Official Journal L 056 , 03/03/1981 P. 0020 - 0021
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0074
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 7 P. 0242
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0074
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 7 P. 0242
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 551/81 tal-25 ta' Frar 1981 dwar il-klassifika ta' merkanzija taħt is-subintestatura 90.07 A tat-Tariffa Doganali Komuni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat Bir-Regolament (KEE) Nru 280/77 [2], u partikolarment Artikolu 3 tiegħu, Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, għandha ssir dispożizzjoni għall-klassifika ta' l-apparat li jittrasferixxi għal fuq mikrofilm informazzjoni rekordjata fuq tape manjetiku, li jikkonsisti f: - tape deck biex jinstama’ it-tape manjetiku, - unit ta' proċessar biex tikteb id — data reġistrati fuq it-tape f'karattri li jintgħarfu biex jintwerew fuq tubu cathode-ray u biex tikkontrolla l-operazzjoni tal-kamera u tal-flashlight li jintużaw biex jiġbdu r-ritratti ta' dawk il-karattri. Jekk mixtieq, din il-parti ta' l-operazzjoni tista’ ssir mill-unit ċentrali ta' proċessar ta' magna awtomatika ta' proċessar ta' data minflok il-unit ta' proċessar li tifforma parti mill-apparat, - tubu cathode-ray biex juri l-karattri, - apparat ta' flashlight, - kamera biex tiġbed ritratti tal-karattri fuq mikrofilm, - unit biex tiżviluppa u tistampa l-film f'forma ta' microfiches; Billi t-Tariffa Doganali Komuni annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [3], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3324/80 [4], tinkludi, taħt l-intestatura Nru 84.53, magni awtomatiċi li jipproċessaw data u unitajiet tagħhom u magni oħra li jipproċessaw data, taħt l-intestatura Nru 84.54, magni oħra ta' l-uffiċċju, taħt l-intestatura Nru 90.07, magni tar-rittratti, u taħt l-intestatura Nru 90.10, apparat u tagħmir tat-tip użat fil-laboratorji fotografiċi li ma jaqgħux taħt xi intestatura oħra tal-Kapitolu 90; Billi dawn l-intestaturi huma relevanti għall-klassifika ta' l-apparat fuq imsemmi li jwettaq tlett funzjonijiet: proċessar ta' data, ģbid ta' ritratti u żviluppar ta' film; Billi l-intestatura Nru 84.53 ma tkoprix apparat li jinkorpora jew li jaħdem flimkien ma’ magna awtomatika li tipproċessa data u twettaq funzjoni speċifika; billi l-unit ta' l-ipproċessar fl-apparat fuq imsemmi ma tistax titqies bħala l-element ewlieni ta' l-apparat peress li tista’ ma tintużax fl-operat tiegħu, ghax il-unit ċentrali ta' l-ipproċessar ta' magna awtomatika li tipproċessa data tintuża minfloku; Billi, f'kull każ, it-Taqsima XVI, li tinkludi l-intestaturi Nri 84.53 u 84.54, ma tkoprix l-oġġetti li jaqgħu taħt il-Kapitolu 90; Billi l-intestatura Nru 90.07 tinkludi magni tar-ritratti biex jikkupjaw id-dokumenti, inklużi dawk li jirrekordjaw fuq mikrofilm u dawk li fihom l-espożizzjoni u l-ipproċessar jitwettqu awtomatikament; billi magni tar-ritratti biex jikkupjaw data u li jirrekordjaw fuq mikrofilm iridu jkunu bl-istess mod ikklassifikati taħt l-intestatura Nru 90.07; billi l-apparat fuq imsemmi fih magna tar-ritratti li tikkostitwixxi l-element essenzjali tieghu; Billi skond ir-Regola Ġenerali A 3 (b) għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura, l-apparat fuq imsemmi jrid għalhekk ikun ikklassifikat taħt l-intestatura Nru 90.07 bħala li hu essenzjalment magna tar-ritratti; Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Apparat biex jittrasferixxi għal mikrofilm l-informazzjoni rrekordjata fuq tape manjetiku, li jikkonsisti fi: - tape deck biex isemma’ it-tape manjetiku, - unit ta' proċessar biex tikteb id-data rekordjata fuq it-tape f'karattri li jinqraw biex jintwerew fuq tubu cathode-ray u biex tikkontrolla l-operazzjoni tal-kamera u tal-flashlight li jintużaw biex jiġbdu ritratti ta' dawk il-karattri. Jekk mixtieq, din il-parti ta' l-operazzjoni tista’ ssir mill-unit ċentrali ta' proċessar ta' magna awtomatika ta' proċessar ta' data minflok l-unit ta' proċessar li tifforma parti mill-apparat, - tubu cathode-ray biex juri l-karattri, - apparat ta' flashlight, - kamera biex tiġbed ir-ritratti tal-karattri fuq mikrofilm, - unit biex tiżviluppa u tistampa l-film f'forma ta' microfiches, għandhom ikunu klassifikati fit-Tariffa Doganali Komuni taħt is-subintestatura: 90.07 Magni tar-ritratti; apparat ta' flashlight fotografiku u flashbulbs għajr discharge lamps ta' l-intestatura Nru 85.20: A. Magni tar-ritratti Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Frar 1981. Għall-Kummissjoni Karl-Heinz Narjes Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1. [2] ĠU L 40, tal-11.2.1977, p. 1. [3] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1. [4] ĠU L 349, tat-23.12.1980, p. 8. --------------------------------------------------