Ammonti li għandhom ikunu iddeterminati mill-korpi mexxejja Ġermaniżi sat-30 ta' Settembru 1982.

[2] Ħidma ta' rikumpens ta' qabel.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Ir-Regoli ta' proċedura għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3, punt 3 u l-Artikolu 7(2)

1. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw biex ikunu stabbiliti u jintraddu lura l-ħlasijiet taħt l-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 f'dak li għandhom x'jaqsmu bejniethom il-Ġermanja u l-Italja:

(a) ħlasijiet f'somom sħaħ taħt l-Artikolu 94 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 sa l-1980 għandhom ikunu stabbiliti skond it-Titolu V ta' dak ir-Regolament u skond il-Ftehim bejn il-Ġermanja u l-Italja tal-5 Novembru ta' l-1968;

(b) ħlasijiet f'somom sħaħ taħt l-Artikolu 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandhom ikunu stabbiliti għal talbiet Taljani sa l-1979 u talbiet Ġermaniżi sa l-1980, skond it-Titolu V ta' dak ir-Regolament;

(ċ) ħlasijiet f'somom sħaħ dovuti lill-Italja taħt l-Artikolu 95 tar-Regolament Nru 574/72 għall-1980 għandhom ikunu stabbiliti b'kalkolu tas-sistemazzjoni ta' ħlasijiet f'somom sħaħ bejn l-istituzzjonijiet Ġermaniżi u Taljani għall-perjodu 1977, 1978 u 1979, meħud kont tar-reġistru tal-pensjonanti ta' l-Allgemeine Ortskrankenkasse Bonn (Fond Ġenerali Lokali ta' Bonn għal Mard) mill-1977 sa l-1980;

(d) talbiet għandhom ikunu kkalkolati mill-korpi ta' kollegament Ġermaniżi sat-30 ta' Settembru 1982, u magħluqa sal-31 ta' Diċembru 1982.

2. L-ammont imsemmi f'Anness I ta' dan ir-Regolament, bħala d-dejn ta' l-istituzzjonijiet Ġermaniżi taħt l-Artikolu 93 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72, għall-perjodu mill-1977 sa l-1980, għandu jkun imqassam mill-Bundesverband der Ortskrankenkassen (Federazzjoni Nazzjonali ta' Fondi Lokali għal Mard), fil-kapacità tagħha ta' korp ta' kollegament bejn it-tipi varji ta' istituzzjonijiet ta' assigurazzjoni Ġermaniżi għal mard fil-proporzjonijiet li jirriżultaw mis-sistemazzjonijiet magħmulin bejn l-1973 u l-1976. Skond it-tipi varji ta' fondi, it-tqassim għandu jkun magħmul skond l-għadd ta' membri fl-1980, esklużi l-pensjonanti;

3. L-ammont stabbilit bħala d-dejn ta' l-istituzzjonijiet Ġermaniżi taħt l-Artikolu 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għall-1980 għandu jkun sistemat mill-Allgemeine Ortskrankenkasse Bonn (Fond Ġenerali Lokali ta' Bonn għal Mard) f'isem l-istituzzjonijiet ta' assigurazzjoni Ġermaniżi kollha għal mard, bl-eċċezzjoni tal-Bundesknappschaft (Fond ta' Assigurazzjoni Federali għal Ħaddiema tal-Minjieri) u tal-fondi għal mard agrikolu. Is-somom li għandhom jitħallsu mill-Bundesknappschaft u mill-fondi għal mard agrikolu għandhom ikunu stabbiliti mill-Bundesverband der Ortskrankenkassen (Federazzjoni Nazzjonali ta' Fondi Lokali għal Mard), fil-kapaċita' tagħha ta' korp ta' kollegament, skond kalkolu msejjes fuq il-figuri għall-perjodu 1977, 1978 u 1979.

--------------------------------------------------