31976R2566



Official Journal L 298 , 28/10/1976 P. 0043 - 0043
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0078
Greek special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0204
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0078
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0186
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 6 P. 0186


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2566/76

tal-20 ta' Lulju 1976

li japprova l-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri li jemendaw it-Tabelli I u II annessi mal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tieghu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi t-Tabelli I u II annessi mal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera [1] għandhom ikunu emendati u jkun approvat il-Ftehim fil-forma ta' bdil ta' ittri li kien negozjat għal dak l-iskop.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' bdil ta' ittri li jemenda t-Tabelli I u II annessi mal-Protokoll 2 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna awtorizzata li tiffirma l-Ftehim għall-iskop li torbot il-Komunità.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussel, fl-20 ta' Lulju 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

M. van der Stoel

[1] ĠU L 300, 31.12.72, p. 188.

--------------------------------------------------