Official Journal L 074 , 15/03/2001 P. 0016 - 0017
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 186/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-Kumpanniji) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XXII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/1999 tat-30 ta' Settembru 1999 [1]; (2) D-Direttiva tal-Kunsill 1999/60/KE tas-17 ta' Ġunju 1999 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar ammonti mfissra f'ecu [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt 4 (Ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE) fl-Anness XXII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud qabel l-addattamenti: "- 399 L 0060: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/60/KE tas-17 ta' Ġunju 1999 li temenda d-Direttiva 78/660/KEE fir-rigward ta' l-ammonti mfissra f'ecu (ĠU L 162 ,tas-26.6.1999, p. 65)." 2. L-addattament li ġej għandu jiġi miżjud: "(ċ) fl-Artikolu 2, dwar l-Istati ta' l-EFTA' ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandha tinqara "ippubblikat uffiċjalment f'kull Stat ta' l-EFTA"." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/60/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta' Diċembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1999. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President N. v. Liechtenstein [1] ĠU L 325, tal-21.12.2000, p. 46. [2] ĠU L 162, tas-26.6.1999, p. 65. --------------------------------------------------