Official Journal L 074 , 15/03/2001 P. 0003 - 0003
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 176/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 170/1999 tas-26 ta' Novembru 1999 [1]; (2) D-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/47/KE tal-21 ta' Mejju 1999 li taddatta għat-tieni darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 17e (Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE) ta' l-Anness XIII għall-Ftehim: "- 399L0047: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/47/KE tal-21 ta' Mejju 1999 (ĠU L 169, tal-5.7.1999, p. 1)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/47/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta' Diċembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1999. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President N. v. Liechtenstein [1] ĠU L 61, ta' l-1.3.2001, p. 29. [2] ĠU L 169, tal-5.7.1999, p. 1. --------------------------------------------------