Official Journal L 266 , 27/09/1978 P. 0002 - 0103
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0128
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0128
Greek special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0131
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0004
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 10 P. 0004
Ftehim Ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu IL-MAESTA TIEGĦU R-RE TAL-BEJĠU, IL-MAESTA TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA, L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU, IL-MAESTA TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA, IL-MAESTA TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITANNJA U L-IRLANDA TA' FUQ, u IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, minn naħa waħda, u IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA' L-EĠITTU, min-naħa l-oħra, PREAMBOLU BILLI JIXTIEQU juru x-xewqa komuni tagħhom li jmantnu u jsaħħu r-relazzjonijiet amikevoli ta' bejniethom skond il-prinċipji tal-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti, IDDEĊIDEW li jistabbilixxu koperazzjoni fuq bażi wiesgħa li għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' l-Eġittu u tgħin biex jissaħħu r-relazzjonijet bejn il-Komunità u l-Eġittu, IDDEĊIDEW li jippromwovu, wara li kkunsidraw il-livelli rispettivi ta' żvilupp tagħhom, koperazzjoni ekonomika u kummerċjali bejn il-Komunità u l-Eġittu u li tipprovdi bażi soda skond l-obbligi intermazzjonali, IDDEĊIDEW li jistabbilixxu mudell ġdid għar-relazzjonijiet bejn stati żviluppati u dawk li għadhom qed jiżviluppaw, kompatibbli ma' l-aspirazzjonijiet tal-Komunità Internazzjonali biex ikun hemm ordni ekonomiku aktar ġust u bilanċjat, JINNUTAW li l-Artikolu 17 tal-Ftehim iffirmat fi Brussels fit-18 ta' Diċembru 1972 jipprovdi għal konklużjoni fuq bażi aktar wiesgħa ta' Ftehim ġdid, IDDEĊIDEW li jikkonkludu dan il-Ftehim, u għal dan l-għan innominaw bħala Plenipotenzarji tagħhom: IL-MAESTA TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI: Renaat Van Elslande, Ministru għall-Affarijiet Barranin; IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA: Jens Christensen, Ambaxxatur, Sotto-Segretarju Permanenti; IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI ĠERMANIŻA: Hans-Dietrich Genscher, Ministru Federali għall-Affarijiet Barranin; IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA: Louis de Guiringaud, Ministru għall-Affarijiet Barranin; IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA: Garret Fitzgerald, Ministru għall-Affarijiet Barranin; IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA: Arnaldo Forlani, Ministru għall-Affarijiet Barranin; L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU: Gaston Thorn, Il-President u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu; IL-MAESTA TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA: Max van der Stoel, Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Renju ta’ l-Olanda; IL-MAESTA TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANNJA U L-IRLANDA TA' FUQ: Segretarju ta' l-Istat għall-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth tar-Renju Unit tal-Gran Britanja u l-Irlanda ta' fuq; IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ: Anthony Crosland, MP, President fil-kariga tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, Segretarju ta' l-Istat għall-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth tar-Renju Unit tal-Gran Britanja u l-Irlanda ta' fuq; Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Renju ta' l-Olanda; Anthony CROSLAND, MP, Claude Cheysson, Membru tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej; IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA' L-EĠITTU, Ministru għal Kummerċ Barrani tar-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu. Zakareya Tawfik Abdel-Fattah, Artikolu 1 L-għan ta' dan il-ftehim bejn il-Komunità u l-Eġittu huwa li jippromwovi koperazzjoni wiesgħa bejn il-Partijiet Kontraenti bl-għan li jikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' l-Eġittu u jgħin sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-Partijiet. Għal dan l-għan għandhom jittieħdu u jkunu implimentati disposizzjonijiet u miżuri fl-oqsma ta' koperazzjoni ekonomika, teknika u finanzjarja u tal-kummerċ. TITOLU KOPERAZZJONI ECONOMIKA, TEKNIKA U FINANZJARJA Artikolu 2 Il-Komunità u l-Eġittu għandhom jibdew koperazzjoni bl-għan li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' l-Eġittu permezz ta' sforzi li jikkumplimentaw dawk magħmula mill-Eġittu nnifsu, u li jsaħħu relazzjonijiet ekonomiċi eżistenti fuq bażi wiesgħa kemm jista jkun għall-ġid reċiproku tal-Partijiet. Artikolu 3 Sabiex tintlaħaq il-koperazzjoni msemmija fl-Artikolu 2, għandhom jitqiesu b'mod partikolari dawn li ġejjin: - l-għanijiet u prijoritajiet tal-pjanijiet u programmi ta' l-Eġittu, - l-importanza ta' skemi fejn operazzjonijiet differenti huma integrati, - l-importanza li tissaħħaħ il-koperazzjoni reġjonali bejn l-Eġittu u Stati oħra. Artikolu 4 1. L-għan tal-koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Eġittu għandu jkun li jippromwovi, b'mod partikolari: - parteċipazzjoni mill-Komunità fl-isforzi magħmula mill-Eġittu biex jiżviluppa l-produzzjoni tiegħu u l-infrastruttura ekonomika sabiex tkun diversifikata l-istruttura ekonomika. Din il-parteċipazzjoni għandha tkun konnessa, b'mod partikolari, ma' l-industrijalizzazzjoni ta' l-Eġittu u l-immodernizzar ta' l-agrikoltura; - ir-reklamar u l-bejgħ ta' prodotti esportati mill-Eġittu; - koperazzjoni industrijali mmirata sabiex tkabbar il-produzzjoni industrijali ta' l-Eġittu permezz ta' miżuri: - li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-implimentazzjoni tal-programmi ndustrijali ta' l-Eġittu, - biex titkattar l-organizzazzjoni ta' kuntatti u laqgħat bejn esperti li jfasslu l-politika industrijali, promoturi u kumpanniji Eġizzjani u l-Komunità sabiex titħeġġeġ l-istabbilir ta' relazzjonijiet ġodda fil-qasam industrijali skond l-għanijiet ta' dan it-Trattat, - biex tkun faċilitata l-akwisizzjoni fuq termini favorevoli ta' patenti u proprjetà industrijali oħra permezz ta' finanzjar skond il-Protokoll 1 u / jew b'arranġamenti oħra xierqa ma' intrapriżi u istituzzjonijiet fi ħdan il-Komunità, - biex iħallu t-tneħħija ta' barrieri non-tariffi u non-kwota li jistgħu jtellfu l-aċċess għal wieħed jew l'ieħor mis-swieq; - koperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, teknoloġija u protezzjoni ta' l-ambjent; - parteċipazzjoni minn operaturi tal-Komunità fi programmi ta' tiftix, produzzjoni u proċessar ta' riżorsi ta' l-Eġittu u kwalunkwe attivitajiet li jistgħu jiżviluppaw dawn ir-riżorsi fuq il-post, u t-tħaddim tajjeb ta' kuntratti ta' koperazzjoni u investiment konklużi għal dan l-għan bejn l-operaturi tagħhom; - koperazzjoni fil-qasam tas-sajd; - l-inkoraġġament ta' investimenti privati li huma fl-interess komuni taż-żewġ Partijiet; - l-iskambju ta' informazzjoni fuq is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja, u fuq żviluppi relatati, kif mixtieq għat-tħaddim tajjeb tal-Ftehim. 2. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jiddeċiedu fuq oqsma oħra ta' koperazzjoni. Artikolu 5 1. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni minn żmien għal żmien għandu jiddefinixxi linji gwida sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim. 2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jkun responsabbli li jsib mezzi u metodi sabiex jistabbilixxi koperazzjoni fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4. Għal dan il-għan qed jingħata s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet. Artikolu 6 Il-Komunità għandha tipparteċipa fl-iffinanzjar ta' kwalunkwe miżuri li jippromwovu l-iżvilupp ta' l-Eġittu taħt il-kondizzjonijiet ta' Protokoll 1 fuq koperazzjoni teknika u finanzjarja, filwaqt li jżommu quddiem għajnejhom il-possibbilitajiet offruti minn koperazzjoni triangulari. Artikolu 7 Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiffaċilitaw it-tħaddim tajjeb ta' kuntratti ta' koperazzjoni u investiment li huma fl-interess taż-żewġ Partijiet u li jaqgħu taħt l-istrutturi ta' dan il-Ftehim. TITOLU II KOPERAZZJONI KUMMERĊJALI Artikolu 8 Fil-qasam tal-kummerċ, l-għan ta' dan il-Ftehim hu li jippromwovi l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, filwaqt li jżomm quddiem għajnejh il-livelli rispettivi ta' żvilupp u l-bżonn li jassigura bilanċ aħjar fil-kummerċ tagħhom, bl-għan li tiżdied ir-rata ta' tkabbir tal-kummerċ ta' l-Eġittu u jitjiebu l-kondizzjonijiet ta' aċċess tal-prodotti tiegħu fis-swieq tal-Komunità. A. Prodotti industrijali Artikolu 9 Suġġetti għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 13, 14 u 16, id-dwana u spejjeż li għandhom effett ekwivalenti fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti magħmula fl-Eġittu barra dawn imniżżla fl-Anness II tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u barra dawk imniżżla fl-Anness A, għandhom jitħejjew skond l-iskeda tal-ħin li ġejja: Skeda tal-Ħin | Rata ta' tnaqqis (%) | Dwar id-data tad- dħul fis-seħħ tal-Ftehim | 80 | Mill-1 Lulju 1977 | 100 | Artikolu 10 1. Għal kull prodott, id-dazji bażiċi li fuqhom għandu jkun applikat it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 9 huma: - għall-Komunità kif magħmula oriġinarjament: dawk id-dazji proprjament applikati għall-Eġittu fl-1 ta' Jannar 1975 skond id-disposizzjonijiet ta' l-Anness I għall-Ftehim tat-18 ta' Diċembru 1972 bejn il-Komunità u l-Eġittu, - għad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit: dawk id-dazji proprjament applikati għall-Eġittu fl-1 ta' Jannar 1972. 2. Għandhom ikunu applikati d-dazji mnaqqsa kalkulati skond l-Artikolu 9, sa l-ewwel punt deċimali. Pero, suġġett għall-applikazzjoni mill-Komunità ta' l-Artikolu 39 (5) ta' l-Att dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u l-aġġustamenti għat-Trattati ta' 22 ta' Jannar 1972, fejn jidħlu d-dazji jew partijiet speċifiċi ta' dazji mħallta fit-tariffi doganali ta' l-Irlanda u r-Renju Unit, l-Artikolu 9 għandu jkun applikat, sar-raba' punt deċimali. Artikolu 11 1. Fil-każ ta' dazji li jinkludu element protettiv u element fiskali, l-Artikolu 9 għandu japplika għall-element protettiv. 2. Ir-Renju Unit għandu jbiddel id-dazji ta' natura fiskali u l-element fiskali ta' dawn id-dazji b'taxxi interna, skond l-Artikolu 38 ta' l-Att dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u l-aġġustamenti tat-Trattati msemmija fl-Artikolu 10. Artikolu 12 Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti magħmula l-Eġittu barra dawk imniżżla fl-Anness II tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u barra dawk imniżżla fl-Anness B, għandhom jitneħħew fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, u miżuri li għandhom effett ekwivalenti għar-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni għandhom jitneħħew mad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Artikolu 13 Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 tal-Protokoll 7 għall-Att dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u aġġustament għat-Trattati msemmija fl-Artikolu 10 dwar l-importazzjoni ta' inġenji u l-industrija ta' assemblaġġ ta' inġenji fl-Irlanda għandhom jgħoddu għall-Eġittu. Artikolu 14 1. L-importazzjoni tal-prodotti li ġejjin għandha tkun suġġetta għall-limiti annwali li l'fuq minnhom id-dazji doganali li japplikaw għal pajjiżi terzi jistgħu jkunu introdotti skond paragrafi 2 sa 6, il-limitu ffissat għas-sena tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ikun indikat f'kull każ. Numru ta' Intestatura CCT | Deskrizzjoni | Limitu (Tunnellati) | 27.10 | Żjut petrolifiċi u żjut miksuba minn minerali bituminużi, barra minn nejj; preparazzjonijiet mhux speċifikati jew inklużi, li fihom mhux anqas minn 70 % mal-piż taż-żjut petrolifiċi jew taż-żjut miksuba minn minerali bituminużi, dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet: A.Żjut Ħfief:III.Għall-għanijiet oħraB.Żjut tan-nofs:III.Għall-għanijiet oħraĊ.Żjut tqal:I.Żjut tal-Gass:ċ)Għall-għanijiet oħraII.Żjut tal-karburant:ċ)Għall-għanijiet oħraĊ.III. Żjut lubrifikanti; żjut oħra:ċ)Għandhom jitħalltu skond it-termini tan- nota addizzjonali 7 għall-Kapitolu 27d)Għall-għanijiet oħra | 450000 | 27.11 | Gassijiet petrolifiċi u idrokarbuni gassużi oħra: A.Propanju ta' purità ta' mhux anqas minn 99 %:I.Għall-użu bħala karburant tal-qawwa jew li jsaħħanB.Oħrajn:I.Propanju kummerċjali u butanju kummerċjali:ċ)Għall-għanijiet oħra | 27.12 | Ġel Petrolifiku: A.Nejj:III.Għall-għanijiet oħraB.Oħra | 27.13 | Xama' paraffina, xama' mikro-kristallina, xama' slack, ozokerite, xama' lignite, xama' peat u xama' minerali oħra, kulurita jew le: B.Oħra:I.Nejj:ċ)Għall-għanijiet oħraII.Oħra | 27.14 | Bitumen petrolifiku, coke petrolifiku u fdalijiet oħra ta' żjut petrolifiċi jew żjut miksuba minn minerali bituminużi. C.Oħra:II.Oħra | 31.03 | Fertilizzanti minerali jew kimiċi, fosfatiċi | 35000 | 55.05 | Ħajt tal-qoton, li ma jkunx għall-bejgħ | 7000 | 55.09 | Drappijiet oħra magħmula mill-qoton | 3250 | 2. Mis-sena li ġejja, l-limiti ndikati f'paragrafu 1 għandhom jiżdiedu ta' kull sena b'5 %. 3. Għall-prodotti li jaqgħu taħt is-sottotitolu B II (fosfati, inklużi polifosfati, barra ta' l-ammonja) u Kapitolu 76 (aluminju) tat-Tariffa Doganali Komuni, il-Komunità tirriserva d-dritt li ddaħħal il-limiti. 4. Meta jintlaħaq limitu ffissat għall-importazzjoni ta' prodotti koperti minn dan l-Artikolu, id-dazji proprji applikati għall-pajjiżi terzi jistgħu jkunu mposti mill-ġdid fuq importazzjoni ta' prodotti sa tmiem is-sena tal-kalendarju. 5. Meta l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodott suġġett għall-limiti jilħaq 75 % tal-livell iffissat, il-Komunità għandha tinforma l-Kunsill ta' Koperazzjoni. 6. Il-limiti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jitneħħew sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1979. Artikolu 15 1. Il-Komunità tirriserva d-dritt li timmodifika l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti petrolifiċi li jaqgħu taħt is-sottotitoli u titoli Nri 27.10, 27.11 A u B I, 27.12, 27.13 B u 27.14 tat-Tariffa Doganali Komuni: - fuq l-adozzjoni ta' definizzjoni komuni ta' l-oriġini ta' prodotti petrolifiċi, - fuq l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet taħt politika kummerċjali komuni, jew - fuq l-sitabbilir ta' politika komuni ta' l-enerġija. 2. F'dik l-eventwalità l-Komunità għandha tassigura li l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti għandha tibbenefika minn vantaġġi ekwivalenti għal dawk provduti f'dan il-Ftehim. Sabiex ikun applikat dan il-paragrafu għandhom isiru konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kunsill ta' Koperazzjoni fuq talba tal-Parti l-oħra. 3. Suġġett għall-paragrafu 1, dan il-Ftehim m'ghandhux jeffetwa r-regoli non-tariffi applikati għall-importazzjoni ta' prodotti petrolifiċi. Artikolu 16 Għall-oġġetti li jirriżultaw minn proċessar ta' prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness C, it-tnaqqis speċifikat fl-Artikolu 9 għandu jgħodd għall-komponent tal-ħlas miżmum fuq importazzjoni ta' dawn il-prodotti fil-Komunità. B. Prodotti Agrikoli Artikolu 17 1. Dazji fuq importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti li ġejjin li oriġinaw fl-Eġittu għandhom jitnaqqsu bir-rati skond kid indikat għall kull wieħed minnhom: Numru ta' Intestatura CCT | Deskrizzjoni | Rata ta' tnaqqis (%) | 03.03 | Krostaċeji u molluski, fil-qoxra jew le, friski (ħajjin jew mejtin), imkessħa, friżati, immelħa, fl-ilma jew niexfa; krostaċeji, bil-qoxra, sempliċiment mgħollija fl-ilma: | | A.Krostaċeji: | | Ex IV.Gambli u gambli kbar: | | Friski jew friżati | 50 | 05.04 | Imsaren, bżieżaq ta' l-awrina u żaqq ta' annimali (barra ħut), sħah jew biċċiet | 80 | 07.01 | Ħaxix, frisk jew imkessaħ: | | A.Patata: | | II.Patata Ġdida: | | Ex a)Mill-1 ta' Jannar sal-15 ta' Mejju | | Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu | 40 | F.Ħaxix legumi, bil-qoxra jew mingħajrha: | | II.Fażola (ta' l-ispeċi Phaseolus): | | Ex a)Mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Ġunju: | | Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April | 40 | Ex H.Basal, shallots u tewm: | | Basal, Mill-1 ta' Frar sat-30 ta' April | 60 | Tewm, Mill-1 ta' Frar sal-31 ta' Mejju | 50 | M.Tadam: | | Ex I.Mill-1 ta' Novembru sal-14 ta' Mejju: | | Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Marzu | 60 | Ex S.Bżar ħelwin: | | Mill-15 ta' Novembru sat-30 ta' April | 40 | 07.05 | Ħaxix legumi mnixxef, fil-qoxra, imneżża jew maqsum xorta waħda: | | B.Oħrajn (għal żerriegħa) | 80 | 08.01 | Tamal, banana, kowkonat, lewż tal-Brażil, cashew nuts, ananass, avokadi, mangoes, guavas u mangosteens, friski jew imnixxfa, bil-qoxra jew mhux: | | Ex A.Tamal: | | Niexef | 80 | H.Oħrajn (mangoes, guavas u mangosteens) | 40 | 08.02 | Frott taċ-Ċitru, frisk jew niexef: | | Ex A.Larinġ | | Frisk | 60 | Ex B.Mandolin (inklużi mandolin u satsumas); klementini, wilkings u iibridi simili taċ-ċitru: | | Frisk | 60 | Ex Ċ.Lumi: | | Frisk: | | D.Grapefruit: | 40 | Ex E.Oħra | | Lumiċelli | 80 | 08.04 | Għeneb frisk jew niexef: | | A.Frisk | | I.Għeneb tal-mejda: | | Ex a)Mill-1 ta' Novembru sa' l-14 ta' Lulju: | | Mill-ewwel ta' Diċembru sat-30 ta' April | 60 | ex 08.09 | Frott ieħor, frisk: | | Dulliegħ, mill-1 ta' April sal-15 ta' Ġunju | 50 | 08.12 | Frott, niexef, barra dak li jaqa' taħt it-titlu Nru 08.01, 08.02, 08.03, 08.04 u 08.05: | | E.Papaws | 50 | 09.04 | Bżar tat-tip "Piper"; pimento tat-tip Capsicum jew "Pimenta" | 80 | 09.09 | Żerriegħa ta' l-aniċi, badian, bużbieża, siġar tal-kosbor, kemmun, caraway u ġuleb | 80 | 12.03 | Żerriegħa, frott u spori, tat-tip użati biex jinżergħu: | | E:Oħra | 50 | 12.07 | Pjanti u partijiet (inklużi żerriegħa u frott) ta' siġar, arbuxelli, xtieli u pjanti oħrajn, li jkunu oġġetti wżati primarjament għal fwieħa, fil-farmaċija, jew għall-insettiċidi, fungiċidi jew għanijiet simili, friski jew imnixxfa, sħaħ, maqsuma, mgħaffġa, imfarrka, jew fi trab: | | A.Pyrethrum (fjuri, weraq, zkuk, petali u għeruq) | 80 | B.Għeruq likworiċi | 80 | C.Ful tonquin | 80 | Ex D.Oħra: | | Kamomilla, minta, qoxra taz-zkuk tas-siġar cinchowa, quassia amara (injam u qoxra taz-zkuk tas-siġar), ful calabar, trab cubeb, weraq coca, injam ieħor, għeruq u qxur taz-zkuk tas-siġar; mosses, lichens u algae. | 80 | 12.08 | Ful locust, frisk new niexef, kibbled jew imfarrak xorta, pero mhux preparat aktar; kernelli ta' frott u prodotto oħra tal-ħaxix tat-tip użati primarjament bħala ikel uman, li ma jaqgħux taħt xi sottotitolu ieħor | 80 | 16.05 | Krostaċeji u molluski, preparati jew preservati: | | Ex B.Oħra: | | Gambli u gambli kbar | 50 | 20.01 | Ħaxix u frott, preparati jew preservati bil-ħall jew aċtu aċetiku, biz-zokkor jew mingħajru, bil-melħ jew mingħajru, spezji jew mustarda: | | A.Mango chutney | 80 | 2. Paragrafu 1 għandu jgħodd għall-lumi frisk taħt is-sottotitolu 08.02 Ex C tat-Tariffa Ddoganali Komuni fuq il-kondizzjoni li fis-suq intern tal-Komunità l-prezzijiet tal-lumi impurtat mill-Eġittu jkunu, wara l-ħlas tad-dazji u t-tnaqqis ta' spejjeż ta' l-importazzjoni, mhux inqas mill-prezz referenzali biż-żieda ta' l-inċidenza tal-prezz referenzali tad-dazji attwalment applikati għal pajjiżi terzi u ammont fiss ta' 1.20 unità għal kull 100 kilogramma. 3. It-tariffi fuq l-importazzjoni barra d-dazji msemmija f'paragrafu 2 għandhom ikunu dawk li ħa jintużaw għall-kalkolu tal-prezzijiet tad-dħul imsemmija f'Regolament (KEE) Nru 1035/72 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix. Madankollu, il-Komunità għandha tkun intitolata li tikkalkula l-ammont li jrid jitnaqqas f'dawk li huma tariffi ta' l-importazzjoni barra d-dazji msemmija f'paragrafu 2 b'dak il-mod, li skond l-oriġini, jkunu evitati diffikultajiet li jistgħu jinħolqu mill-inċidenza ta' dawn it-tariffi fuq il-prezzijiet tad-dħul. L-Artikoli 23 sa 28 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 għandhom jibqgħu jgħoddu. 4. Permezz ta' deroga minn paragrafu 1, id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw, sa l-1 ta' Jannar 1978, fuq l-importazzjoni tal-larinġ frisk taħt is-sottotitolu 08.02 Ex A tat-Tariffi Doganali Komuni u tal-mandolin frisk (inklużi l-mandolin u s-satsumas), klementini, wilkings u ibridi simili taċ-ċitru taħt is-sottotitolu 08.02 Ex B tat-Tariffi Doganali Komuni, tariffi li ma jistgħux ikunu inqas minn dawk fl-Anness D. Artikolu 18 Dazji doganali fuq importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti li ġejjin u li joriġinaw fl-Eġittu għandhom ikunu applikati b'dawn ir-rati: Numru ta' Intestatura CCT | DESKRIZZJONI | Rata ta' dwana (%) | 07.04 | Ħxejjex imnixxfa, deidrati jew evaporati, sħaħ, maqtugħa, imfella, imkissra jew trab, imma mhux preparati iktar minn daqshekk: | | ABasal | 15 | Ex. B.Oħra: | | Tewm | 14 | Artikolu 19 1. Il-Komunità għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tassigura li t-taxxa fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta' ross li jaqa taħt is-sottotitolu Nu 10.06 tat-Tariffi Doganali Komuni u li joriġina fl-Eġittu tkun it-taxxa kalkulata skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76 ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross, bit-tnaqqis ta' ammont kalkulat skond paragrafu 3. 2. Id-disposizzjonijiet ta' paragrafu 1 għandhom jgħoddu għall-kwantità annwali li ma taqbiżx it-32000 tunnellata, iżda l-Eġittu jrid jimponi ħlas speċjali fuq l-esportazzjoni ta' prodotti imsemmija f'dak il-paragrafu u għandu wkoll ikun provdut li dan il-levi il-ħlas speċjali li hu l-istess għall-ħlas imnaqqas ikun rifless fil-prezz ta' l-importazzjoni fil-Komunità. 3. L-ammont li bih jitnaqqas il-ħlas għandu jkun iffissat kull kwart tas-sena mill-Komunità. Għandu jkun l-istess għall-25 % tal-livell medju tat-taxxi applikabbli matul perjodu referenzali. Dan il-perjodu referenzali u r-regoli biex ikun applikat dan l-Artikolu għandhom ikunu iffissati bi skambju ta' ittri bejn il-partijiet kontraenti. 4. Konsultazzjonijiet dwar it-tħaddim tas-sistema msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jsiru fil-Kunsill ta' Koperazzjoni. Artikolu 20 1. Il-Komunità għandha tieħu l-miżuri neċessarji kollha sabiex tassigura li t-taxxa fuq l-importazzjoni fil-Komunitaà ta' nuħħala, xfafar u fdalijiet oħra minn għażla, ħdim ta' jew xogħol ieħor ta' ċereali li jaqa taħt is-sottotitolu 23.02 A tat-Tariffi Doganali Komuni u li joriġinaw fl-Eġittu, tkun it-taxxa ta' l-importazzjoni kalkulata skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2744/75 fuq is-sistema ta' importazzjoni u esportazzjoni ta' prodotti proċessati minn ċereali a minn ross, u tnaqqas ammont fiss ekwivalenti għall-60 % tal-komponent varjabbli tat-taxxa. 2. Id-disposizzjonijiet ta' paragrafu 1 għandhom jgħoddu iżda t-taxxi ta' l-Eġittu fuq l-esportazzjoni tal-prodotti li ssemmew s'issa ikun hemm tariffa speċjali ugwali għall-ammont li bih jitnaqqas il-ħlas u li din it-tariffa tkun riflessa fil-prezz ta' l-importazzjoni tal-Komunità. 3. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jitniżżlu fi skambju ta' ittri bejn il-Komunità u l-Eġittu. 4. Konsultazzjonijiet dwar it-tħaddim tas-sistema msemmija f'dan l-Artikolu għandhom isiru fi ħdan il-Kunsill ta' Koperazzjoni fuq talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti. Artikolu 21 1. Ir-rati ta' tnaqqis speċifikati fl-Artikolu 17 għandhom jgħoddu għad-dazji attwalment applikati għal pajjiżi terzi. 2. Madankollu, it-tariffi li jirriżultaw mit-tnaqqis magħmul mid-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit ma jista' fl-ebda każ ikunu anqas minn dawk applikati mill-pajjiżi msemmija lill-Komunità kif oriġinarjament magħmula. 3. F'deroga minn paragrafu 1, jekk l-applikazzjoni ta' dan twassal temporanjament f'moviment fit-tariffi il'bogħod mill-allinejament finali tad-dazji, id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit jistgħu jżommu d-dazji tagħhom sakemm jintlaħaq il-livell ta' dawn id-dazji f'allinjament sussegwenti, jew jistgħu japplikaw id-dazju li jirriżulta minn allinejament sussegwenti hekk kif il-moviment tat-tariffi jilħaq jew jaqbeż il-livell imsemmi. 4. Id-dazji mnaqqsa kalkulati skond l-Artikolu 17 għandhom ikunu applikati, sa' l-ewwel punt deċimali. Madankollu, suġġett għall-applikazzjoni mill-Komunità ta' l-Artikolu 39 (5) ta' l-Att dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u l-aġġustamenti għat-Trattati msemmija fl-Artikolu 10, fejn jidħlu d-dazji jew partijiet speċifiċi ta' dazji mħallta fit-tariffi doganali ta' l-Irlanda u r-Renju Unit, id-dazji mnaqqsa għandhom japplikaw, sar-raba' punt deċimali. 5. It-taxxa li fuqha l-Istati Membri l-ġodda għandhom japplikaw it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 19 għandha tkun it-taxxa attwali applikata għall-pajjiżi terzi. 6. Fl-Istati Membri l-ġodda l-komponent varjabbli tal-ħlas imsemmi fl-Artikolu 19 għandu jkun kalkulat filwaqt li jqis ir-rati attwali applikati għall-pajjiżi terzi. Artikolu 22 1. Jekk ikunu introdotti regoli speċifiċi bħala riżultat ta' l-implimentazzjoni ta' politika agrikola komuni jew tibdil tar-regoli eżistenti, jew jekk id-disposizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-politika agrikola tagħha tkun modifikata jew żviluppata, il-Komunità tista' timmodifika l-arranġamenti mniżżla fil-Ftehim dwar il-prodotti konċernati. F'dawn il-każijiet il-Komunità għandha tqis b'mod xieraq l-interessi ta' l-Eġittu. 2. Jekk il-Komunità, meta tapplika paragrafu 1, timmodifika l-arranġamenti magħmula b'dan il-Ftehim għall-prodotti koperti mill-Anness II għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, għandha tagħti lill-importazzjoni li toriġina fl-Eġittu vantaġġ kumparabbli ma dak imsemmi f'dan il-Ftehim. 3. L-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu tista' tkun is-suġġett ta' konsultazzjonijiet fil-Kunsill ta' Koperazzjoni. C. Disposizzjonijiet komuni Artikolu 23 1. Il-prodotti li joriġinaw fl-Eġittu msemmija f'dan il-Ftehim ma jistgħux igawdu minn trattament aktar favorevoli meta mpurtati fil-Komunità minn dak applikat bejn l-Istati Membri bejniethom. 2. Għall-applikazzjoni ta' paragrafu 1, għandhom jitqiesu t-tariffi u l-ispejjeż li għandhom effett ekwivalenti li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' l-Artikoli 32, 36 u 59 ta' l-Att dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u l-aġġustamenti għat-Trattati msemmija fl-Artikolu 10. Artikolu 24 1. Suggett għad-disposizzjonijiet speċjali relatati mal-kummerċ tal-fruntiera, l-Eġittu għandu jagħti trattament lill-Komunità, fil-qasam tal-kummerċ, mhux inqas minn dak ta' trattament għall-nazzjon mill-aktar favorit. 2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika fil-każ ta' manutenzjoni jew stabbilir ta' għaqdiet doganali jew żoni ta' kummerc ħieles. 3. Barra minn hekk, l-Eġittu jista' jidderoga mid-disposizzjonijiet ta' paragrafu 1 fil-każ ta' miżuri addottati sabiex ikun hemm integrazzjoni ekonomika reġjonali jew miżuri li jibbenefikaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-Komunità għandha tkun notifikata b'dawn il-miżuri. Artikolu 25 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinfurmaw lil xulxin fl-okkażjoni ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim dwar id-disposizzjonijiet li huma japplikaw taħt dawn l-arranġamenti kummerċjali. 2. L-Eġittu għandu jkun intitolat li jdaħħal fl-arranġamenti kummerċjali tiegħu mal-Komunità tariffi ġodda ta' dazji jew spejjeż li jkollhom effett ekwivalenti u restrizzjonijiet ġodda kwantitattivi jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti u li jżidu t-tariffi u r-restrizzjonijiet kwantitattivi jew spejjeż jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti japplikaw għall-prodotti li joriġinaw fil-Komunità jew sejrin lejn il-Komunità, fejn dawn il-miżuri huma neċessarji għall-industrijalizazzjoni u l-ħtiġijiet ta' żvilupp ta' l-Eġittu. Il-Komunità għandha tkun notifikata b'dawn il-miżuri. Sabiex ikun applikat dan il-paragrafu għandhom isiru konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kunsill ta' Koperazzjoni fuq talba tal-Parti Kontraenti l-oħra. Artikolu 26 Fejn l-Eġittu japplika restrizzjonijiet kwantitattivi fil-forma ta' kwoti jew allokazzjonijiet tal-munita għal xi prodott partikolari skond il-liġijiet tagħhom għandu jittratta l-Komunità bħala entità waħda. Artikolu 27 Kull meta sseħħ xi reviżjoni msemmija fl-Artikolu 46 tal-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom ifittxu opportunitajiet biex isir progress sabiex jitneħħew l-ostakli għall-kummerċ, filwaqt li jitqiesu l-esiġenzi ta' l-iżvilupp ta' l-Eġittu. Artikolu 28 Għall-għanijiet li jkun implimentat dan it-titolu, il-Protokoll 2 ta' dan il-Ftehim għandu jistabbilixxi r-regoli ta' oriġini. Artikolu 29 F'każ li jkun hemm tibdiliet fin-nomenklatura tad-dazji tal-Partijiet Kontraenti li jaffetwa l-prodotti msemmija f'dan il-Ftehim, il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jaddotta n-nomenklatura ta' tariffi ta' dawn il-prodotti sabiex jikkonforma ma' dawn il-modifiki. Artikolu 30 Il-Partijiet Kontraenti m'għandhomx jieħdu xi miżura jew jaddottaw xi prattika fiskali ta' natura interna li tistabbilixxi, direttament jew indirettament, xi diskriminazzjoni bejn il-prodotti ta' Parti Kontraenti u prodotti simili li joriġinaw fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra. Prodotti esportati lit-territorju ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti ma jistgħux jibbenefikaw minn rifużjoni ta' tassazzjoni interna li taqbeż l-ammont ta' taxxa diretta jew indiretta mposta fuqhom. Artikolu 31 Ħlasijiet relatati ma' transazzjonijiet kummerċjali li jsiru skond regolamenti dwar il-kummerċ barrani u l-kambju u t-trasferiment ta' dawn il-pagamenti lill-Istati Membri tal-Komunità fejn il-kreditur ikun residenti jew lill-Eġittu għandhom ikunu ħielsa minn kull restrizzjoni. Artikolu 32 Il-Ftehim m'għandux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew oġġetti li jkunu qed jinġarru fuq bażi ta' moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin, annimali jew pjanti; il-protezzjoni ta' teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkaeoloġiku; il-protezzjoni ta' proprjetà industrijali u kummerċjali, jew regoli dwar deheb jew fidda. Projbizzjonijiet bħal dawn jew restrizzjonijiet madankollu, m'għandhomx iservu ta' mezz biex ikun hemm diskriminazzjoni arbitrarja jew xi ristrezzjoni moħbija dwar il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti. Artikolu 33 1. Jekk wieħed mill-Partijiet Kontraenti jsib li qed isir xi dumping fil-kummerċ mal-Parti Kontraenti l-oħra, jista' jieħu miżuri xierqa kontra din il-prattika skond il-Ftehim dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar tariffi u kummerċ, taħt il-kudizzjonijiet u skond il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 35. 2. Fil-każ ta' miżuri li jkunu diretti kontra għotjiet jew sussidji, il-Partijiet Kontraenti jobbligaw ruħhom li jirrispettaw id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ. Artikolu 34 Jekk ikun hemm tfixkil serju f'xi settur ta' l-ekonomija jew jekk ikun hemm diffikultajiet li jistgħu jwasslu għal deterjorazzjoni serja fis-sitwazzjoni ekonomika ta' reġjun, il-Parti Kontraenti kkonċernata tista' tieħu l-miżuri neċessarji taħt il-kondizzjonijiet u skond il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 35. Artikolu 35 1. F'każ li Parti Kontraenti tissuġġetta l-importazzjoni ta' prodotti li jistgħu joħolqu xi problemi msemmija fl-Artikolu 34 għal xi proċedura amministrattiva, li l-għan tagħha jkun li tipprovdi tagħrif rapidu fuq it-tendenza tal-flussi tal-kummerċ, għandha tinforma l-Parti Kontraenti l-oħra. 2. Fil-każijiet speċifikati fl-Artikoli 33 u 34, qabel ma jittieħdu l-miżuri msemmija hemm, jew kemm jista' jkun malajr f'każijiet fejn japplika paragrafu 3 (b), il-Parti Kontraenti fil-kwistjoni għandha tagħti lill-Kunsill ta' Koperazzjoni l-informazzjoni relevanti kollha meħtieġa għall-eżami sħiħ tas-sitwazzjoni sabiex tinstab soluzzjoni aċċetabbli għall-Partijiet Kontraenti. Fl-għażla ta' miżuri, għandha tingħata priorità lil dawk li l-anqas iħarbtu t-tħaddim tal-Ftehim. Miżuri bħal dawn m'għandhomx jaqbżu l-limiti ta' dak li jkun strettament neċessarju sabiex jingħelbu d-diffikultajiet li jinqalgħu. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jkun infurmat immedjatament dwar kwalunkwe miżuri ta' salvagwardja, u dawn għandhom ikunu s-suġġett ta' konsultazzjonijiet perjodiċi fi ħdan il-Kunsill ta' Koperazzjoni speċjalment biex ikunu jistgħu jitneħħew hekk kif iċ-ċirkostanzi jippermettu. 3. Għall-implimentazzjoni ta' paragrafu, japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin: (a) fejn għandhom x'jaqsmu l-Artikoli 33 u 34, il-konsultazzjoni fi ħdan il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandha ssir qabel il-Parti Kontraenti tieħu l-miżuri xierqa; (b) fejn ikun hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jkunu jeżiġu azzjoni mmedjata u li għalhekk jagħmlu l-konsultazzjoni ta' qabel impossibli, il-Parti Kontraenti konċernata tista', fis-sitwazzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 33 u 34, tapplika mill-ewwel dawn il-miżuri ta' prekawzjoni li jkun strettament neċessarji biex titranġa s-sitwazzjoni. Artikolu 36 Fejn wieħed jew aktar Stati Membri tal-Komunità jew l-Eġittu ikun f'diffikultajiet serji jew ikun mhedded b'diffikultajiet serji fejn jidħol il-bilanċ tad-dħul tiegħu, il-Parti Kontraenti konċernata tista' tieħu l-miżuri ta' salvagwardja neċessarji. Fl-għażla ta' miżuri, għandha tingħata prijorità lil dawk li l-anqas iħarbtu t-tħaddim tal-Ftehim. Il-Parti Kontraenti l-oħra għandħa tkun infurmat immedjatament u għandhom ikunu s-suġġett ta' konsultazzjonijiet perjodiċi fi ħdan il-Kunsill ta' Koperazzjoni speċjalment biex jistgħu jitneħħew hekk kif iċ-ċirkostanzi jippermettu. TITOLU III DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI Artikolu 37 1. B'dan qed ikun stabbilit Kunsill ta' Koperazzjoni li, sabiex jilħaq l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, għandu jkollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet imsemmija f'dan il-Ftehim. Id-deċiżjonijiet meħuda għandhom ikunu jorbtu fuq il-Partijiet Kuntraenti, li għandhom jieħdu dawk il-miżuri li jkun meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom. 2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' wkoll jifformula kwalunkwe risoluzzjonijiet jew opinjonijiet li jqis meħtieġa għall-kisba ta' oġġettivi komuni u t-tħaddim tajjeb tal-funzjonijiet tal-Ftehim. 3. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jaddotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Artikolu 38 1. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jkun magħmul minn, minn naħa waħda, rappreżentanti tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha u, minn naħa l-oħra, rappreżentanti ta' l-Eġittu. 2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jaġixxi skond ix-xewqat komuni tal-Komunità minn naħa waħda u ta' l-Eġittu minn naħa l-oħra. Artikolu 39 1. L-uffiċċju ta' President tal-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jinżamm b'mod li jalterna bejn il-Partijiet Kontraenti, skond il-modalitajiet li għandhom jitniżżlu fir-regoli ta' proċedura. 2. Il-laqgħat tal-Kunsill ta' Koperazzjoni għandhom jissejħu darba fis-sena mill-President tiegħu. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu, barra minn hekk, jiltaqa' kull meta jkun hemm bżonn, fuq talba ta' waħda jew l-oħra mill-Partijiet Kontraenti, skond il-kondizzjonijiet tal-proċedura li għandhom jitniżżlu fir-regoli ta' proċedura tiegħu. Artikolu 40 1. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi kwalunkwe kumitat li jista' jassistih fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. 2. Fir-regoli ta' proċedura tiegħu, il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jistabbilixxi l-mod kif inhu magħmul u d-dmirijiet ta' dawn il-kumitati u kif għandhom jaħdmu. Artikolu 41 Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jieħu dawn il-miżuri xierqa li jiffaċilitaw il-koperazzjoni neċessarja u l-kuntatti bejn il-Parlament Ewropew u r-rappreżentanti ta' l-Assemblea tal-Poplu ta' l-Eġittu. Artikolu 42 Wieħed jew l-ieħor mill-Partijiet Kontraenti, jekk jintalab mill-Parti Kontraenti l-oħra, għandu jipprovdi l-informazzjoni relevanti kollha fuq kwalunkwe ftehim li jikkonkludi dwar tariffi u disposizzjonijiet kummerċjali, u fuq kwalunkwe emendi fis-sistema ta' dazji u arranġamenti ta' kummerċ barrani. Fejn emendi jew ftehim bħal dawn ikollhom effett dirett u partikolari fuq it-tħaddim tal-Ftehim, konsultazzjonijiet xierqa għandhom isiru fi ħdan il-Kunsill ta' Koperazzjoni fuq it-talba tal-Parti Kontraenti l-oħra sabiex jitqiesu l-interessi tal-Partijiet Kontraenti l-oħra. Artikolu 43 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew spċifika li jkun hemm bżonn sabiex jonoraw l-obbligi tagħhom taħt dan il-Ftehim. Għandhom jassiguraw li jintlaħqu l-għanijiet imniżżla fil-Ftehim. 2. Jekk wieħed jew l-ieħor mill-Partijiet Kontraenti jidhrilha li l-parti l-oħra m'osservatx obbligu tal-Ftehim, jista' jieħu miżuri xierqa. Qabel ma jagħmel dan, għandu jipprovdi lil Kunsill ta' Koperazzjoni bl-informazzjoni relevanti kollha neċessarja għall-eżami dettaljat tas-sitwazzjoni sabiex tinstab soluzzjoni li tkun aċċettabli għall-Partijiet Kontraenti. Fl-għażla ta' miżuri, għandha tingħata priorità lil dawk li l-anqas iħarbtu t-tħaddim tal-Ftehim. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jkun infurmat immedjatament b'dawn il-miżuri, li għandhom ikunu s-suġġett ta' konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kunsill ta' Koperazzjoni jekk il-Parti l-oħra titlob dan. Artikolu 44 M'hemm xejn fil-ftehim li jista' jipprevjeni Parti Kontraenti milli tieħu xi miżuri: (a) li tqis li huma neċessarji biex tipprevjeni l-isvelar ta' informazzjoni li tmur kontra l-interessi essenzali tas-sigurtà tagħha; (b) li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-armi, munizzjon jew materjal tal-gwerra jew riċerka, żvilupp jew produzzjoni li tkun indispensabbli għall-raġunijiet ta' difiża, basta dawn il-miżuri ma jfixklux il-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni fejn jidħlu prodotti li ma jkunux intiżi għall-għanijiet speċifikament militari; (ċ) li tqis essenzali għas-sigurtà tagħha fi żmien ta' gwerra jew tenzjoni serja internazzjonali. Artikolu 45 Fl-oqsma koperta mill-Ftehim: - l-arranġamenti applikati mill-Eġittu fejn tidħol il-Komunità m'għandhomx iwasslu għal kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, iċ-ċittadini tagħhom, jew il-kumpanniji u ditti tagħhom, - l-arranġamenti applikati mill-Komunità fejn jidħol l-Eġittu m'għandhomx iwasslu għal kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-Eġittu, iċ-ċittadini tiegħu, jew il-kumpanniji u ditti tiegħu. Artikolu 46 Il-Partijiet Kontraenti għandhom, skond il-proċedura addottata għan-negozjar tal-Ftehim innifsu, l-ewwel darba mill-1979 u darb'oħra mill-1984, jirrevedu r-riżultati tal-Ftehim u xi titjib li jkun jista' jsir miż-żewġ naħat mill-1 ta' Jannar 1980 u 1 ta' Jannar 1985, fuq il-bażi ta' l-esperjenza miksuba mit-tħaddim tal-Ftehim u ta' l-oġġettivi definiti hemm. Artikolu 47 Il-Protokolli 1 u 2 u l-Annessi A, B, C u D għandhom jiffurmaw partu integrali mill-Ftehim. Id-dikjarazzjonijiet u l-iskambju ta' ittri għandu jidher fl-Att Finali, li għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim. Artikolu 48 Kwalunkwe parti mill-Partijiet Kontraenti tista tiddenunċja dan il-Ftehim billi tinnotifika l-Parti Kontraenti l-oħra. Il-Ftehim jieqaf japplika 12-il xahar wara d-data ta' notifika. Artikolu 49 Dan il-Ftehim għandu jgħodd, minn naħa waħda, għat-territorji li jaqgħu taħt il-Ftehim li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f'dak it-Trattat u, minn naħa l-oħra, għat-territorji tar-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu. Artikolu 50 Dan il-Ftehim huwa miktub dupplikat fid-Daniż, l-Olandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Għarbi, b'kull waħda minn dawk il-kitbiet ikun awtentiċi ndaqs. Artikolu 51 Dan il-Ftehim għandu jkun approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar minn wara li tkun saret notifika li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu tlestew. Il-Ftehim tat-18 ta' Diċembru 1972 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu jieqaf japplika fl-istess data. Til bekræftelse heraf har undertegnede befuldmægtigede underskrevet denne aftale.Zu Urkund dessen haben die unterzeichneten Bevollmächtigten ihre Unterschriften unter dieses Abkommen gesetzt.In witness whereof, the undersigned Plenipotentiaries have affixed their signatures below this Agreement.En foi de quoi, les plénipotentiaires soussignés ont apposé leurs signatures au bas du présent protocole complémentaire.In fede di che, i plenipotenziari sottoscritti hanno apposto le loro firme in calce al presente accordo.Ten blijke waarvan de ondergetekende gevolmachtigden hun handtekening onder deze Overeenkomst hebben gesteld. +++++ TIFF +++++ Udfærdiget i Bruxelles, den attende januar nitten hundrede og syvoghalvfjerds.Geschehen zu Brüssel am achtzehnten Januar neunzehnhundertsiebenundsiebzig.Done at Brussels on the eighteenth day of January in the year one thousand nine hundred and seventy-seven.Fait à Bruxelles, le dix-huit janvier mil neuf cent soixante-dix-sept.Fatto a Bruxelles, addì diciotto gennaio millenovecentosettantasette.Gedaan te Brussel, de achttiende januari negentienhonderd zevenenzeventig. +++++ TIFF +++++ Pour Sa Majesté le roi des BelgesVoor Zijne Majesteit de Koning der Belgen +++++ TIFF +++++ For Hendes Majestæt dronningen af Danmark +++++ TIFF +++++ Für den Präsidenten der Bundesrepublik Deutschland +++++ TIFF +++++ Pour le président de la République française +++++ TIFF +++++ For the President of Ireland +++++ TIFF +++++ Per il Presidente della Repubblica italiana +++++ TIFF +++++ Pour Son Altesse Royale le grand-duc de Luxembourg +++++ TIFF +++++ Voor Hare Majesteit de Koningin der Nederlanden +++++ TIFF +++++ For Her Majesty the Queen of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland +++++ TIFF +++++ For Rådet for De europæiske FællesskaberIm Namen des Rates der Europäischen GemeinschaftenFor the Council of the European CommunitiesPour le Conseil des Communautés européennesPer il Consiglio delle Comunità europeeVoor de Raad der Europese Gemeenschappen +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS A dwar il-prodotti msemmija fl-Artikolu 9 li huma esklużi mill-Ftehim CCT Numru ta' Intestatura | Deskrizzjoni | 17.02 | Zokkor ieħor; ġuleppi taz-zokkor; għasel artifiċjali (imħallat ma' l-għasel ta' veru jew le xorta); karamel: A.Lattosi u ġulepp lattosi:I.Ikun fihom, fi stat niexef, 99 % jew aktar bl-użin tal-prodott naturaliB.Glukosju u ġulepp tal-glukosju:I.Ikun fihom, fi stat niexef, 99 % jew aktar bl-użin tal-prodott naturali | 22.03 | Birra magħmula mix-xgħir | 22.06 | Vermouths, u nbejjed oħra magħmula minn għeneb frisk bit-toma ta' astratti aromatiċi | 22.09 | Spirti (barra dawk ta' l-intestatura Nru 22.08); likwori u xarbiet alkoħoliċi oħra; preparazzjonijiet alkoħoliċi komposti (magħrufa bħala "estratti konċentrati') għall-produttur tax-xarbiet:" B.preparazzjonijiet alkoħoliċi komposti (magħrufa bħala "estratti konċentrati") għall-produttur tax-xarbietĊ.xarbiet alkoħoliċi | 35.01 | Casein, caseinates u derivattivi casein oħra; kolla casein: A.CaseinĊ.Oħra | 25.02 | Albumini, albuminati u derivattivi oħra ta' l-albumin: A.Albumini;II.Oħra:a)Ovalbumin u lactalbumin | -------------------------------------------------- ANNESS B Prodotti li għalihom ma japplikawx id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12 CCT Numru ta' Intestatura | Deskrizzjoni | 55.07 | Garża tal-qoton | 55.08 | Xugamani terry u drappijiet terry simili, tal-qoton | 55.09 | Drappijiet oħra magħmula mill-qoton | 58.02 | Twapet oħra, affarijiet tat-twapet, biċċiet, ħasiri u biċċiet "Kelem"Schumacks' u "Karamanie' u affarijiet simili (magħmula jew mhux magħmula minn):" A.Twapet, affarrijiet tat-twapet, biċċiet, u ħasiri:Ex II.Oħra:tal-qoton | ex 58.04 | Drappijiet maħduma u drappijiet chenile (barra xugumani terry jew drappijiet terry simili tal-qoton li jaqgħu taħt it-titlu Nru 55.08 u drappijiet li jaqgħu taħt it-titlu Nru 58.05): tal-qoton | ex 58.05 | Drappijiet dejqa maħduma, u drappijiet dejqa (bolduc) li jikkonsisti f'warp mingħajr weft magħmul permezz ta' xi ħaġa li twaħħal, barra minn dawk l-affarijiet li jaqgħu taħt it-titlu Nru 58.06: tal-qoton | ex 58.08 | Tull u drappijiet oħra (pero mhux inklużi drappijiet maħduna, minsuġa jew crocheted), sempliċi: tal-qoton | ex 58.09 | Tull u drappijiet oħra (pero mhux inklużi drappijiet maħduma, minsuġa jew crocheted), iddekorati; bizzilla maħduma bl-idejn jew bil-magni, f'biċċiet, fi strippi jew f'mottivi: tal-qoton | ex 58.10 | Rakkmu, f'biċċiet, fi strippi jew f'mottivi: tal-qoton | ex 59.01 | Wadding u Artikoli oħra tal-Wadding; trabijiet u flock tad-drappijiet u mill neps; tal-qoton | ex 59.13 | Drappijiet elastiċi u trimmings (barra minn oġġetti minsuġa jew crocheted) li jikkonsisti f'materjal kumbinat ma' spag tal-gomma: tal-qoton | 60.01 | Drappijiet minsuġa jew crocheted, mhux elastiċi jew tal-gomma: ex C.Ta’ materjali oħra:tal-qoton | ex 60.02 | Ingwanti, mittens u mitts, minsuġa jew crocheted, mhux elastiċi jew tal-gomma: tal-qoton | 60.04 | Ħwejjeġ ta' taħt, minsuġa jew crocheted, mhux elastiċi jew tal-gomma: A.tal-qoton | ex 60.05 | Ħwejjeġ ta' fuq u Artikoli oħra, minsuġa jew crocheted, mhux elastiċi jew tal-gomma: tal-qoton | ex 60.06 | Drappijiet u Artikoli oħra minsuġa jew crocheted, elastiċi jew tal-gomma (inklużi knee-caps elastiċi u kalzetti elastiċi); tal-qoton | ex 61.01 | Ħwejjeġ ta' fuq għall-irġiel u s-subien: tal-qoton | ex.61.02 | Ħwejjeġ ta' fuq tan-nisa, bniet u trabi: tal-qoton | ex 61.03 | Ħwejjeġ ta' taħt ta' l-irġiel u s-subien, inklużi kullari, flokkijiet u pulzieri tal-qomos: tal-qoton | ex 61.04 | Ħwejjeġ ta' taħt tan-nisa, bniet u trabi: tal-qoton | 61.05 | Imkatar: A.Tal-qoton, ta' valur ta' aktar minn 15 u.a. / kg ta' piż nettEx B.Oħra:tal-qoton | ex 61.06 | Xalel, xalpi, mufflers, mantillas, velijiet u simili: tal-Qoton | ex 61.07 | Ingravajjet, ċfuf u kravatti: tal-qoton | ex 61.08 | Kullari, ċinta, fallals, kurpetti, jabots, pulzieri tal-qomos, flounces, yokes u aċċessorji simili u keffiet għall-ħwejjeġ tan-nisa u l-bniet: tal-qoton | ex 61.09 | Kursetti, ċinturini tal-kursetti, ċinturini li jżommu ’il fuq, brassières, braces, suspenders, garters u affarijiet simili (inklużi Artikoli ta' drappijiet minsuġa jew crocheted), elastiċi jew le: tal-qoton | ex 61.10 | Ingwanti, mittens, mitts, kalzetti, kalzetti u kalzettini, li ma jkunux minsuġa jew crocheted: tal-qoton | ex 61.11 | Aċċessorji għall-Artikoli tat-tiżjin (Ex, tarki ta' l-ilbies, pads ta' l-ispallejn u oħrajn, ċinturini, muffs, protetturi tal-kmiem, bwiet): tal-qoton | 62.01 | Biċċiet u kutri għall-ivvjaġġar: B.Oħra:1.tal-qoton | ex 62.02 | Għażel tas-sodda, għażel tal-mejda, għażel tal-loki u għażel tal-kċina; purtieri u Artikolu oħra tad-drapp: tal-qoton | 62.03 | Basktijiet u boroż, użati biex ikunu ppakkjati l-affarijiet: B.Ta' materjali oħra:Ex. II.Oħra:Tal-qoton | 62.04 | Tarpaulins, qlugħ, awnings, blinds, tined u affarijiet ta' l-ikkampjar: A.Tal-qoton | 62.05 | Oħrajn magħmula minn Artikoli tad-drapp (inklużi disinni tal-ħwejjeġ): Ex. B.Drapp ta' l-art, għall-platti, ċraret tat-tindif u affarijiet simili:tal-qoton | -------------------------------------------------- ANNESS Ċ Dwar il-prodotti msemmija fl-Artikolu 16 CCT Numru ta' Intestatura | Deskrizzjoni | ex 17.04 | Ħelu biz-zokkor, li ma jkunx fih kawkaw, barra estratt likworiku li jkun fih aktar minn 10 % bl-użin ta' sukrożi li ma jkunx fih sustanzi oħra addizzjonali | 18.06 | Ċikkulata u preparazzjoni oħra ta' ikel li jkun fihom il-kawkaw | 19.01 | Astratt tax-xgħir | 19.02 | Preparazzjonijiet tad-dqiq, ikla, lamtu, jew estratt tax-xgħir, tat-tip użat għall-ikel tat-trabi jew għall-għanijiet djetetiċi jew kulinari, li jkun fihom inqas minn 50 % bl-użin tal-kawkaw | 19.03 | Makaroni, spagetti u prodotti simili | 19.04 | Tapioca u sago; sostituti ta' tapioca u sago miksuba mill-patata jew lamti oħra | 19.05 | Ikel lest miksub mill-infih jew xiwi taċ-ċereali jew prodotti taċ-ċereali (ross minfuħ, cornflakes u prodotti simili oħra) | 19.06 | Ostji tat-tqarbin, oġġetti vojta tat-tip tajbin għall-użu farmaċewtiku, wejfer li tissiġilla, karti tar-ross u prodotti simili | 19.07 | Ħobż, biskuttini ta' fuq il-vapuri u affarijiet oħra ordinarji tal-furnar, li ma jkunx fihom zokkor miżjud, għasel, bajd, xaħam, ġobon jew frott | 19.08 | Ħelu, biskotti, kejkijiet u prodotti oħra tal-furnar, li jkun fihom kawkaw jew le fi kwalunkwe proporzjon | ex 21.01 | Ċikwejra mixwija u sostituti oħra għall-kafe' mixwi; astratti, essenzi u konċentrati simili: Barra ċikwejra mixwija u estratti tagħha | 21.06 | Ħmira naturali (attiva u inattiva); trab tal-ħmira lest: A.Ħmira attiva naturali:II.Ħmira tal-furnar | ex 21.07 | Preparazzjonijiet ta' l-ikel li ma jkunux speċifikati x'imkien ieħor jew inklużi, li jkun fihom iz-zokkor, prodotti tal-ħalib, ċereali jew prodotti bbażati fuq ċereali | ex 22.02 | Luminata, ilma ħelu tan-nixxiegħa u ilma ħelu bil-gass u xarbiet oħra mhux alkoħoliċi, mingħajr m'huma inklużi meraq tal-frott jew ħaxix li jaqgħu taħt it-titlu Nru 20.07: Li jkun fihom ħalib jew xaħmijiet tal-ħalib | 29.04 | Alkoħoliċi aċiliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfoniti, nitrati jew nitrozzinati: Ċ.Alkoħoliċi polidrati:II.MannitolIII.Sorbitol | 35.05 | Destrini u kolla destrina; lamti li jinħallu jew li jinxwew; kolla tal-lamtu | 38.12 | Kisjiet lesti, tiżjin lest u mordanti preparati, tat-tip użati fl-industriji tad-drapp, karta, ġilda u affarijiet simili; A.Kisjiet lesti u tiżjin lest:I.B'bażi ta' sustanzi amylaceous | 39.19 | Prodotti kimiċi u preparazzjonijiet ta' l-industriji kimiċi jew alleati (inklużi dawk li jikkonsistu f'taħlitiet ta' prodotti naturali), mhux speċifikati x'imkien ieħor jew inklużi; prodotti residwali ta' l-industriji kimiċi jew alleati, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor: T.Sorbitol, barra dak li jaqa taħt is-sottotitolu 29.04 C III | -------------------------------------------------- ANNESS D Dazji residwi minimi li jistgħu jkunu applikati taħt it-termini ta' l-Artikolu 17 (4) I. DANIMARKA Tariffi ta' dazji daniżi numru ta' intestatura | Deskrizzjoni | Rata' ta' Dazji | 1 | 2 | 3 | 08.02 | Frott taċ-ċitru, frisk jew niexef | | A.Larinġ: | | I.Larinġ ħelu, frisk: | | a)Mill-1 sat-30 ta' April | 2.6 % | b)Mill-1 sal-15 ta' Mejju | 1.2 % | c)Mis-16 ta' Mejju sal-15 ta' Ottobru | 0.8 % | d)Mis-16 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu | 4 % | II.Oħra: | | ex a)Mill-1 ta' April sal-15 ta' Ottubru: | | Frisk | 3 % | ex b)Mis-16 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu: | | Frisk | 4 % | ex B.Mandolin (inklużi l-mandolin u s-satsumas); klementini, wilkings u ibridi simili taċ-ċitru: | | Friski | 4 % | II. L-IRLANDA Tariffi ta' Dazji Irlandiżi Numru ta' Intestatura | Deskrizzjoni | Rata' ta' Dazji | 1 | 2 | 3 | 08.02 | Frott taċ-ċitru, frisk jew niexef | | A.Larinġ: | | I.Larinġ ħelu, frisk: | | a)Mill-1 sat-30 ta' April | 2.6% | b)Mill-1 sal-15 ta' Mejju | 1.2% | c)Mis-16 ta' Mejju sal-15 ta' Ottobru | 0.8% | d)Mis-16 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu | 4% | II.Oħra: | | ex a)Mill-1 ta' April sal-15 ta' Ottubru: | | Frisk | 3 % | ex b)Mis-16 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu: | | Frisk | 4% | ex B.Mandolin (inklużi l-mandolin u s-satsumas); klementini, wilkings u ibridi simili taċ-ċitru: | | Friski | 4 % | III. RENJU UNIT Tariffi ta' Dazji tar-Renju Unit Numru ta' Intestatura | Deskrizzjoni | Rata' ta' Dazji | 1 | 2 | 3 | 08.02 | Frott taċ-ċitru, frisk jew niexef | | A.Larinġ: | | I.Larinġ ħelu, frisk: | | a)Mill-1 sat-30 ta' April | 2.6 % bi spiża minima ta' £0.0688 / 100kg | b)Mill-1 sal-15 ta' Mejju | 1.2 % bi spiża minima ta' £0.0688 / 100kg | c)Mis-16 ta' Mejju sal-15 ta' Ottobru | 0.8 % bi spiża minima ta' £0.0688 / 100kg | d)Mis-16 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu | | 1.Mis-16 ta' Ottubru sat-30 ta' Novembru | 4 % bi spiża minima ta' £0.0688 / 100kg | 2.Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Marzu | 4.4 % | II.Oħra: | | a)Mill-1 ta' April sal-15 ta' Ottubru: | | 1.Frisk | 3 % bi spiża minima ta' £0.0688 / 100kg | b)Mis-16 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu: | | 1.Frisk: | | aa)Mis-16 ta' Ottubru sat-30 ta' Novembru | 4 % bi spiża minima ta' £0.0688 / 100kg | bb)Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Marzu | 4.4 % | B.Mandolin (inklużi l-mandolin u s-satsumas); klementini, wilkings u ibridi simili taċ-ċitru: | | 1.Friski: | | a)Mill-1 ta' April sat-30 ta' Novembru | 4 % bi spiża minima ta’ £0.0688 / 100kg | b)Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Marzu | 4.4 % | -------------------------------------------------- PROTOKOLL 1 dwar il-koperazzjoni teknika u finanzjarja Artikolu 1 Il-Komunità għandha tieħu sehem, fi ħdan il-qafas tal-koperazzjoni finanzjarja u teknika, fl-iffinanzjar ta' miżuri li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' l-Eġittu. Artikolu 2 1. Għall-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 1, u għall-perjodu li jiskadi fil-31 ta' Ottubru 1981, ammont totali ta' 170 miljun unità Ewropea ta' akkont jistgħu jintużaw kif ġej: (a) 93 miljun unità Ewropea ta' akkont fil-forma ta' self mill-Bank Ewropew għall-Investiment, li minn hawn "il quddiem jissejjaħ" il-Bank', mogħtija mir-riżorsi tiegħu stess skond it-termini ta' l-Istatut tiegħu; (b) 14-il miljun unita Ewropea ta' akkont fil-forma ta' self fuq termini speċjali; (ċ) 63 miljun unita Ewropea ta' akkont fil-forma ta' għotjiet. Jistgħu jsiru disposizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet għall-formazzjoni ta' kapital riskjuż, li jista' jkun debitat ma l-ammonti b'(b) 2. Is-self imsemmi f'paragrafu 1 (a) għandu ġeneralment ikun kumbinat ma' rata ta' interess sussidjata sa' 2 % permezz tal-fondi f'paragrafu 1 (c). Artikolu 3 1. L-ammont totali ffissat fl-Artikolu 2 għandu jintuża biex jiffinanzja b'mod sħiħ jew parzjali: - proġetti kapitali fl-oqsma tal-produzzjoni u l-infrastruttura ekonomika, immirati partikolarment sabiex jiddiversifikaw l-istruttura ekonomika ta' l-Eġittu u, speċjalment, sabiex jippromwovu l-industrijalizzazzjoni u l-immodernizzar ta' l-agrikoltura; - koperazzjoni teknika sħiħa jew inizjali f' għajnuna lill-proġetti Eġizzjani - koperazzjoni teknika fil-qasam tat-taħriġ. 2. Għajnuna mill-Komunità għandha tintuża sabiex tkopri l-ispejjeż neċessarji sabiex jitwettqu proġetti u miżuri approvati. Ma jistgħux jintużaw biex ikopru spejjeż kurrenti ta' amministrazzjoni, manutenzjoni jew spejjeż operattivi. Artikolu 4 Il-kondizzjonijiet ta' l-iffinanzjar sħiħ jew parzjali tal-proġetti u skemi msemmija fl-Artikolu 3 għandhom ikunu determinati, filwaqt li d-disposizzjonijeit ta' l-Artikoli 2 u 6 jitqiesu, skond in-natura u l-karatteristiċi partikolari ta' kull proġett jew skema. Artikolu 5 1. L-ammonti li għandhom ikunu votati kull sena għall kull waħda mill-forom ta' għajnuna għandhom jitqassmu kemm jista jkun b'mod ugwali għal matul il-perjodu ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll. Waqt il-fażi inizjali ta' l-applikazzjoni, pero, ammont proporzjonalment ogħla jista', jingħata f'limitu raġjonevoli. 2. Kwalunwke fondi li ma jkunux ġew assenjati sat-tmiem tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 2 (1) għandhom jintużaw, sa ma jinħlew, skond l-istess arranġamenti msemmija f'dan il-Protokoll. Artikolu 6 1. Self mogħti mill-Bank mir-riżorsi tiegħu stess għandu jkun suġġett għat-termini u għad-dewmien stabbiliti fuq il-bażi ta' karatteristiċi ekonomiċi u finanzjarji tal-proġetti li għalihom is-self ikun intenzjonat. Ir-rata ta' interess għandha tkun dik applikata mill-Bank fiż-żmien li fih ikun iffirmat kull kuntratt ta' self, suġġett għar-rata ta' interess sussidjata msemmija fl-Artikolu 2(2). 2. Self fuq termini speċjali għandu jingħata għall-400 sena b'perjodu ta' amortizzazzjoni ta' 10 snin. Ir-rata ta' interess għandha tkun ta' 1 % fissa. 3. Is-self jista' jingħata permezz ta' l-medjazzjoni ta' l-Istat Eġizzjan jew xi aġenzija tiegħu, fuq kondizzjoni li huma jerġgħu jisilfu l-ammonti lir-reċipjenti fuq termini deċiżi, bi Ftehim mal-Komunità, fuq il-bażi ta' karatteristiċi ekonomiċi u finanzjarji ta' proġetti. Artikolu 7 Għajnuna mogħtija mill-Komunità għall-eżekuzzjoni ta' proġetti tista', bi ftehim ma' l-Eġittu, tieħu l-forma ta' finanzjar konġut fejn, b'mod partikolari, jistgħu jieħdu sehem istituzzjonijiet u entitajiet tal-kreditu u l-iżvilupp Eġizzjani, ta' l-Istati Membri jew ta' Stati terzi, jew ta' istituzzjonijiet internazzjonali tal-finanzjament. Artikolu 8 Dawn li ġejjin għandhom ikunu intitolati għall-koperazzjoni finanzjarja u teknika: (a) b'mod ġenerali: - l-Istat Eġizzjan; (b) bl-approvazzjoni ta' l-Istat Eġizzjan, għal proġetti jew miżuri approvati minn: - aġenziji uffiċjali Eġizzjani ta' l-Iżvilupp, - aġenziji privati li jaħdmu fl-Eġittu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, - ażjendi li jwettqu l-attivitajiet tagħhom skond metodi industrijali u ta' maneġġ u stabbiliti bħala kumpanniji taħt il-liġi Eġizzjana; - gruppi ta' produtturi li huma ċittadini Eġizzjani u eċċezzjonalment, fejn dan il-grupp ma jkunx jeżisti, il-produtturi nfushom, - dawk li għandhom borża ta' studju jew apprendisti mibgħuta mill-Eġittu taħt l-iskemi ta' taħriġ imsemmija fl-Artikolu 3. Artikolu 9 1. Hekk kif jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-Komunità u l-Eġittu għandhom jistabbilixxu bi ftehim reċiproku l-oġġettivi speċifiċi ta' koperazzjoni finanzjarja u teknika, b'referenza għall-prijoritajiet stabbiliti mill-pjan ta' żvilupp ta' l-Eġittu. Dawn l-oġġettivi jistgħu jkunu riveduti bi ftehim reċiproku sabiex jitqiesu l-bidliet fit-sitwazzjoni ekonomika ta' l-Eġittu jew fl-oġġettivi u prijoritajiet stabbiliti mill-pjan ta' żvilupp tagħha. 2. Fi ħdan il-qafas stabbilit relatat ma' paragrafu 1, il-koperazzjoni finanzjarja u teknika għandha tapplika għall-proġetti u miżuri magħmula mill-Eġittu jew minn benefiċċjarji oħra approvati minn dak il-pajjiż. Artikolu 10 1. Għal kull talba ta' għajnuna finanzjarja taħt dan il-Protokoll, għandu jkun sottomess dossjer lill-Komunità mill-benefiċċjarju msemmi fl-Artikolu 8 (a) jew, bl-approvazzjoni ta' l-Eġittu, minn dawk imsemmija fl-Artikolu 8 (b). 2. Il-Komunità għandha tqis it-talbiet għall-finanzjarjament bi ftehim ma' l-Istat Eġizzjan u l-benefiċċjarji, skond l-oġġettivi mniżżla fl-Artikolu 9 (1), u għandha tinformahom bid-deċiżjonijiet meħuda fuq dawn it-talbiet. Artikolu 11 L-eżekuzzjoni, l-immaniġġjar u l-manutenzjoni ta' l-iskemi li jkunu suġġetti għall-iffinanzjar taħt dan il-Protokoll għandhom ikunu r-responsabbilità ta' l-Eġittu jew il-benefiċċjarji l-oħra msemmija fl-Artikolu 8 ta' dan il-Protokoll. Il-Komunità għandha tassigura li din l-għajnuna finanzjarja tintuża skond kif miftiehem u għall-aqwa vantaġġ ekonomiku. Artikolu 12 1. Fejn jidħlu proġetti u miżuri finanzjati mill-Komunità, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' offerta u proċeduri oħra għall-għoti ta' kuntratti għandha tinfetaħ, fuq termini ugwali, għall kull persuna naturali jew legali ta' l-Istati Membri jew l-Eġittu. 2. Sabiex tippromwovi l-parteċipazzjoni minn ażjendi Eġizzjani fit-twettiq ta' kuntratti ta' xogħolijiet, tista' tintuża proċedura mgħaġġla għall-ħruġ ta' stedin għat-tpoġġija ta' offerti li tkun tinvolvi limiti ta' ħinijiet iktar qosra fuq proposta ta' l-istituzzjoni relevanti tal-Komunità fejn ix-xogħolijiet in kwistjoni, minħabba l-iskala tagħhom, ikunu ta' interess primarjament għall-ażjendi Eġizzjani. Din il-proċedura aċċellerata tista' tintuża għal stedin biex ikunu sottomessi offerti tal-valur li jkunu stmati inqas minn miljun unità Ewropea ta' akkont. 3. Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi oħra f'kuntratti finanzjati mill-Komunità jistgħu jkunu deċiżi bi ftehim reċiproku f'każi eċċezzjonali. Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi tista' wkoll tkun deċiża, fl-istess ċirkostanzi, fejn il-Komunità tipparteċipa fl-iffinanzjar ta' skemi flimkien ma' sorsi oħra ta' fondi. Artikolu 13 Taħt il-liġi nazzjonali fis-seħħ, l-Eġittu għandu japplika lill-kuntratti mogħtija għall-eżekuzzjoni ta' proġetti u miżuri finanzjati mill-Komunità arranġamenti fiskali u ta' dazji favorevoli daqs ta' dawk applikati għall-organizzazzjonijiet oħra internazzjonali. Artikolu 14 Meta jingħata self lil xi benefiċċjaru li ma jkunx l-Istat Eġizzjan, id-disposizzjoni ta' garanzija minn dan ta' l-aħħar jew ta' garanziji oħra adegwati jistgħu jintalbu mill-Komunità bħala kondizzjoni ta' l-għoti tas-self. Artikolu 15 Matul id-dewmien taż-żmien tas-self mogħtija taħt dan il-Protokoll, l-Eġittu għandu jpoġġi għad-disposizzjoni tad-debituri li jkunu qed igawdu dan is-self il-munita barranija neċessarja għall-ħlas ta' l-interess u l-kummissjoni u l-ħlas lura tal-Prinċipal. Artikolu 16 Ir-riżultati tal-koperazzjoni finanzjarja u teknika għandhom ikunu eżaminati annwalment mill-Kunsill ta' Koperazzjoni. Dan ta' l-aħħar għandu jiddefinixxi, fejn ikun xieraq, il-linji gwida ġenerali ta' din il-koperazzjoni. -------------------------------------------------- Protokoll 2 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' minn fejn joriġinaw il-prodotti u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva. TITOLU I Definizzjoni tal-kunċett ta' minn fejn joriġinaw il-prodotti Artikolu 1 Sabiex ikun implimentat il-Ftehim, sakemm ikunu ġew trasportati direttament fi ħdan it-tifsira t'Artikolu 5, il-prodotti li ġejja għandhom ikunu kkunsiderati bħala: 1. Prodotti li oriġinaw fl-Eġittu: (a) prodotti magħmula kollha l-Eġittu, (b) prodotti magħmula l-Eġittu, li sabiex isiru jintużaw prodotti li ma jkunux ġew magħmula kompletament l-Eġittu, basta dawn il-prodotti jkunu għaddew minn xogħol u proċessar biżżejjed taħt il-fehma ta' l-Artikolu 3. Din il-kondizzjoni m'għandiex tapplika, madankollu, għall-prodotti li, fi ħdan it-tifisra ta' dan il-Protokoll, joriġinaw fil-Komunità; 2. Prodotti li joriġinaw fil-Komunità (a) prodotti magħmula kompletament fil-Komunità, (b) prodotti magħmula fil-Komunità li sabiex isiru jintużaw prodotti li ma jkunux ġew magħmula kompletament l-Eġittu, basta dawn il-prodotti jkunu għaddew minn xogħol u proċessar biżżejjed taħt il-fehma ta' l-Artikolu 3. Din il-kondizzjoni m'għandiex tapplika, madankollu, għall-prodotti li, fi ħdan it-tifsira ta' dan il-Protokoll, joriġinaw fl-Eġittu; Il-prodotti fil-lista C ta' l-Anness IV għandhom ikunu temporanjament esklużi mill-għan tal-Protokoll. Artikolu 2 Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala li miksuba kompletament' jew fl-Eġittu jew fil-Komunità, fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 1 (1) (a) u (2) (a): (a) prodotti minerali miksuba mill-ħamrija jew qiegħ il-baħar tagħhom; (b) prodotti veġetali mkabbra hemm; (ċ) annimali ħajjin imwielda u mrobbija hemm; (d) prodotti minn annimali ħajjin imrobbija hemm; (e) prodotti miksuba minn kaċċa jew sajd; (f) prodotti tas-sajd tal-ħut u prodotti oħra meħuda mill-baħar mill-vapuri tagħhom; (g) prodotti magħmula fuq il-vapuri fabbrika tagħhom esklussivament minn prodotti msemmija fis-sottoparagrafu (f); (h) oġġetti wżati miġbura hemm, li jistgħu jintużaw biss biex tinkiseb lura l-materja prima. (i) skart u biċċiet li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta' produzzjoni magħmula hemm; (j) oġġetti magħula hemm esklussivament minn prodotti speċifikati fis-sottoparagrafi (a) sa (i). Artikolu 3 1. Sabiex ikunu implimentati d-disposizzjonijiet ta l-Artikolu 1 (1) (b) u (2) (b), li ġej għandhom jitqiesu biżżejjed għat-tħaddim u proċessar: (a) tħaddim jew proċessar li minnu jirriżulta li l-oġġetti miksuba jkunu klassifikati taħt titlu ieħor li ma jkoprix kull wieħed mill-prodotti manifatturati jew proċessati, barra, madankollu, tħaddim jew proċessar speċifikat f'Lista A fl-Anness II, fejn id-disposizzjonijet speċjali ta' dik il-lista japplikaw. (b) tħaddim jew proċessar speċifikat f'Lista B fl-Anness III. "Sezzjonijiet", "Kapitoli" u "titoli" għandhom ifissru s-sezzjonijiet, Kapitoli u titoli fin-Nomenklatura ta' Brussel għall-klassifikazzjoni ta' l-affarijiet fit-tariffi tad-dazji. 2. Meta għal xi prodott miksub, regola ta' perċentwal tillimita l-Lista A u B il-valur tal-materjali u l-partijiet li jistgħu jintużaw, il-valur totali ta' dawn il-materjali u partijiet, bidlu jew ma bidlux it-titolu fil-kors tax-xogħol, proċessar jew assemblaġġ fi ħdan il-limiti u taħt il-kondizzjonijiet mniżżla taħt kull waħda minn dawn iż-żewġ listi, ma jistgħux jaqbżu, il-valur tal-prodott miksub, il-valur korrispondenti jew għar-rata komuni, jekk ir-rati huma l-istess fiż-żewġ listi, jew lil ogħla mit-tnejn jekk ikunu differenti. 3. Sabiex ikun implimentat l-Artikolu 1 (1) (b) u (2) (b)l dawn li ġejjin għandhom jitqiesu dejjem bħala maħduma u proċessati b'mod mhux biżżejjed sabiex jingħata l-istatut ta' prodott li oriġina, ikun jew ma jkunx hemm bidla fit-titolu: (a) operazzjoni sabiex jassiguraw il-preservazzjoni ta' merkanzija f'kondizzjoni tajba waqt it-traspont u l-ħażna tagħhom (ventilazzjoni, frix, tnixxif, iffriskar, tpoġġija fil-melħ, tneħħija ta' partijiet imkissra, u operazzjonijiet simili); (b) operazzjonijiet sempliċi li jikkonsistu fi tneħħija ta' trabijiet, għażla, tranġar, klassifikazzjoni, tqabbil (inkluż il-bini ta' settijiet ta' l-Artikoli), ħasil, żebgħa, qtugħ; (ċ) (i) tibdil fl-ippakkjar u tkissir u assemblaġġ tal-kunsinnji, (ii) tqegħid sempliċi fi fliexken, kontenituri, basktijiet, bagalji, kaxex, twaħħil fuq cards u boards, eċċ., u kull operazzjoni oħra sempliċi ta' ippakkjar; (d) twaħħil ta' marki, tabelli u sinjali oħra li jiddistingwu fuq il-prodotti jew l-ippakkjar tagħhom; (e) taħlit sempliċi ta' prodotti, ta' tipi differenti jew le xorta waħda, fejn wieħed jew aktar mill-komponenti tat-taħlita ma jilħqux il-kondizzjonijiet imniżżla f'dan il-Protokoll sabiex jitqiesu bħala li oriġinaw; (f) assemblaġġ sempliċi ta' partijiet ta' oġġetti li jikkostitwixxu l-oġġett lest; (g) kumbinazzjoni ta' żewġ jew aktar operazzjonijiet speċifikati fis-sottoparagrafi (a) sa (f); (h) il-qtil ta' annimali. Artikolu 4 Fejn Listi A u B imsemmija fl-Artikolu 3 jipprovdu li oġġetti miksuba fl-Eġittu jew fil-Komunità għandhom jitqiesu bħala li oriġinaw hemm biss jekk il-valur tal-prodotti maħduma jew proċessati ma jaqbiżx il-perċentwal mogħti tal-valur ta' l-affarijiet miksuba, il-valuri li għandhom jitqiesu biex jiddeterminaw il-perċentwal għandhom ikunu: - minn naħa waħda: fejn jidħlu prodotti li l-importazzjoni tagħhom tkun tista' tiġi pruvata: il-valur tad-dazji tagħhom fil-mument ta' l-importazzjoni, fejn jidħlu prodotti ta' oriġini mhux magħrufa: l-aktar prezz aċċertabbli malajr li jitħallas għal dak il-prodott fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti fejn tkun saret il-produzzjoni; - u minn naħa l-oħra: il-prezz ta'l-ex-works ta' l-oġġetti miksuba, tnaqqas it-taxxi interni li jiġu rifundati fuq l-esportazzjoni. Artikolu 5 1. Għall-għan 1, l-oriġinar tat-trasport li jaffetwa mingħajr ma jidħol fit-territorju barra dak tal-Partijiet Kontraenti jitqiesu li ġew trasportati direttament mill-Eġittu għall-Komunità u mill-Komunità għall-Eġittu. Madankollu, oġġetti li joriġinaw fl-Eġittu jew fil-Komunità u li jikkostitwixxu kunsinnja waħda li mhix maqsuma tista' tkun trasportata minn territorji li mhumiex tal-Partijiet Kontraenti bi, jekk ikun hemm il-każ, trasbord jew ħażna temporanja f'dawn it-territorji, sakemm il-vjaġġ minn dawn it-territorji ta' l-aħħar ikun ġustifikat għall-raġunijiet ġeografiċi, li l-affarijiet baqgħu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali fil-pajjiż fejn ikun sar it-transitu jew il-ħażna, li ma tpoġġewx fuq is-swieq ta' dawn il-pajjiżi jew ġew rilaxxati għall-użu fid-djar u m'għaddewx minn operazzjonijiet barra minn tniżżil, tagħbija mill-ġdid jew xi operazzjoni li l-għan tagħha jkun li jżomm il-prodott f'kondizzjoni tajba. 2. Għandha tingħata evidenza li l-kondizzjonijiet imsemmija f'paragrafu 1 ikunu ġew rispettati lill-awtoritajiet doganali responsabbli fil-Komunità jew fl-Eġittu bil-produzzjoni ta': (a) polza tat-tagħbija maħruġa fil-pajjiż li jesporta li tkopri l-passaġġ mill-pajjiż transitorju; jew (b) ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tat-transitu: - li għandu jagħti deskrizzjoni dettaljata ta' l-oġġetti, - jgħid id-dati ta' tniżżil u tagħbija mill-ġdid ta' l-oġġetti jew ta' l-imbarkazzjoni jew disembarkazzjoni tagħhom, jidentifika l-vapuri wżati, - jiċċertifika l-kondizzjonijiet li taħthom l-oġġetti jkunu qagħdu fil-pajjiż transitorju; (ċ) jew fin-nuqqas ta' dawn, kwalunwke dokumentazzjoni relevanti. TITOLU II Arranġamenti għall-koperazzjoni amministrattiva Artikolu 6 1. Tingħata evidenza ta' l-istat oriġinarju tal-prodotti, fi ħdan it-tifsira ta' dan il-Protokoll, permezz ta' ċertifikat EUR1, li kampjun tiegħu jingħata fl-Anness V ta' dan il-Protokoll. Madankollu, evidenza ta' l-istat oriġinarju tal-prodotti, fi ħdan it-tifsira ta' dan il-Protokoll, li jiffurmaw is-suġġett ta' dawn il-konsenji postali (inklużi pakketti), sakemm dawn ikunu biss prodotti oriġinarji u li l-valur ma jaqbiżx dak ta' 1000 unità ta' akkont kull kunsinnja, jista' jingħata forma ta' EUR2, li kampjun tagħha jingħata fl-Anness VI ta' dan il-Protokoll. L-unità ta' akkont (u.a.) għandha valur ta' 088867088 grammi ta' deheb fin. Jekk l-unità ta' akkont tinbidel il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu kuntatt ma' xulxin fil-livell tal-Kunsill ta' Koperazzjoni sabiex jidefinixxu mill-ġdid il-valur f'termini ta' deheb. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 (3), fejn, fuq talba tal-persuna li tiddikjara l-oġġetti d-dwana, oġġett żarmat jew mhux armat li jaqa taħt il-Kapitoli 84 jew 85 tan-Nomenklatura ta' Brussel huwa impurtat f'partijiet bil-kondizzjonijiet imniżżla mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jitqies bħala oġġett uniku u ċertifikat ta' moviment jista' jkun sottomess għall-oġġett sħiħ meta tkun impurtata l-ewwel biċċa. 3. Aċċessorji, partijiet ta' tibdil u għodda mibgħuta ma' biċċa tagħmir, magna, apparat jew inġenju li huma parti mill-tagħmir normali u nklużi fil-prezz jew mhumiex ma jinħarġux b'irċevuta separata jitqiesu bħala waħda mal-biċċa tat-tagħmir, magna, apparat jew inġenju in kwistjoni. Artikolu 7 1. Ċertifikat ta' moviment EURA għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat li jkun qed jesporta meta l-oġġetti jkunu qed jiġu esportati. Għandu jkun disponibbli għall-esportatur hekk kif tkun saret jew ġiet assigurata l-esportazzjoni. 2. F'ċirkustanzi eċċezzjonali ċertifikat ta' moviment EUR1 jista' jinħareġ ukoll wara l-esportazzjoni ta' oġġetti li għalihom ikun qed jirreferi jekk ma jkunx inħareġ fiż-żmien ta' l-esportazzjoni minħabba żbalji, affarijiet li jitħallew barra bi żball, jew ċirkustanzi speċjali. F'dan il-każ, iċ-ċertifikat għandu jkollu referenza speċjali għall-kondizzjonjiet li fihom ikun inħareġ. 3. Ċertifikat ta' moviment EURA għandu jinħareġ biss fejn applikazzjoni tkun saret bil-miktub mill-esportatur. Din l-applikazzjoni għandha issir fuq formula, li kampjun tagħha jingħata fl-Anness V ta' dan il-Protokoll, li għandu jkun kompletat skond dan il-Protokoll. 4. Ċertifikat ta' moviment EURA jista' jinħareġ biss fejn jista' jservi ta' evidenza dokumentata għall-għan li jkun implimentat il-Ftehim. 5. Applikazzjonijiet għal ċertifikati ta' moviment EURA jridu jinżammu għal minn ta' l-anqas sentejn mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat li jkun qed jesporta. Artikolu 8 1. Ċertifikat ta' moviment EURA għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat li jkun qed jesporta, jekk l-oġġetti jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw' fi ħdan it-tifsira ta' dan il-Protokoll. 2. Sabiex ikun verifikat jekk il-kondizzjonijiet imsemmija f'paragrafu 1 ikunux intlaħqu, l-awtoritajiet doganali għandu jkollhom id-dritt li jitolbu li jaraw l-evidenza dokumentarja jew li jagħmlu spezzjoni li huma jaħsbu neċessarja. 3. Għandha tkun ir-responsabbilità ta' l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat li jkun qed jesporta li jassigura li l-forom imsemmija fl-Artikolu 9 ikunu kompletati. B'mod partikolari, għandhom jiċċekjaw jekk l-ispazju riservat għad-deskrizzjoni ta' l-oġġetti jkunx jimtela b'mod li teskludi kull possibbilità ta' xi frodi. Għal dan il-għan, id-deskrizzjoni ta' l-oġġetti trid tkun indikata mingħajr ma jitħallew linji vojta. Fejn l-ispazju ma jkunx mimli kollu linja orizzontali għandha titpenġa taħt l-aħħar linja tad-deskrizzjoni, l-ispazju vojt għandu jkun ingassat ukoll. 4. Id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-moviment trid tkun indikata f'dik il-parti taċ-ċertifikat riservata għall-awtoritajiet doganali. Artikolu 9 Ċertifikati ta' moviment EURA għandhom isiru fuq il-formola li kampjun tagħha jingħata fl-Anness V ta' dan il-Protokoll. Din il-formola għandu tkun pubblikata b'waħda jew aktar mill-lingwi li biha hu miktub dan il-Ftehim. Iċ-ċertifikati għandhom isiru f'waħda minn danw il-lingwi u skond id-disposizzjonijiet tal-liġi domestika ta' l-Istat li jesporta; jekk ikunu miktuba bl-idejn iridu jkunu miktuba bil-linka u f'ittri kbar. Kull ċertifikat għandu jkun 210x297mm. Jista' jvarja sa 8 mm aktar jew 5 mm anqas fit-tul. Il-karta wżata trid tkun karta bajda tal-kitba, mkejjla, ma jkunx fiha polpa mekkanika u tiżen mhux anqas minn 25g/m2. Għandu jkollu pattern aħdar bħala sfond li jwassal biex kwalunkwe falsifikazzjoni permezz ta' mezzi mekkaniċi jew kimiċi tkun tidher mill-ewwel għall-għajn. L-Istati li jkunu qed jesportaw jistgħu jżommu d-dritt li jistampaw iċ-ċertifikati huma stess jew jistgħu jgħadduhom lil xi stampatur approvat. F'dan il-każ, kull ċertifikat irid jinkludi referenza għal din l-approvazzjoni. Kull ċertifikat irid ikollu l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew xi marka li permezz tagħha l-istampatur ikun jista' jiġi identifikat. Għandu jkollha wkoll numru ta' serje, stampat jew le, li bih tkun tista tiġi identifikata. Artikolu 10 1. Taħt ir-responsabbilità ta' l-esportatur, hu jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jitlob il-ħruġ ta' ċertifikat ta' moviment EURA. 2. L-esportatur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jissottometti mat-talba tiegħu kull dokumentazzjoni xierqa li turi li l-oġġetti li ser ikunu esportati jikkwalifikaw għall-ħruġ ta' ċertifikat EURA. Artikolu 11 Ċertifikat ta' moviment EUR1 irid ikun sottomess, fi żmien ħames xhur mid-data tal-ħruġ mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat li jkun qed jesporta, lill-awtoritajiet ta' l-Istat li jkun qed jimporta fejn l-oġġetti jkunu daħlu. Artikolu 12 Ċertifikati ta' Moviment EURA għandhom ikunu sottomessi lill-awtoritajiet doganali fil-Istat li jkun qed jimporta, skond il-proċeduri ta' l-istess pajjiż. L-awtoritajiet imsemmija jistgħu jitolbu traduzzjoni taċ-ċertifikat. Jistgħu jitolbu wkoll li d-dikjarazzjoni ta' importazzjoni jkollha magħha stqarrija mill-importatur li tgħid li l-oġġetti jilħqu l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim. Artikolu 13 1. Ċertifikat ta' moviment EURA li jkun sottomess lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat li jkun qed jimporta wara d-data finali tal-preżentazzjoni speċifikata fl-Artikolu 11 jista' jkun aċċettat għall-għan li jkun applikat trattament preferenzali, fejn in-nuqqas li jiġi preżentat iċ-ċertifikat sad-data finali ikun kawża ta' raġunijiet akbar jew ċirkostanzi eċċezzjonali. 2. F'każijiet oħra fejn iċ-ċertifikat idum ma jkun ippreżentat, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat li jkun qed jimporta jista' jaċċetta ċ-certifikati fejn l-oġġetti jkunu ġew sottomessi lilhom qabel id-data finali. Artikolu 14 Is-sejba ta' diskrepanzi żgħar bejn l-istqarrijiet magħmula fiċ-ċertifikat tal-moviment EURA u dawk magħmula fid-dokumenti sottomessi lill-uffiċċju doganali sabiex jitmexxew il-formalitajiet għall-importazzjoni ta' l-oġġetti m'għandhomx ipso facto jirrendu ċ-ċertifikat null u invalidu jekk ikun stabbilit li ċ-ċertifikat jikkorrispondi għall-oġġetti sottomessi. Artikolu 15 Għandu jkun possibbli dejjem li wieħed jibdel ċertifikat jew aktar ta' moviment EURA b'ċertifikat jew aktar ta' moviment EURA sakemm dan isir fl-uffiċċju doganali fejn l-oġġetti jkunu lokalizzati. Artikolu 16 Il-formula EUR2, li kampjun tagħha jingħata fl-Anness VI, għandha tkun kompletata mill-esportatur, jew taħt ir-responsabbilità tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. Għandha ssir f'waħda mill-lingwi li bihom hu miktub dan il-Ftehim u skond id-disposizzjonijiet tal-liġi domestika ta' l-Istat li jkun qed jesporta. Jekk tkun miktuba bl-idejn trid tkun miktuba bil-linka u f'ittri kbar. Jekk l-oġġetti fil-kunsinnja jkun ġa suġġetti għall-verifika fil-pajjiż li jkun qed jesporta b'referenza għad-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti li joriġinaw' l-esportatur jista' jirreferi għal dan il-kontroll fil-kaxxa" rimarki' tal-formula EUR2. Il-formula EUR2 għandha tkun 210x148mm. Tista' tvarja sa 8 mm aktar jew 5 mm anqas fit-tul. Il-karta wżata trid tkun karta bajda tal-kitba, mkejla, ma jkunx fiha polpa mekkanika u tiżen mhux anqas minn 64 g /ME. L-Istati li jkunu qed jesportaw jistgħu jżommu d-dritt li jistampaw iċ-ċertifikati huma stess jew jistgħu jgħadduhom lil xi stampatur approvat. F'dan il-każ, kull ċertifikat irid jinkludi referenza għal din l-approvazzjoni. Kull ċertifikat irid ikollu l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew xi marka li permezz tagħha l-istampatur ikun jista' jiġi identifikat. Għandu jkollha wkoll numru ta' serje, stampat jew le, li bih tkun tista tiġi identifikata. Formula EUR2 għandha tkun kompluta għal kull kunsinnja postali. Dawn id-disposizzjonijiet ma jeżentawx lill-esportaturi milli jkunu skond formalitajiet oħra mitluba minn regolamenti doganali jew postali. Artikolu 17 1. Oġġetti mibgħuta bħala pakketti żgħar lil persuni privati jew li jiffurmaw parti mill-bagalji privati ta' vjaġġatur għandhom ikunu ammessi bħala prodotti li joriġinaw mingħajr il-bżonn li jkun prodott ċertifikat ta' moviment EURA jew il-kompletazzjoni ta' formula EUR2, sakemm dawn l-oġġetti ma jkunux importati bħala merkanzija u ġew dikjarati li jilħqu l-kondizzjonijiet rikjesti għall-applikazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet, u fejn ma jkunx hemm dubju dwar il-verità ta' din id-dikjarazzjoni. 2. Importazzjoni li huma okkażjonali u li jikkonsistu biss minn oġġetti għall-użu personali tar-reċipjenti jew il-vjaġġaturi jew il-familji tagħhom m'għandhomx jitqiesu bħala importazzjoni permezz ta' kummerċ jekk ikun evidenti min-natura u l-kwantità ta' l-oġġetti li ma hemm l-ebda għan kummerċjali. Barra minn hekk, il-valur totali ta' dawn l-oġġetti ma jistax jeċċedi s-60 unità ta' akkont fil-każ ta' pakketti żgħar jew 200 unità ta' akkont fil-każ ta' kontenut personali ta' bagalji ta' vjaġġaturi. Artikolu 18 1. Oġġetti mibgħuta mill-Komunità jew mill-Eġittu biex ikunu esibiti f'pajjiż ieħor u mibjugħa wara l-esibizzjoni għall-importazzjoni fl-Eġittu jew fil-Komunità għandhom jibbenefikaw fuq l-importazzjoni mid-disposizzjonijiet tal-Ftehim bil-kondizzjoni li l-oġġetti jilħqu r-rekwiżiti ta' dan il-Protokoll li jintitulahom li jkunu rikonoxxuti bħala li joriġinaw fil-Komunità jew fl-Eġittu u sakemm li jkun muri għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali li: (a) l-esportatur wassal dawn l-oġġetti mill-Komunità jew mill-Eġittu fil-pajjiż fejn ser issir l-esibizzjoni u esibihom hemm; (b) l-oġġetti ġew mibjugħa jew iddisponiti mill-esportatur lil xi ħadd fl-Eġittu jew fil-Komunità. (ċ) l-oġġetti twasslu waqt l-esibizzjoni jew immedjatament wara lill-Eġittu jew lill-Komunità fl-Istat li fih intbagħtu għall-esibizzjoni; (d) l-oġġetti ma ġewx, minn meta twasslu għall-esibizzjoni, użati għall-għanijiet oħra barra l-esibizzjoni. 2. Ċertifikat ta' moviment EURA irid jingħata lill-awtoritajiet doganali fil-forma normali. L-isem u l-indirizz ta' l-esibizzjoni jridu jkunu indikati hemm. Fejn ikun hemm bżonn, evidenza addizzjonali dokumentata tan-natura ta' l-oġġetti u l-kondizzjonijiet li taħthom kienu esibiti huma mitluba. 3. Il-Paragrafu 1 għandu japplika għal kwalunkwe esibizzjoni, fiera jew esibizzjoni pubblika simili, ta' kummerċ, industrija, agrikoltura jew sengħa, li ma tkunx organizzata għall-għanijiet privati fil-ħwienet jew stabbilimenti kummerċjali sabiex jinbiegħu bħala oġġetti barranin, u waqt dan iż-żmien l-oġġetti jibqgħu taħt il-kustodja doganali. Artikolu 19 1. Fejn jinħareġ ċertifikat fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 7 (2) ta' dan il-Protokoll wara li l-oġġetti msemmija jkunu ġew esportati, l-esportatur irid fl-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 (3) ta' dan il-Protokoll: - jindika l-post u d-data ta' l-esportazzjoni ta' l-oġġetti li għalihom ikun jirreferi ċ-ċertifikat - jiċċertifika li l-ebda ċertifikat ta' moviment EURA ma nħareġ fil-mument ta' l-esportazzjoni ta' l-oġġetti in kwistjoni, u jgħid ir-raġuni. 2. L-awtoritajiet doganali jistgħu joħorġu ċertifikat ta' moviment EURA b'lura biss wara li jkun verifikat li l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni ta' l-esportatur tkun taqbel mal-faxxiklu korrispondenti. Ċertifikati maħruġa b'lura jridu jkunu approvati b'waħda minn dawn il-frażijiet: , , , , , , +++++ TIFF +++++ Artikolu 20 Fil-każ li ċertifikat ta' moviment EUR1 jinsteraq, jintilef jew jinqered, l-esportatur jista' japplika ma l-awtoritajiet doganali li ħarġu ċ-ċertifikat għall-kopja duplikata magħmula fuq il-bażi tad-dokumenti ta' l-esportazzjoni li jkun fil-pussess tagħhom. Id-duplikat maħruġ irid ikun approvat b'waħda minn dawn il-frażijiet: , , , , , +++++ TIFF +++++ . Artikolu 21 L-Eġittu u l-Komunità għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jassiguraw li l-oġġetti kkummerċjati taħt ċertifikat ta' moviment EURA li waqt it-trasport jużaw żona ħielsa fit-territorju tagħhom ma jinbidlux ma' oġġetti oħra u m'ghandhomx jinżammu akar milli għall-operazzjonijiet normali li jipprevjenu d-deterjorazzjoni tagħhom. Artikolu 22 Sabiex jassiguraw l-applikazzjoni ġusta ta' dan it-Titlu, l-Eġittu u l-Komunità għandhom jgħinu lil xulxin, permezz ta' l-amministrazzjonijiet doganali rispettivi tagħhom, fl-iċċekjar ta' l-awtentiċità taċ-ċertifikati ta' moviment EUR1 u l-eżattezza ta' l-informazzjoni dwar l-oriġini attwali tal-prodotti kkonċernati u d-dikjarazzjonijiet fuq il-formuli EUR2. Artikolu 23 Ser ikun hemm penali għal dawk il-persuni li sabiex l-oġġetti jkunu approvati għal trattament preferenzali, jiktbu jew iġiegħlu li jinkiteb dokument li jkun fih informazzjoni mhux eżatta sabiex jinkiseb ċertifikat ta' moviment EURA jew formula EUR2 li jkun fiha nformazzjoni mhux korreta. Artikolu 24 1. Verifika sussegwenti taċ-ċertifikati ta' moviment EUR1 u tal-formoli EUR2 għandhom isiru bl-addoċċ jew kull meta l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat li jkun qed jimporta jkollhom dubji serji dwar l-awtentiċità tad-dokument jew l-eżattezza ta' l-informazzjoni dwar l-oriġini vera ta' l-oġġetti in kwistjoni. 2. Sabiex ikun implimentat paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat li jkun qed jimporta għandhom jirritornaw iċ-ċertifikat tal-moviment EURA jew il-formula EUR2, jew fotokopja tiegħu, lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat li jkun qed jesporta, li fejn ikun hemm bżonn, jagħti r-raġunijiet tal-forma u s-sustanza ta' investigazzjoni. L-irċevuta, jekk tkun ġiet sottomessa, jew kopja tagħha, għandha titwaħħal mal-formula EUR2 u l-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu kull informazzjoni li tkun inkisbet li tissuġġerixxi li l-informazzjoni mogħtija fuq iċ-ċertifikat jew il-formula msemmija mhiex eżatta. Jekk l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat li jkun qed jimporta jiddeċiedu li jissospendu l-implimentazzjoni ta' l-intestatura I tal-Ftehim sakemm jistennew ir-riżultati tal-verifika, għandhom joffru li jirrilaxxaw l-oġġetti lill-importatur waqt li jkun suġġetti għal kwalunkwe miżuri ta' prekwazzjoni meqjusa bħala neċessarji. 3. L-awtoritajiet doganali ta' l-Istat li jkun qed jimporta għandhom ikunu nfurmati bir-riżultati tal-verifika kemm jista' jkun malajr. Dawn ir-riżultati għandhom ikunu dawk li jippermettu li jkun determinat jekk iċ-ċertifikat ta' moviment EURA in kwistjoni jew il-formula EUR2 japplikawx għall-oġġetti li kienu attwalment esportati, u jekk dawn il-prodotti jistgħux, fil-fatt, jikkwalifikaw għall-applikazzjoni ta' trattament preferenzali. Jekk dan id-disgwid ma jkunx jista' jissolva bejn l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat li jkun qed jimporta u dawk ta' l-Istat li jkun qed jesporta, jew jekk iqajjmu xi dubju dwar l-interpretazzjoni ta' dan il-Protokoll, dawn għandhom ikunu sottomessi lill-Kumitat Ta' Koperazzjoni doganali. Fil-każijiet kollha r-risoluzzjoni tal-kwistjonijiet bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat li jkun qed jimporta għandu jkun taħt il-liġijiet ta' l-Istat li jkun qed jimporta. Artikolu 25 Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddeċiedi li jemenda d-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. Artikolu 26 1. Il-Komunità u l-Eġittu għandhom jieħdu kull miżura neċessarja biex jassiguraw li ċ-ċertifikati ta' moviment EUR1 kif ukoll il-formoli EUR2 ikunu sottomessi, skond l-Artikoli 11 u 12 ta' dan il-Protokoll, mill-ġurnata li fija jidħol fis-seħħ. 2. Iċ-ċertifikati ta' tip A.ET.1 kif ukoll il-formoli tat-tip A.ET.2 jistgħu jintużaw sakemm jispiċċaw kollha u sa l-aħħar ta' u inkluż it-30 ta' Ġunju 1977 taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f'dan il-Protokoll. 3. Iċ-ċertifikati ta' moviment EUR1 u l-formoli EUR2 stampati fl-Istati Membri qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll li ma jikkonformawx mal-mudelli fl-Annessi V u VI ta' dan il-protokoll jistgħu jibqgħu jintużaw sa ma jispiċċaw, taħt il-kondizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. Artikolu 27 Kemm il-Komunità u l-Eġittu għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex jimplimentaw dan il-Protokoll. Artikolu 28 L-Annessi għal dan il-Protokoll għandhom jiffurmaw parti integrali minnu. Artikolu 29 Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim jistgħu jkunu applikati għall-oġġetti li jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' l-intestatura I u li, fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, ikunu jew fil-vjaġġ, jew fil-Komunità jew fl-Eġittu f'ħażna temporanja, f'imħażen magħluqa jew f'żoni ħielsa, suġġetti għas-sottomissjoni lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat li jkun qed jimporta fi żmien erba' xhur mid-data taċ-ċertifikat A.ET.1 maħruġ taħt il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 26 (2) jew ta' ċertifikat EUR1 aċċettat b'lura mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat li jkun qed jesporta flimkien mad-dokumenti li juru li l-oġġetti kienu trasportati direttament. Artikolu 30 L-approvazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 19 u 20 għandhom ikunu inseriti fil-kaxxa "rimarki' ta' dan iċ-ċertifikat." -------------------------------------------------- ATT FINALI IL-PLENIPOTENZARJI TA Il-Maestà Tiegħu R-Re tal-Bejġu, Il-Maestà Tagħha R-Reġina tad-Danimarka, Il-President tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Il-President tar-Repubblika Franċiża, Il-President ta' L-Irlanda, Il-President tar-Repubblika Taljana, L-Altezza Rjali Tiegħu l-Gran Duka Tal-Lussemburgu, Il-Maestà Tagħha r-Reġina Ta' l-Olanda, Il-Maestà Tagħha r-Reġina tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq u Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, minn naħa l-waħda, u Il-President tar-Repubblika Għarbija Ta' l-Eġittu, minn naħa l-oħra, li iltaqgħu Brussel fit-tmien jum ta' Jannar fis-sena elf disgħa mija u sebgħa u sebgħin sabiex jiffirmaw il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, u l-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, la darba iffirmaw dan il-Ftehim: - addottaw id-dikjarazzjonijiet konġunti li ġejjin tal-Partijiet Kontraenti: 1. dikjarazzjoni konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar l-Artikolu 14(1) tal-Ftehim, 2. dikjarazzjoni konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar l-Artikolu 17 tal-Ftehim, 3. dikjarazzjoni konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar prodotti agrikoli, 4. dikjarazzjoni konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar l-Artikolu 12 tal-Ftehim, 5. dikjarazzjoni konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar il-preżentazzjoni tal-Ftehim lill-GATT mill-Komunità, 6. dikjarazzjoni konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar l-Artikolu 24 tal-Ftehim, 7. dikjarazzjoni konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar koperazzjoni bilaterali, 8. dikjarazzjoni konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar l-interpretazzjoni tat-terminu "Partijiet Kontraenti" kif użat f'dan il-Ftehim, - Ħadu nota tad-dikjarazzjonijiet li ġejjin: 1. dikjarazzjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea dwar l-applikazzjoni reġjonali ta' ċerti disposizzjonijiet tal-Ftehim, 2. dikjarazzjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea dwar l-unità Ewropea ta' akkont imsemmija fl-Artikolu 2, tal-Protokoll 1, 3. dikjarazzjoni mir-rappreżentanti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar id-definizzjoni ta' nazzjonalità Ġermaniża, 4. dikjarazzjoni mir-rappreżentanti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim għall-Berlin; 5. dikjarazzjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea dwar l-Artikoli 46 u 17 ta' dan il-Ftehim; - Ħadu nota ta' l-għoti reċiproku ta' ittri li ġejjin: 1. għoti ta' ittri reċiproċi dwar materji xjentifiċi u teknoloġiċi u dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent, 2. għoti ta' ittri reċiproċi dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu dwar koperazzjoni ekonomika, teknika u finanzjarja, 3. għoti ta' ittri reċiproċi dwar l-Artikoli 32 u 45 ta' dan il-Ftehim, 4. għoti ta' ittri reċiproċi dwar l-Artikolu 19 ta' dan il-Ftehim, 5. għoti ta' ittri reċiproċi dwar l-Artikolu 20 ta' dan il-Ftehim, Id-dikjarazzjonijiet u skambju ta' ittri reċiproċi mniżżla hawn fuq huma mehmuża fl-Att Finali. Il-Plenipotenzarji qablu li d-dikjarazzjonijiet u l-iskambju ta' ittri reċiproku għandu jkun suġġett, fl-istess mod bħal Ftehim ta' Koperazzjoni, għal kwalunkwe proċeduri li jistgħu jkunu meħtieġa biex jassiguraw il-validità tagħhom. Magħmul fi Brussel fit-tmien jum ta' Jannar tas-sena elf disgħa mija u sebgħa u sebgħin Udfærdiget i Bruxelles, den attende januar nitten hundrede og syvoghalvfjerds.Geschehen zu Brüssel am achtzehnten Januar neunzehnhundertsiebenundsiebzig.Done at Brussels on the eighteenth day of January in the year one thousand nine hundred and seventy-seven.Fait à Bruxelles, le dix-huit janvier mil neuf cent soixante-dix-sept.Fatto a Bruxelles, addì diciotto gennaio millenovecentosettantasette.Gedaan te Brussel, de achttiende januari negentienhonderd zevenenzeventig. +++++ TIFF +++++ Pour Sa Majesté le roi des BelgesVoor Zijne Majesteit de Koning der Belgen +++++ TIFF +++++ For Hendes Majestæt dronningen af Danmark +++++ TIFF +++++ Für den Präsidenten der Bundesrepublik Deutschland +++++ TIFF +++++ Pour le président de la République française +++++ TIFF +++++ For the President of Ireland +++++ TIFF +++++ Per il Presidente della Repubblica italiana +++++ TIFF +++++ Pour Son Altesse Royale le grand-duc de Luxembourg +++++ TIFF +++++ Voor Hare Majesteit de Koningin der Nederlanden +++++ TIFF +++++ For Her Majesty the Queen of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland +++++ TIFF +++++ For Rådet for De europæiske FællesskaberIm Namen des Rates der Europäischen GemeinschaftenFor the Council of the European CommunitiesPour le Conseil des Communautés européennesPer il Consiglio delle Comunità europeeVoor de Raad der Europese Gemeenschappen +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------