Official Journal L 043 , 14/02/1981 P. 0011 - 0011
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0107
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0161
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0107
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 11 P. 0161
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 1981 li temenda għas-seba’ darba d-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962 dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jitrattaw is-sustanzi kuluranti awtorizzati sabiex jintużaw fl-ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem (81/20/KEE) Il-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi parti (b) ta’ l-Anness II tad-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962 dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jittrattaw is-sustanzi kuluranti awtorizzati li jintużaw fl-ikel għall-konsum mill-bniedem [4], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 78/144/KEE [5], tistabilixxi l-lista ta’ prodotti biex jiddilwixxu jew iħollu s-sustanzi kuluranti; Billi l-użu tas-sustanza kuluranti carotenoid E 160 u E 161 huwa faċilitat permezz tad-dilwizzjoni tagħhom ma’ carrageenan (E 407) u gumarabic (E 414); filwaqt li l-Kummissjoni qegħda tirrevedi l-użu tas-sustanzi kollha użati biex jiddilwixxu jew iħollu s-sustanzi kulurantiu għalhekk mhux possibli sabiex tittieħed deċiżjoni finali dwar jekk dawn iż-żewġ sustanzi għandhomx jiġu awtorizzati fil-Komunità, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA Artikolu 1 Is-sustanzi li ġejjin jiżdiedu ma’ parti (b) ta’ l-Anness II għad-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962 taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fiha: - Carrageenan (esklussivament għas-sustanzi kuluranti elenkati taħt in-numri E 160 u E 161 fl-Anness 1), - Gum Arabic (esklussivament għas-sustanzi kuluranti elenkati taħt in-numri E 160 u E 161 fl-Anness 1). Artikolu 2 Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi mad-Direttiva mhux aktar tard minn l-1 ta’ Lulju 1981 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom minnufih. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Jannar 1981. Għall-Kunsill Il-President Ch. A. van der klaauw [1] ĠU C 201, ta’ l-10.8.1979, p. 13. [2] ĠU C 147, tas-16.6.1980, p. 124. [3] ĠU C 113, tas-7.5.1980, p. 9. [4] ĠU C 115, tal-11.11.1962, p. 2645/62. [5] ĠU L 44, tal-15.2.1978, p. 20. --------------------------------------------------