21999D0180



Official Journal L 074 , 15/03/2001 P. 0008 - 0008


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 180/1999

tas-17 ta' Diċembru 1999

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/1999 tal-5 ta' Novembru 1999 [1];

(2) D-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/19/KE tat-18 ta' Marzu 1999 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE li tistabbilixxi reġimi armonizzati ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru u aktar [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 56g (Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE) fl-Anness XIII għall-Ftehim:

", kif emendata bi:

- 399 L 0019: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/19/KE tat-18 ta' Marzu 1999 (ĠU L 83, 27.3.99, p. 48)."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/19/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta' Diċembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

N. v. Liechtenstein

[1] ĠU L 15, tat-18.1.2001, p. 43.

[2] ĠU L 83, tas-27.3.99, p. 48.

--------------------------------------------------