Official Journal 217 , 29/12/1964 P. 3685 - 3686
Greek special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0048
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0018
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 1 P. 0018
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Diċembru 1963 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar il-ħolqien ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (64/732/KEE) IL KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 238 tiegħu, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħolqien ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat f'Ankara fit-12 ta' Settembru 1963, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew bid-data tat-28 ta' Ottubru 1963 [1], IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Ġew konklużi, approvati u konfermati f'isem il-Komunità, il-Ftehim li joħloq Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija u l-Protokolli li jinsabu miegħu, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet li jinsabu ma' l-att finali iffirmati f'Ankara fit-tnax ta' Settembru elf disa' mija u tlieta u sittin. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill qiegħed jipproċedi biex jinnotifika din id-Deċiżjoni, b'konformità ma' l-Artikolu 31(2) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 1963. Għall-Kunsill Il-President L. De Block [1] ĠU C 182 tat-12.12.1963, pġ. 2906/63. --------------------------------------------------